Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26552 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'referenza għad-domandi parlamentari preċendenti jinforma l-kamra kemm hemm tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji ttieħdu sabiex jaraw uħud mill-Mużewijiet u postijiet storiċi tagħna. Jista' ukoll jiġi indikat post post bl-ammont ta' tfal li marru tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bl-informazzjoni dwar kemm studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji żaru l-Mużewijiet f'Malta u Għawdex tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat illi l-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija kien magħluq għall-pubbliku matul is-sena 1997.
Leg 9 PQ #26553 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Kalkara fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bl-kwalifiki tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Kalkara fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huwa kif ġej: Skola Primarja, Kalkara Subien Bniet Total L-ewwel sena 15 12 27 It-tieni sena 19 17 36 It-tielet sena 25 18 43 Ir-raba' sena 20 13 33 Il-ħames sena 16 19 35 Is-sitt sena 29 20 49 Total 124 99 223 Għalliema bil-kwalifiki MATC - 2 SMTC - 1 B.Educ - 6 Pedagogy Course - 3 P/T Instructress - 1
Leg 9 PQ #26554 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Fgura fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bil-kwalifiki tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Fgura fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huwa kif ġej: Skola Primarja A, Fgura Subien Bniet Total L-ewwel sena 61 57 118 It-tieni sena 71 50 121 It-tielet sena 76 60 136 Total 208 167 375 Għalliema bil-kwalifiki: MATC - 9 B.Educ - 2 PGCE - 1 Pedagogy Course - 6 Skola Primarja B, Fgura Subien Bniet Total Ir-raba' sena 75 65 140 Il-ħames sena 66 79 145 Is-sitt sena 84 90 174 Total 225 234 459 Għalliema bil-kwalifiki: MATC - 5 B.Educ - 11 Pedagogy Course - 3
Leg 9 PQ #26556 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja tal-Birgu fl-aħħar sena akkademika u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif wkoll kemm hemm għalliema bil-kwalifiki tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li studenti reġistrati fl-iskola Primarja tal-Birgu fl-aħħar sena akkademika li huma indikati bis-sess tagħhom u sena b'sena kif ukoll għalliema bil-kwalifiki tagħhom huma kif ġej: Skola Primarja, Vittoriosa Subien Bniet Total L-ewwel sena 10 5 15 It-tieni sena 11 8 19 It-tielet sena 16 8 24 Ir-raba' sena 14 10 24 Il-ħames sena 14 12 26 Is-sitt sena 16 21 37 Total 81 64 145 Għalliema bil-kwalifiki: MATC - 1 SMTC - 1 B.Educ - 3 Pedagogy Course - 2
Leg 9 PQ #26566 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Computations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-computations li fuqhom inħadmu t-tax rebates għal ġenituri tat-tfal li jmorru skejjel privati? Minn min inħadmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Uffiċċjali għolja tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni flimkien ma' uffiċċjal għoli tal-Ministeru tal-Finanzi ħadmu bħala Working Group fuq il-kriterji meħtieġa. Il-Working Group qies in-numru ta' studenti li hemm fl-Iskejjel Indipendenti fil-livell primarju u f'dak sekondarju; ħa inkonsiderazzjoni d-differenza li teżisti bejn il-miżati mħallsa fil-livell primarju u f'dak sekondarju; qies ukoll il-fatt li student fil-livell sekondarju jiswa 'l ġenituri tiegħu aktar minn student fil-livell primarju. It-tqassim sar fil-kwadru tas-somma vvutata fl-Estimi tas-Sena 2001.
Leg 9 PQ #25833 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 sal-lum, minn dipartiment/entita` għal ieħor/oħra fid-dekasteru tiegħi, ingħataw 47 trasferiment. Dawn it-trasferimenti ingħataw jew fuq talba ta' l-istess persuna jew minħabba l-esiġenza tas-Servizz. Rigward trasferimenti li ingħataw għal Dipartimenti f'Ministeri oħra, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25569.
Leg 9 PQ #26427 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kwalifiki rikjesti biex intgħażlu l-lecturers għall-kors qasir - apprezzament tal-mużika li se jsir fiċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' Malta ġewwa Għawdex? Jista' jserraħ ras l-istudenti li l-lecturers kollha għandhom dawn il-kwalifiki? Meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jintgħażlu dawn il-lecturers?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors hu organizzat miċ-Ċentru għal Għawdex ta' l-Universita` ta' Malta flimkien mal-Programm tal-Mużika ta' l-Istitut tal-Mediterran ta' l-Universita` ta' Malta. Il-lecturers, li ġew magħżula mill-Professur Mro Joe Vella, il-koordinatur ta' dan il-Programm, huma lkoll kwalifikati biex jgħallmu fil-livell tal-kors imsemmi li jirrigwardja l-apprezzament tal-mużika. Ma kienx hemm bżonn li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għalliema f'dan il-kors qasir, li huwa wieħed okkażjonali u indirizzat lejn il-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #26504 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom is-senta ta' l-Universita' ddeċieda li l-Malti fil-livell avvanzat ma jibqax wieħed mis-suġġetti meħtieġa għall-korsa BA fl-Istudji Legali u Umanistiċi organizzat mill-Fakulta' tal-Liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat issa li d-deċiżjoni tas-Senat ittieħdet fit-22 ta' Frar 1995. Ir-raġuni mogħtija hija li l-fakulta` qed taħseb biex tieħu ħsieb it-tagħlim ta' studenti barranin. L-Universita` tgħid li dan ma jirrifletti b'ebda mod fuq l-importanza tal-Malti bħala lingwa u l-fakulta` qed taħseb biex iddaħħal it-tagħlim tal-Malti għall-avukati li jkunu bi ħsiebhom jaħdmu fil-qrati bħala parti mill-kurrikulum tal-kors tal-liġi. Ngħid mill-ewwel li la l-Ministeru u lanqas il-Gvern ma ġew konsultati fuq din il-kwestjoni lanqas mir-rappreżentanti tal-Ministru fuq is-Senat. Ngħid ukoll li la naqbel mad-deċiżjoni u lanqas mar-raġunament u tlabt li d-deċiżjoni tiġi rikonsidrata.
Leg 9 PQ #26506 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi III B fl-iskola Maria Tereza Nuzzo tal-Ħamrun u suppost li t-trasport iwassalha lura d-dar ħdejn il-knisja ta' San Pawl f'B'Kara qiegħed minflok iħalliha ħdejn il-bini tal-Vodafone?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma kellna rapporti kemm mill-kap ta' l-iskola kif ukoll minn xi ġenituri. Wara li kkonfermajna mal-Kap ta' l-iskola, infurmatna li qatt ma kellha complaints mill-istudenti ta' l-iskola. Minkejja dan, l-isem ingħata lis-Sur Mario Abela, Uffiċjal inkarigat mit-trasport sabiex jinvestiga.
Leg 9 PQ #26511 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti ta' l-Iskola Fra Diego Bonanno qed jintbagħtu għal work experience mingħajr ma jingħataw xi xorta ta' allowance? Ma jidhirlux li dan huwa sfruttament meta dawn iż-żagħżagħ qed jagħmlu xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti ta' Fra Diego Bonanno, meta jmorru jagħmlu Work Experience ma jmorrux jaħdmu, iżda jmorru biss għall-orjentazzjoni fuq ix-xogħol. Dan isir biex it-tfajliet konċernati jkollhom esperjenza ġdida li meta titniżżel f'C.V. ipoġġihom f'pożizzjoni ta' vantaġġ. Għaldaqstant din il-Work experience għandha titqies bħala parti integrali mill-edukazzjoni tagħhom, u taħt ebda ċirkustanza ma tista' titqies bħala sfruttament.
Leg 9 PQ #26469 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stella Maris

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk hux veru li l-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira organizza eżami għalih u waħdu biex idaħħal l-istudenti tal-Form 1? Kemm daħlu studenti permezz ta' dan l-eżami? Dawn l-istudenti, l-ħlasijiet għalihom, se jiġu finanzjati wkoll mill-fondi pubbliċi? Ġew konsultati l-Awtoritajiet Edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma sar eżami għad-dħul għall-Form I tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira. Din l-iskola mhux bilfors ikollha postijiet vakanti għal Form I għax normalment it-tfal ta' year 6 jitilgħu Form I. Il-ftit postijiet li jista' jkun hemm, minn tnejn sa ħamsa, jimtlew jew minn tfal bi bżonnijiet speċjali jew minn fuq xi "waiting list". Fil-bidu kien ikun hemm ftit applikanti għal dawn il-ftit postijiet iżda din is-sena kien hemm numru kbir u d-direzzjoni ta' l-iskola għamlet test fl-Ingliż u l-Malti u għax l-awtoritajiet tal-Kulleġġ deherilhom li test kien l-aktar ħaġa xierqa f'dan il-każ biex jimtlew il-ftit vakanzi li kellhom - anqas minn għaxra. S'issa għadu ħadd ma daħal għax it-tests ma ġewx ipproċessati biex jidħlu dawn it-tfal. L-iskola ma kkonsultatx mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda m'hix obbligata li tagħmel hekk dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #26470 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Forti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux l-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw il-ħsarat li qed isiru fil-bini tal-Forti ta' San Luċjan fl-użu li qed isir għall-akwakultura? Tista' ssir investigazzjoni komprensiva fil-bini tal-Forti, tal-foss u l-madwar biex jitfassal pjan għar-rijabilitazzjoni tal-forti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-propjeta' li għaliha qed issir riferenza diġa' hi skedata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Tlabt lid-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħtini rapport dwar l-istat ta' din il-Fortizza u rakkomandazzjonijeit relattivi.
Leg 9 PQ #26474 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sentejn li ġejjin x'se jkun qed iwettaq mill-pjan tiegħu l-Kunsill Nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qed jiġu konsidrati sistemi li huma adottati f'pajjiżi oħra filwaqt li l-Kunsill iżomm f'moħħu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f'Malta. Bħalissa l-viżjoni tal-Kunsill hi li fi żmien tlitt snin: * ikunu ħarġu l-ewwel standards nazzjonali ta' konoxxenza u kompetenza żviluppati mill-Bordijiet għall-Iżvilupp ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali f'diversi ħiliet fil-livelli minn wieħed sa erbgħa; * il-Kunsill ikun stabbilixxa policies rigward il-valutazzjoni ta' kompetenza; * ikunu ġew iffurmati l-Bordijiet għall-Valutazzjoni ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali; * il-membri tal-Bordijiet għall-Valutazzjoni ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali ikunu ġew imħarrġa u dawn bdew jaħdmu biex jistabbilixxu l-metodi ta' valutazzjoni ta' kompetenza; * ikunu bdew jiġu proċessati programmi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali mogħtija minn aġenziji ta' taħriġ biex jiġu akkreditjati; * ikunu bdew isiru programmi ta' taħriġ f'istituzzjonijiet varji li jwasslu biex individwu jikseb kwalifika vokazzjonali. Kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26322 fuq dan l-istess suġġett, il-Kunsill Malti għal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali qiegħed jaħdem fuq pjan li jagħti l-wisgħa għal tibdil li jkun meħtieġ li jsir. Fuq kollox il-Kunsill għandu responsabbilita` li l-kwalifiki professjonali u vokazzjonali jinħolqu fuq bażi serja u professjonali. Il-Kunsill huwa magħmul minn nies li jirrappreżentaw lill-Gvern, lill-Unions, lill-Universita` u lis-settur privat. Hemm qbil unanimu bejn il-membri tal-Kunsill li s-sistema ta' Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali għal Malti tiġi żviluppata bir-reqqa.
Leg 9 PQ #26475 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 26296 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe wara d-diskussjonijiet mal-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar l-għajnuna mwiegħda lill-ġenituri li jibgħatu t-tfal fl-iskejjel privati, jista' jgħid itteħditx deċiżjoni dwar kif se jsir issa li s-sena skolastika waslet biex tispiċċa? X'inhu n-numru ta' ġenituri li mistennija jibbenefikaw mill-għajnuna mwiegħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija għall-istampa dwar għajnuna lill-ġenituri li jibgħatu 'l uliedhom fi skejjel privati. In-numru ta' studenti li l-ġenituri tagħhom mistennija jibbenefikaw mill-għajnuna mwiegħda fil-programm elettorali huwa ta' 4128 fl-iskejjel primarji u 1739 fl-iskejjel sekondarji.
Leg 9 PQ #26496 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assoċazzjoni ex-Studenti Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jilqa' t-talba ta' l-Assoċazzjoni ex-Studenti Lyceum li jsir monument fil-Belt Valletta għall-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette, il-fundatur tal-Belt kapitali tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Apparti diversi kunsiderazzjonijiet ta' natura teknika, bħal ngħidu aħna applikazzjoni formali lill-Awtoria` ta' l-Ippjanar għal premessi neċessarji, il-Ministeru tiegħi lest jikkunsidra l-proposta biex jitwaqqaf dan il-monument imsemmi. Madanakollu, jkun xieraq illi jiġu konsultati diversi entitajiet oħra, fosthom il-Ministeru għall-Ambjent kif ukoll l-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta.
Leg 9 PQ #26394 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gżira - Daqqa ta' l-Innu Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Innu Malti m'għadux jindaqq fl-iskola primarja tal-Gżira waqt l-assembly? Jekk dan hu minnu, għaliex? Jista' jikkonferma jekk l-Innu Malti hux jindaqq f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Gżira l-Innu Malti jitkanta flok li jindaqq kuljum. Għandu jitkanta l-Innu Malti skond iċ-ċirkustanzi ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #26428 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf

Question

B'referenza għall-ittra li qed tintbagħat separatament, jistgħu jittieħdu passi biex iben il-persuna msemmija li jattendi l-iskola Primarja Dun Ġorġ Preca tal-Ħamrun jitħalla jieħu sehem fi Skola Sajf minkejja li ma applikatx kif miktub għax it-tifel ma wrihiex l-applikazzjoni fil-ħin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima konċernata ilha li ddeċidiet li taċċetta talbiet bħal dik imsemmija mill-Onor. Membru. Din it-talba kienet ġiet aċċettata bħal ta' oħrajn.
Leg 9 PQ #26429 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konferenza Nazzjonali

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom tħassret il-konferenza nazzjonali li kienet ippjanata dwar is-sehem tal-kunsilli ta' l-istudenti fil-ħajja tal-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma tħassret ebda Konferenza Nazzjonali dwar is-sehem tal-Kunsilli ta' l-istudenti fil-ħajja ta' l-iskejjel. Kellha ssir laqgħa formattiva ta' rutina għal rappreżentanti ta' disa' skejjel primarji statali u ħames skejjel sekondarji statali li pparteċipaw fi proġett pilota li kellha tinkludi xi preżentazzjonijiet ta' 'good practice', iżda li kellha tiġi proposta minħabba li ġiet proposta tard wisq biex issir fid-data stipulata.
Leg 9 PQ #26431 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ġuvintur jaqgħu wara t-Tfajliet

Question

Peress li r-riżultati ta' l-eżamijiet SEC juru li l-ġuvintur qed jaqgħtu wara t-tfajliet fil-Junior Lyceum, x'passi hemm maħsuba li jittieħdu biex tiġi ndirizzata l-problema tas-subien tal-Junior Lyceum li qed jaqgħu wara l-bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li se jiġi intensifikat l-istudju li diġa' nbeda mill-Education Assessment Unit dwar din il-problema. Se jipparteċipaw fih il-Junior Lyceums kollha, inklużi tal-bniet; għaliex l-istudju komparattiv jista' jitfa' dawl fuq il-problema u fuq opportunitajiet għal azzjoni. Se nfittxu ko-ordinament mar-Research Officer tal-MATSEC. Qed inħarsu wkoll lejn dan il-fenominu fl-Ingilterra u x'inhu jsir dwaru hemm, biex ikollna stampa ta' kuntest ieħor ukoll. Nixtiequ naħdmu b'mod li dan il-problema jingħata ħafna attenzjoni, ħsieb u enerġija u mhux pubbliċita`.
Leg 9 PQ #26432 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Secondary School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi konkreti hemm maħsuba fis-sentejn skolastiċi li ġejjin biex titjieb is-sitwazzjoni fl-area secondary school tal-Gvern fejn bħalissa l-maġġoranza l-kbira tal-istudenti qed itemu l-edukazzjoni sekondarja bla snajjiet, ċertifikati u bla kwalifiċi tas-SEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa Settembru se jiġu studjati l-School Development Plans ta' dawn l-iskejjel biex wieħed jara sew x'miżuri ta' azzjoni meħtieġa għal titjib ġew identifikati mill-iskejjel fl-aħħar eżerċizzju li dawn għamlu f'Mejju/Ġunju 2001. Se jinstab appoġġ għal kemm jista' jkun minn dawn il-proġetti billi dawn l-iskejjel jiġu abbinati ma' sorsi speċifiċi ta' għajnuna, bi pjan definit. Dawn is-sorsi jaħdmu mill-qrib ma' l-iskejjel u kemm jista' jkun kull skola jmissha xi forma ta' għajnuna. Hekk barra għoti ta' għajnuna speċifika jsir ukoll il-bini ta' sistema aktar effettiva ta' appoġġ. Se jsiru sforzi għal networking bejn skejjel għal skambji ta' idejat u riżorsi f'materjal għat-tagħlim. Fuq l-aġenda ta' l-Education Assessment Focus Group hemm bini ta' forom oħra ta' assessjar barra dawk tas-SEC. It-taħriġ li se jibda f'Ottubru 2001 għall-għalliema tat-Teknoloġija u taħriġ ieħor huma passi oħra għall-istess skop.