Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għal-Construction and Maintenance — Postijiet tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għal-Construction and Maintenance tal-postijiet tal-Gvern jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu mill-fond li l-indirizz qed jitbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtiega.

Fond tal-Gvern — Bormla

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu passi fil-parti komuni tal-fond tal-Gvern li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l-periklu u jsir up--grading?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Djar — Każ dwar residenza privata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5573, tista' il-Ministru tara li tinħareġ id-derequisition u naturalment l-inkwilini jibqgħu jgħixu hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma rċieva ebda talba biex il-post indikat mill-Onor. Interpellant jiġi direkwiżizzjonat.

Sigurta' soċjali — Persuni li jduru b'persuni morda bil-parkinson's disease

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuni (mhux il-ġenituri) li jieħdu ħsieb persuni morda bil-parkinson's disease b'mod akut jikkwalifikawx għal xi tip ta' servizz soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għal żewġ tipi ta' għajnuniet lill-persuni li jieħdu ħsieb persuni anzjani u morda. Dawn huma l-Pensjoni tal-Wens u l-Għajnuna Soċjali għax-Xebbiet. Fiż-żewġ każijiet il-persuna marida jew anzjana trid tkun qariba ta' dik li tkun qed tieħu ħsieba. Fil-każ tal-Pensjoni għall-Wens, il-kundizzjoni medika tal-pazjent trid tkun tali li tirrendieh bedridden jew f'wheelchair.

Sigurta' Soċjali — Persuni li jirċievu r-relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? kemm minn dawn huma nisa, irġiel u miżżewġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li peress li l-Għajnuna Soċjali tingħata fuq bażi ta' household ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' membri f'dik il-household u lanqas tas-sess ta' dawk li jikkomponu l-household. Biex tinġabar tali statistika jkun jeħtieġ li ssir verifika ta' kull każ individwalment. Eżerċizzju bħal dan jirrikjedi ħafna ħin u użu ta' riżorsi li għandhom ikunu utilizzati biex jinħadmu u jitħallsu talbiet għall-benefiċċji u pensjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji tad-diversi tipi ta' Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta' Marzu 2004.

Sigurta' Soċjali — Persuni separati li jirċievu r-relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni separati fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul din is-sena, sa April, kien hemm 2559 persuni separati legalment u 661 separati de facto li qed jirċievu Assistenza Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Familji li jgħixu bir-relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn familji jgħixu fuq ir-relief illum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5607, f'din l-istess Seduta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' households li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f'Dicembru ta' dawn l-aħħar ħames snin u f'Marzu 2004.

Sigurta' Soċjali — Tfal li jgħixu ġo single parent families

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal jgħixu ġo single parent families illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li skond ir-rekords tal-benefiċjarji taċ-Children's Allowance, hemm 2,978 tfal jgħixu ma' ġenitur mhux miżżewweġ u 5,871 jgħixu ma' ġenitur separat.

Awtorita' tad-djar — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-eżitu wara l-ispezzjoni li saret fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minn uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar għall-iskema care & repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tikkunsidra t-talba, mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Issa ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi preparat tender document dwar ix-xogħolijiet neċessarji.

Fond tal-Gvern — Parti komuni

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir upgrading tal-parti komuni fil-fond tal-Gvern li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Persuna marida — Post tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tintervjeni personalment sabiex persuna marida li se tispiċċa barra fit-triq b'konsegwenza li twaqqaflu ir-relief jiġi pprovdut b'post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.

Upgrading ta' Żona tal-Qasam tal-Bini tal-Gvern — Rnella

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir up-grading ta' żona tal-Qasam tal-Bini tal-Gvern (Rnella)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-kunsiderazzjoni meħtieġa.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? X'tama hemm li din il-familja ta' ħamsa li jgħixu f'żewġ kmamar jiġu pprovduti akkomodazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Ħal Kirkop — Housing units

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid x'tip ta' housing units (flats, maisonettes, etc) qed tippjana li tibni l-awtorita' tad-djar u li għalihom diġa' saret applikazzjoni lil MEPA f'Ħal Kirkop? Tista' tgħid f'liema toroq huma ppjanati li jinbnew dawn il-units u kemm se jkollu units kull blokk? Għal min huma targeted?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentement hemm is-segwenti sitt applikazzjonijiet mill-Awtorita' tad-Djar pendenti ma' l-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar dwar żvilupp ta' housing f'Ħal Kirkop. Full development application: 10 appartamenti u 11-il garaxx f'Valletta Road Outline development application: 6 appartamenti fi Triq ta' Fieres 11 'l appartament u 12-il garaxx fi Triq ta' Fieres 17 'l appartament u 15-il garaxx fi Triq ta' Fieres 46 appartament, 46 garaxx u 5 ħwienet fi Triq Salvu Sacco 57 appartament, 65 garaxx u 3 ħwienet fi Triq San Pietru Il-units mibnija mill-Awtorita' jew jinħarġu għall-bejgħ b'sussidju u jiġu allokati skond kriterji li jiġu ppublikati ma' kull ħarġa jew jiġu mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'kera.

Ministeru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Isla — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex tissolva il-problema ta' familja minn l-Isla li d-dettalji dwarha qed jintbagħu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex jgħarraf lill-anzjan li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament biex jagħti lura lid-dipartiment is-somma ta' aktar minn Lm2,000?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' armla li hi anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'tama hemm li tiġi pprovduta b'post żgħir minħabba li fejn tgħix huwa kbir ħafna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Housing Inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta ser issir spezzjoni mill-Housing Inspectors tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-fond li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.