Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex, issa li wasal is-sajf, jiġi provdut servizz ta' ambulanzi fl-inħawi differenti ta' Malta biex jintlaħqu malajr bajjiet popolari f'każ ta' xi diżgrazzja? X'jista' jsir biex f'kull bajja jitħalla aċċess għall-istaff ta' l-ambulanza biex ikun jista' jilħaq malajr nies li għandhom bżonn l-għajnuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed jingħata servizz ta' ambulanzi mill-Health Centre tal-Mosta u mill-Health Centre ta' Paola. Dan ta' l-aħħar jingħata mis-St. John's Ambulance Brigade.
Rigward l-aċċess għall-istaff ta' l-ambulanzi, ninfurmah li qed jittieħdu passi mill-Kunsilli konċernati fejn hu possibbli, biex dan jitjieb.
Japprezza wkoll li din il-problema ma tikkonċernax biss ambulanza imma wieħed irid jikkonsidra l-bżonn ta' professjonisti oħra li huma skarsi.
Peress li ftit taż-żmien ilu intqal li l-Health Centre ta' Bormla kellha tiftaħ sa l-aħħar ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet u meta se tkun tista' tiftaħ għall-pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol strutturali huwa lest u jonqos biss l-aħħar irtokki u tqegħid ta` xi furnishings xkaffar u apparat zgħir.
Għad mhux iffissata data tal-ftuħ għall-pubbliku primarjament minħabba nuqqas ta` tobba.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7531, ġaladarba l-Ministru tas-Saħħa qiegħed jammetti illi l-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi ma' kelliex id-dritt li toħroġ l-offerta għall-provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern, issa x'passi se jieħu l-Ministru sabiex żbalji simili ma' jerġgħux isiru? Min se jinżamm responsabbli għal dan l-iżball?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-problema li nqalgħet fuq il-ħruġ tal-offerta għall-provvista ta` l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ma nqalgħetx minħabba żball minn xi ħadd. Din inqalgħet minħabba l-mod mhux ċar li biħ wieħed jista 3 tal-Public Service (procurement) Regulations 1996. Il-pożizzjoni issa ġiet iċċarata.
Nirreferi wkoll l-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi nhar id-9 ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru total knee replacements, xahar b'xahar, mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' replacement fl-isptar San Luqa. In-numru ta fit-tabella t`hawn taħt.
---------------------------------
Xahar-se na Numru ta 1998 13
Ott. 1998 21*
Nov. 1998 12
Dic. 1998 12
Jan. 1999 9
Fra. 1999 -
Mar. 1999 -
Apr. 1999 14*
---------------------------------
Nota* Waħda minn dawn it-TKR`s saret bħala proċeduta bilaterali.
Matul l-aħħar gimgħat ta` u matul Frar-Marzu ma sarux operazzjonijiet minħabba nuqqas ta` ta
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Saħħa mhux qiegħed jagħti permess sabiex id-Dipartiment tad-Dwana jkollu ammont ta' droga għal skop ta' trainng għal klieb mgħallma biex jiddenfikaw droga?
Kemm ilha sejra din il-kwestjoni? X'inhuma r-raġunijiet li qiegħed iġib id-dipartiment minħabba dan ir-rifjut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana irid jissoddisfa ċerti kriterji skond il-liġi u li sa` llum ma kienx f`pożżizjoni li jsegwihom. Dan il-każ ukoll tressaq quddiem il-kunsill tas-Saħħa għad-deċiżjoni tiegħu. L-applikazzjoni li għamel id-Dipartiment tad-Dwana fuq din il-materja saret madwar sentejn ilu.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7765?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ħa l-miżuri kollha biex jindaga dwar prodotti ta` bajd li setgħu daħlu mill-Belġju hekk kif ħarġet l-aħbar tal-kontaminazzjoni bid-Dioxin. Il-proċeduri kollha meħuda kienu bħal dawk meħuda f`pajjiżi oħra u kif ħabbret il-Kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropeja skond id-deċiżjonijiet (1999/363/EC) tat-3 ta` Ġunju 1999 u (1999/368/EC) ta` l-4 ta` b'(1999/389/EC) u (1999/390/EC) tal-11 ta` Ġunju 1999.
L-importazzjoni kollha ta` il-prodotti ta` l-ikel li oriġinaw mill-Belġju ġiet imwaqqfa kif ukoll l-importaturi tal-prodotti mill-Belġju ġew spezzjonati biex b'hekk jiġi ntraċċat fejn il-prodotti li kienu importati, inbiegħu. L-Ispetturi tas-Saħħa daru l-istabbilimenti kollha ta` l-ikel, aġenti u importaturi biex b'hekk kull prodott li seta ġie, jew kien espost għal bejgħ, ġie issiġillat. Dawn l-oġetti issiġillati tħallew fuq il-post fejn instabu sakemm tittieħed deċiżjoni skond iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet Belġjani. Spezzjonijiet ulterjuri baqgħu u ser jibqgħu isiru biex jiġi assigurat li l-ebda prodott simili ma jiġi espost għal bejgħ.
Fir-rigward ta` l-ammonti ta` prodotti, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, din l-informazzjoni tingħata aktar tard, minħabba li għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm damet ma waslet fuq il-post l-ambulanza msejħa fil-każ tat-turista Daniża li ntlaqtet u nqatlet minn jet ski fl-għadira fit-2 ta' Ġunju, 1999? Xi problemi sab l-istaff ta' l-ambulanza biex jasal ħdejn it-turista mejta? X'lezzjoni tista' tittieħed minn dan il-każ għal servizz aħjar f'emerġenza f'xi bajja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor.Interpellant li fil-każ li għalih qed tirreferi d-domanda daħlet sejħa għall-Ambulanza fil-`Casualty' fis-12.40 p.m. u din telqet mill-Health Centre tal-Mosta fis-12.45 p.m. L-ambulanza ma ltaqgħet ma' l-ebda problemi u l-vjaġġ ħa bejn 8 u 12-il minuta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7389, minħabba li l-istess Professur Francesco Muntoni li ġej Malta f'Novembru qiegħed jgħid li peress li l-pazjenta, li isimha qed jintbagħat separatament, għandha l-iscolosis għandu bżonn jaraha għallinqas darbtejn fis-sena u qiegħed isostni li jeħtieġ li din iżżomm l-appuntament li għandha f'Hammersmith Hospital f'Lulju li ġej ħalli mbagħad ikun jista' jerġa' jaraha erba' xhur wara, meta jiġi Malta, jista' l-Ministru jara li din il-pazjenta tintbagħat Londra għal dan l-appuntament ix-xahar id-dieħel?
Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-gvern biex jiġbor mill-ħwienet Maltin tiġieġ u bajd li daħlu mill-Belġju kkontaminati ħalli ma jinxtrawx f'pajjiżna? X'miżuri ħa d-Dipartiment tas-Saħħa pubblika? Fejn tpoġġew dawk il-prodotti li nġabru? X'sar minnhom? X'follow-up qed isir biex jiġi aċċertat li ma fadalx prodotti għall-bejgħ? Kemm inġabru tiġieġ? Kemm inġabru bajd u prodotti oħrajn?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-impjegati li jaħdmu fl-out patients ta' l-Isptar San Luqa jingħataw l-opportunita' li jaħdmu fuq bażi ta' roster, skond kif qed jaħdmu l-impjegati fl-out patients fl-Isptar Sir Paul Boffa skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7590?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qegħda taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care?
X'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha? Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perjodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa? X'inhuma l-allowances li għandha għall-ħdud u l-festi pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-records tad-Dipartiment, l-'Enrolled Nurse' li qed taħdem fil-librerija ta' l-'Institute of Health Care' ilha hemm minn mindu nfetaħ. F'Ġunju 1998 ingħatat 'transfer' għas-sala M6 ġewwa l-Isptar San Luqa, li pero qatt ma ġie mplimentat. Peress li l-'Institute of Health Care' mhux fid-Dikasteru tiegħi nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar l-importazzjoni ta' tiġieġ u bajd mill-Belġju mniġġes mid-diossina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa l-passi neċessarji u immedjati sabiex tinżamm l-importazzjoni ta' prodotti tat-tiġieġ u bajd, ċanga, majjal u ħalib maħduma fil-Belġju mill-15 ta' Jannar 1999. Id-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jeleva mill-ħwienet u stabbilimenti ta' l-ikel kull prodott magħmul minn dan il-laħam li seta' ġie maħdum u mpurtat wara l-15 ta' Jannar.
Il-miżuri li qed jittieħdu huma fuq l-istess linji li adottaw pajjiżi oħra Ewropej.
Jista' issa l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għal provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ġietx awtorizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern imressqa mill-Gvern Nazzjonalista f'Ġunju 1996 b'Avviż Legali 70/96? Jekk is-sejħa ġiet awtorizzata, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Saru l-preparazzjonijiet meħtieġa biex id-dipartiment tal-Kuntratti jieħu
f'idejh din is-sejħa għall-offerti.
Jista' issa l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għal provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ġietx awtorizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern imressqa mill-Gvern Nazzjonalista f'Ġunju 1996 b'Avviż Legali 70/96? Jekk is-sejħa ġiet awtorizzata, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jidher li minn interpretazzjoni stretta tal-Public Service (Procurement) Regulations 1996, il-Fondazzjoni ma setgħetx toħroġ din l-offerta jekk mhux bil-permess ad hoc tal-Ministeru tal-Finanzi skond klawsola 4(4) tar-Regolamenti.
Il-passi biex dan isir ittieħdu hekk kif sar magħruf il-ħruġ tas-sejħa għall-offerti.
Wara li saru d-diskussjonijiet meħtieġa d-Dipartiment tal-Kuntratti issa ser jieħu f'idejh din is-sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid meta s-servizzi tal-berġa tal-Qrendi se jiġu mtejba, bħall-ħin tal-ftuħ, is-servizzi tal-pilloli, eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma huwiex possibli li jsir titjieb fil-ħin tal-ftuh tal-berġa tal-Qrendi sakemm in-numru ta' tobba fis-servizz taċ-Ċentru tas-Saħħa jibqa nieqes.
Is-sistema tas-servizz tal-pilloli hija uniformi fil-Berġa kollha u dik tal-Qrendi hija konforma mal-parametri preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tinfetaħ Health Centre għall-area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ biex ir-residenti t'hemmhekk ma jkollhomx għalfejn imorru fil-health centre tal-Furjana għal ċerti servizzi biex jinqdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għal issa ma hux ippjanat li jinfetah Ċentru tas-saħħa għall-area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li kienet torganizza l-counselling għall-HIV/AIDS fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa irriżenjatx minn mal-gvern? Jekk fl-affermattiv, meta rriżenjat? X'kienet ir-raġuni għal din ir-riżenja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-individwu li kien jorganizza l-kampanji għal-HIV/AIDS fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa rriżenja minn mal-Gvern fid-29 ta' Marzu 1999.
Din il-persuna rreżenjat mingħajr ma tat raġuni. Jiena lest li nuri l-ittra tar-riżenja kunfidenzjalment lill-Onor. Interpellant jekk hu jixtieq li jikkonferma dan il-fatt.
Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz li kien jingħata mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa dwar counselling qabel l-ittestjar għall-HIV/AIDS m'għandux jingħata?