Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9850.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9778.
(Tweġiba mogħtija: 12/01/2005PM)
(Seduta Numru: 219)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva ir-regulatur għal ħruġ lill-pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul l-2003 u l-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9850.
Billi xi xhur ilu inti kont ħabbart li kont sejjer taħtar kumitat/kummissjoni/aġenzija apposta sabiex tieħu ħsieb il-kirjiet kummerċjali f'fondi pubbliċi bħal Dar Malta fi Brussels, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din l-aġenzija nħatritx u jekk iva, minn min hi komposta? Jekk fl-affermattiv, meta nħatret u x'kienet il-ħidma tagħha s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-intenzjoni tal-Gvern hi li meta jasal il-waqt, tkun entità eżistenti tal-Gvern li tieħu ħsieb il-kirjiet kummerċjali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9715 u cioe' jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward Villa Fransia f’Ħal-Lija li kienet tħalliet lill-Gvern bħala wirt? Qed isir xogħol fiha bħalissa? Il-Gvern iddeċieda x’se jsir minnha din il-villa sabiħa li ilha magħluqa għal żmien twil? X’kien jgħid eżatt it-testment u x’kienu l-kondizzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-1998 il-Gvern laħaq ftehim mat-testatur ta’ Francia Estate biex jieħu f’idejh Villa Francia. Din il-proprjetà ġiet imħollija lill-Gvern bħala legat mill-mejjet William Nathaniel Francia. B’dan il-ftehim it-testatur ċeda d-drittijiet u l-kundizzjonijiet marbuta mal-legat, fosthom li l-Villa u l-art ta’ madwarha setgħet tintuża biss bħala residenza tal-Prim Ministru ta’ Malta, jew skola, jew mużew jew dar ta’ l-anzjani. B’hekk il-Gvern ikun jista’ jiddeċiedi mingħajr ebda rbit, l-aħjar użu li jista’ jsir minn din il-proprjetà.
F’dawn l-aħħar snin saru diversi xogħolijiet ta’ restawr f’partijiet ta’ Villa Francia, kemm fl-istruttura kif ukoll fl-aperturi u ġonna.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati heaters tal-pitrolju kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġie mpurtat apparat ieħor li jaħdem bil-pitrolju fl-istess żmien u x'kien l-apparat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet għall-permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjetà immobbli f’Malta din is-sena (mil-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 ta’ Novembru, 2004) kien jammonta għal 715. In-numru ta’ ċittadini mill-Unjoni Ewropea li applikaw għall-istess perjodu kien ta’ 905 u l-ammont ta’ ċittadini li ma kienux mill-Unjoni Ewropea kien ta’ 122. In-numru taċ-ċittadini hu akbar min-numru tal-permessi minħabba li għall-istess permess ikun hemm aktar minn persuna waħda b’ċittadinanza differenti. Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ġiet rifjutata peress li l-applikazzjonijiet kollha kienu skond kif titlob il-liġi.
Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea li jkun residenti f’Malta għal ħames (5) snin kontinwi u mhux interotti (kif titlob il-liġi) jista’ jixtri t-tieni proprjetà u din tista’ tiġi mikrija.
Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 9456.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies jaħdmu ma' aġenziji u awtoritajiet fis-settur pubbliku għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9606.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 9377 u cioe' jgħid x'inhu n-numru ta' nies jaħdmu ma' aġenziji u awtoritajiet fis-settur pubbliku għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9606.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura msemmija fil-budget fuq solar water heaters tidħolx fis-seħħ fl-2004 jew fl-2005? Kif inhi l-proċedura biex il-flus (tal-VAT) jiġu rikuprati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu indikat fid-Diskors tal-
Budget
2005, ir-rifużjoni fuq
solar water heaters
tapplika għal xiri li jsir mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dettalji ta’ kif ser taħdem l-iskema li ser tiġi operata fil-Ministeru tal-Finanzi, ser jiġu ppubblikati fi żmien qarib.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 9737.
Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jagħti tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9575 dwar ħlasijiet mogħtija u li ġew irċevuti mill-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti din l-informazzjoni qabel ma l-Parlament jagħlaq għall-vaganzi tal-Milied?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9575.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9706 u cioe' jikkonfermax li nbdew proċeduri biex jintlaħaq ftehim dwar tassazzjoni doppja ma' l-Israel? Jekk iva, f'liema stadju waslu t-taħdidiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li saru kuntatti bl-iskop li jibdew negozjati għal ftehim dwar tassazzjoni doppja bejn Malta u Israel. Biss għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim meta dawn in-negozjati għandhom jinbdew.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9524 u cioe' jista' jara jekk hux possibbli li l-Malta Financial Services Authority tinvestiga l-claim - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li jittratta insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta" Lm860,25 meta sid il-karozza rranġat il-karozza għas-spejjeż tagħha u qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas? Lil min tħallset din is-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfoma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.