Jista' il-Ministru jara li studenti tal-PGCE Għawdxin li qed jgħidulhom mill-Universita' li jridu jagħmlu t-teaching practice f'Malta minħabba examiner barrani li ma jridx joqgħod Għawdex, ikun possibbli li jagħmlu t-teaching practice tagħhom f'Għawdex stess?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru tapprezza li l-materja hi waħda konnessa man-natura akkademika tal-kors inkwestjoni u li dwarha jien m'għandi l-ebda ġurisdizzjoni.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhu l-complement ta' l-istaff ta' l-ITS tal-Qala? Jista' jagħti breakdown tat-teaching load tal-lecture staff - kemm dawk full time u kemm dawk part-time li hemm fl-ITS tal-Qala, Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-'complement' u t-teaching load ta' l-istaff fl-ITS Qala huwa kif ġej :-
Grad Numru Teaching Load
Teacher in charge 1 Nil
Lecturer 1 12(il-kumplament tat-teaching
load issir fl-ITS Malta)
P/T Lecturer rispettivament 2 26 u 25 sigħat
Administrative Asst. 1 Nil
Casual Executive Off. 1 Nil
General Hand 6 Nil
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' sejħiet għall-applikazzjoni għal għalliema/lecturers full u/jew part-time fl-ITS fil-Qala li saru matul is-sena 2004? Kemm kien in-numru ta' applikanti f'kull kategorija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-għalliema/lecturers, kemm full-time kif ukoll part-time fl-ITS Qala jiffurmaw parti mill-overall complement ta' l-ITS Malta, ma jsirux sejħiet għall-applikazzjoni speċifikament għall-ITS Qala.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet li qed isiru fl-ITS tal-Qala matul is-sena skolastika kurrenti? Jista' jgħid kemm minn dawn il-korsijiet huma full time u/jew part-time? Jista' jgħid separatament kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu bħalissa f'kull kors?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej :-
ESTS (Hospital Trades)-
Full-time
1st Year - 16 il-student/a
2nd Year- 10 student/a
Food Preparation and Production - Basic - Part-time
- 12 il-student/a
Food and Beverage Service - Basic - Part-time
- 4 studenti
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm il-ħsieb li l-iskola primarja ta' Santa Luċija tingħalaq u tiġi trasferita għall-iskola primarja li tinsab in-naħa l-oħra ta' fuq ta' Ħal Tarxien?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirriżultali l-ebda ħsieb li tingħalaq il-Kindergarten Centre li hemm f'Santa Lucija. Ta min jgħid li din mhix skola Primarja iżda Annex tal-Kindergarten ta' l-iskola Primarja ta' Ħal Tarxien.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7037 u cioe' fid-dawl tal-fatt li s-sena 2004 hija l-European year of education through sport u peress li l-Kummissjoni Ewropea s-sena li għaddiet ħabbret miżuri ta' ko-finanzjament ta' proġetti/miżuri (budget ta' euro6.5 miljun ) imnebbħa fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u mbagħad implimentati fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali jew komunitarju u għal liema budget kellhom jidħlu applikazzjonijiet sa l-1 ta' Marzu 2004 biex il-proġetti jibdew wara l-1 ta' Lulju 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti Maltin eliġibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Unjoni Ewropeja ħarġet tlett sejħiet għal applikazzjonijiet għal għotjiet għar-rigward il-European Year Of Education Through Sport. Sa dak iż-żmien, Malta setgħat tapplika biss għal fondi allokati għal pajjiżi li mhumiex membri, u ġiet mgħotija 32,000 Euro. Il-Malta Volleyball Association u l-Malta Judo Federation ħadmu fuq żewġ proġetti komunitarji iffinanzjati minn dan il-fond. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni organizzat wkoll seminar fuq perjodu ta' ġimgħa bħala parti mill-attivitajiet konnessi ma' l-EYES.
Jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti minn persuni li jipprattikaw l-isport ta' l-isparar dwar id-deċiżjoni li ħa l-gvern li ntroduċa l-eco tax anke fuq l-iskrataċ li jintużaw għal dan l-isport?
Jaqbel li dawn għandhom jiġu eżentati minn dan il-ħlas, kemm minħabba li huwa sport li ta sodisfazzjon lil pajjiżna anke f'kompetizzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għax jista' iħajjar persuni li jitilqu d-delizzju tal-kaċċa u jibdew jipprattikaw dan it-tip ta' sport?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li sal-lum il-Kunsill Malti Għall-Isport ma rċieva l-ebda ilment dwar l-eco-tax minn persuni li jipprattikaw l-isport ta' l-isparar.
Jista’ il-Ministru jelenka x-xogħlijiet li se jsiru fil-pixxina nazzjonali? Min se jagħmel dan ix-xogħol? Kemm se jiswa? Kemm se jdum biex jitlesta? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħolijiet ta' tiswija li ser isiru huwa dawk imsemmija mill-istess Interpellant f'Domanda Parlamentari numru 9892.
Informat li x-xogħol meħtieġa huwa maħsub li jitlesta fl-ewwel nofs ta' din is-sena. Il-ġimgħa d-dieħla ser issir s-sejħa pubblika għax-xogħol kollu meħtieġ li huwa stmat li jlaħħaq Lm100,000.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk waqt li tkun magħluqa l-pixxina nazzjonali hux se jsir refurbishing tad-dressing rooms u areas oħra pubblċi? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu li l-Pixxina Nazzjonali ser tkun magħluqa hemm maħsub li jsir xogħol ta' tiswija fid-dressing rooms eżistenti u xogħol ieħor strutturali fil-Plant Room. Il-Kunsill Malti għall-Isport ħatar lill-kumpanija tal-Periti David Xuereb & Associates biex jieħdu ħsieb ix-xogħolijiet.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9602, dan ifisser li l-gvern u d-diviżjoni mhux se jagħtu kas tal-petizzjoni tal-ġenituri li talbu sabiex din l-iskola tiftaħ qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 9776 u għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9676 u cioe' jgħid kemm hemm għalliema każwali fis-snin ta’ l-edukazzjoni primarja, sena b’sena separatament? X’inhuma l-kwalifiki ta’ dawn l-għalliema każwali? Tista’ tagħti l-informazzjoni separatament għal Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema każwali fis-snin ta' l-edukazzjoni primarja huwa hekk :
Numru ta' għalliema Kwalifiki
L-ewwel sena 1 'A' levels
It-tieni sena 1 'A' levels
It-tielet sena 0
Ir-raba' sena 2 'A' levels
Il-ħames sena 1 B.Psychology
Is-sitt sena 0
Informat ukoll li fl-Iskejjel Primarji ta' Għawdex m'hemmx impjegati għalliema każwali.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9675, minħabba li mit-tweġiba jidher li l-mistoqsija ma kenitx ċara biżżejjed, jista' il-Ministru jgħid x'attivitajiet saru fl-iskejjel primarji matul din is-sena mill-ewwel sena sas-sitt sena waqt il-ħin ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Wieħed japprezza li biex tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija jeħtieġ li jkunu identifikati l-attivitajiet. Fl-Iskejjel Primarji jsiru diversi attivitajiet fosthom dawk sportivi, kulturali, soċjali, kreattivi kif ukoll reliġjużi. Dan minbarra attivitajiet oħra edukattivi li huma marbutin mal-kurrikulu jew mal-kalendarju ta' attivitajiet nazzjonali u lokali. Kull skola għandha l-programm tagħha u mhux bilfors li jsiru l-istess attivitajiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern igħin finanzjarjament lir-Razzett tal-Ħbiberija? Jekk iva, jista' jgħid minn liema budget se joħorġu dawn il-flus u kemm hu l-ammont?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9674 u cioe' jgħid jekk saritx evalwazzjoni tal-programm tal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi? Jista’ jgħid min kienu l-persuni li għamlu din l-evalwazzjoni u kemm tħallsu? Jista’ ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti? Jista’ jgħid kemm ħadet fondi mill-Unjoni Ewropea f’dawn is-sentejn il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għal-Mistoqsija Numru 988 tal-30/06/2003 dwar l-istess tema.
Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ikkommissjonat dawn ir-rapporti :-
Evalwazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fl-attivitajiet ta' Klabb Hilti. Din l-evalwazzjoni ġiet ikkummisjonata 4 xhur biss mill-ftuħ ta' l-ewwel sitt ċentri sabiex jiġu identifikati, fil-fażi bikrija ħafna, dawk l-elementi li jinħtieġu tisħiħ jew bidla. L-evalwazzjoni saret fiċ-ċentri l-aktar vulnerabbli sabiex setgħet tittieħed azzjoni korrettiva immedjatament.
L-evalwazzjoni twettqet minn Dr Carmel Borġ li tħallas Lm610.00 u Dott. Denise Chircop li tħallset Lm374.00.
Informat ukoll li tlestiet evalwazzjoni minn Prof Sheila Wolfendale mill-Universita' ta' East London tal-Programm Nwar li għalih tħallset Sterling 1,800.
Tlestiet evalwazzjoni/case study dwar il-Klabb Hilti ġewwa l-Isla li twettaq filgħodu bħala parti mill-Proġett iffinanzjat mill-EU Parent Empowerment for Family Literacy (PEFal). Dan sar mill-Prof Sheila Wolfendale li għalih tħallset Sterling 1,000.
Ninsab informat li il-Fondazzjoni kisbet Lm49,660 f'fondi marbuta ma' proġetti mill-Kummissjoni Ewropea matul dawn l-aħħar sentejn.
Ir-rapporti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9652, filwaqt li nifhem it-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji sabiex ġew mgħażula fejn saru l-empowerment centres?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-raġunijiet fejn jiġu mwaqqfa dawn iċ-ċentri huma varji fosthom :
- Ir-rieda, d-disponibilita' u l-appoġġ finanzjarju li jagħti l-Kunsill għat-twaqqif taċ-ċentru,
- Id-daqs tal-lokalita',
- Il-qagħda ġeografika tal-lokalita',
- Lokalitajiet fejn il-kunsill ikun diġa ħa inizjattiva li jniedi attivita' kontinwa għaż-żgħażagħ.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9637 u cioe' jgħid kemm hemm skejjel li huma co-educational fil-livell sekondarju? Liema huma? Kemm hemm studenti subien u bniet f'kull skola? X'inhi l-politika tal-gvern dwar skejjel li jgħallmu subien u bniet fl-istess klassi? Il-gvern qatt kellu ħsieb li jagħmel l-iskejjel tiegħu b'din is-sistema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm seba' skejjel Indipendenti li huma co-educational fil-livell Sekondarju.
Dawn huma:
Skola Subien Bniet Total
Verdala International 44 47 91
San Anton School 211 185 396
San Andrea School 252 167 419
St Martin's College 263 391 554
Acc Christian Academy 5 3 8
Newark College 38 11 49
St Michael Foundation 176 137 313
Fil-livell primarju u fil-livell post-sekondarju s-sistema edukattiva ta' l-Istat hi ko-edukattiva.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9601 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati ma' l-EUPU u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid jekk humiex full-time jew part-time? Jista' jgħid matul din is-sena kemm ġew impjegati, kemm bħala full-time u/jew part-time, u xi kriterji ntużaw sabiex dawn ġew magħżula? Jista' fit-tweġiba tiegħu jagħti l-ismijiet f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għal tweġiba għall-Mistoqsija Numru 9462.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9624 u cioe' b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9462 jagħti l-ismijiet tal-persuni msemmija fit-tweġiba tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li għandi nagħti l-ismijiet ta' l-individwi konċernati.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9622 u cioe' jistax jagħti tagħrif u spjega dwar l-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd? Dwar l-aħħar żewġ sentenzi fit-tweġiba tal-Ministru, jista' jgħid jekk għandux l-informazzjoni mitluba, kif ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd.
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jiġi verifikat u peress li jien ser inkun fuq xogħol tal-Gvern barra l-pajjiż tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.