Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2175 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Assistenza lil Bands Lokali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mogħti lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jassisti lil bands lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt ta’ ingaġġ tal-persuna li fuqha qiegħda ssir din il-mistoqsija għadu ma ġiex iffirmat.
Leg 12 PQ #2242 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender u liema kienu li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inkluż dawk it-tenders appellati minn terzi, matul dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-offerta f'kull tender partikolari tal-kumpanija, u kemm kienet l-irħas offerta li ntefgħet f'kull tender partikolari?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija msemmija żewġ talbiet għal tenders kif qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra. Il-Ħlas ta’ dan it-tender mhux ibbażat biss fuq prezz iżda fuq diversi kriterji taħt il-proċedura tal-Most Economically Advantageous Tender (MEAT). L-ewwel tender ġie rrakkomandat peress li l-kumpanija li rebħet il-kuntratt kienet ekonomikament vantaġġuża, skond il-kriterja MEAT mniżżla fid-dokument tat-tender. Dan it-Tender ġie appellat u għaldaqstant il-proċess ta’ award ġie mwaqqaf sakemm il-Public Contracts Review Board (PCRB) jiddeċiedi il-każ. It-tieni tender ġie rrakkomandat lill-kumpanija rebbieħa peress li kienet l-irħas fost l-offerti li ikkwalifikaw skont il-kriterji stabbiliti fid-dokument tal-Offerta. Dan it-tender qiegħed fil-perjodu ta’ fejn kull offerent jista’ jagħmel appell.
Leg 12 PQ #2251 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Esebizzjoni Faith & Humanity — mistednin

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li waqt l-inawgurazzjoni tal-Esibizzjoni Faith & Humanity li saret il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013 kien hemm ħaddiema ta’ Heritage Malta li kienu mistednin u oħrajn li ma kenux? Jista’ jgħid kif meta ċertu ħaddiema staqsew lill-management ta’ Heritage Malta għalfejn ma kenux ġew mistiedna kienu ħadu risposta li dawk mistiedna kienu l-heads, managers, senior curators kollha u dawk il-ħaddiema kollha li direttament jew indirettament taw sehemhom waqt il-preparamenti biex ittellgħet din l-esebizzjoni, allura jista’ jikkonferma jekk kienx hemm ħaddiema mistednin li la ħadmu direttament u lanqas indirettament waqt il-bini u l-preparazzjonijiet tal-esebizzjoni? Jista’ jikkonferma li kien hemm mistiedna wkoll fattiga tal-kuntrattur li m’għandha x’taqsam xejn la mal-esibizzjoni u wisq iktar mal-Armerija tal-Palazz jew mal-Kmamar Statali tal-Palazz?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inviti għall-inawgurazzjoni tal-wirja "Faith and Humanity" inħarġu minn Heritage Malta u ninsab infurmat li għal din l-okkazjoni sar l-istess kif sar fi drabi oħra.
Leg 12 PQ #1232 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot li ġie allokat għal attivitajiet kulturali organizzati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex għas-sena 2013? Dan il-vot ġie mqassam? Jekk iva, liema kunsilli bbenefikaw, kemm ħa kull kunsill u x'attività/attivitajiet se jtella' l-istess kunsill u meta?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1926 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għal korsijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1665, jista’ l-Ministru, għal kull wieħed mill-korsijiet li huma offruti, jgħid kemm se jkunu l-persuni li jintgħażlu? Min qed jagħmel l-intervisti tal-għażla?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-intervisti qegħdin isiru mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill. Intant il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jinsab f’kumunikat mal-Planning & Priorties Coordination Division dwar l-ammont ta’ persuni li se jintgħażlu.
Leg 12 PQ #380 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Kiri ta' vetturi - proċedura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 39, jista' l-Ministru jgħid x'proċedura ġiet addottata biex inkrew dawn il-vetturi? B'liema rata qed jinkrew u mingħand min?

Response (VELLA, KARMENU)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-vetturi imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 39, nkrew wara li nġabru numru ta’ quotations u ntgħażlet l-aktar waħda addattata. Il-vetturi għall-Ministeru għat-Turiżmu huma; BQZ-714 €65-il ġurnata minn Sixt Rent a Car (Vat mhux Inkluża) BCK-083 €18.50-il ġurnata minn TopCar Services Ltd (Vat mhux Inkluża) Il-vetturi għas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali hi; IBH-362 €30-il ġurnata minn Trifty – Meli Group Ltd. (Vat mhux Inkluża)
Leg 12 PQ #1075 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 39.
Leg 12 PQ #1076 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (VELLA, KARMENU)

Inkrit vettura sa 16 t’April għall-prezz ta’ €30 l-ġurnata (VAT mhux inkluza) Iżda issa nbidlet ma’ oħra għal prezz ta’ €48.38 l-ġurnata (VAT mhux inkluza). Dawn il-vetturi nkrew minn għand Meli Car Rentals.
Leg 12 PQ #1842 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi

Question

Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1527 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti – sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti tal-Air Malta li ddaħħlu għax-xogħol meta kienu off duty? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm swiet lill-Air Malta din is-sahra?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġ l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1528 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti – early retirement scheme

Question

Jista’ l- Ministru jgħid kemm bdoti tal-Air Malta għamlu użu mill-early retirement scheme u kemm swiet din l-iskema lill-Air Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

In-numri ta’ piloti li għamlu użu mill-early retirement scheme huma tnax (12). Tminn (8) piloti li ħadu s-somma kumplessiva ta’ €2,730,698.00 Pilota (1) se jitħallas is-somma ta’ €4,777.00 kull xahar sad-data tal-pensjoni fis-sena 2023 Tlett (3) piloti oħra li sa’ l-aħħar tas-sena sejrin jgħamlu użu ta’ skema b’estimu ta’ €988,076.00
Leg 12 PQ #1529 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti — leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdoti ħarġu b'long leave u kemm fadlilhom minn dan il-leave bdot bi bdot?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1844 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Turiżmu sportiv – skemi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma b’liema skemi jew strutturi ġodda se jsaħħaħ is-settur tat-turiżmu sportiv din is-sena u fil-ġejjieni?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħdin isiru laqgħat bejn il-partijiet konċernati sabiex jibdew jiġu imfassla inizjattivi ġodda li għandhom jgħinu biex isaħħu t-turiżmu sportiv f’pajjiżna. Il-Gvern hu kommes li jikseb riżultati f’qasir żmien.
Leg 12 PQ #416 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1598 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 18 – Project Co-ordinator

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1434, u kummenti li ta s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kultura fejn qal li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bħala chairman se jkollu rwol maniġerjali, jista’ l-Ministru jgħid kif ir-rwol taċ-chairman se jkun differenti minn dak tal-kordinatur, u dan peress li t-tnejn donnhom għandhom rwol maniġerjali?

Response (VELLA, KARMENU)

L-irwol taċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 huwa dak li jiċċerja l-Bord tal-Gvernaturi u li jiggwidah bil-viżjoni tiegħu biex jiġi implimentat il-proġett tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura f’Malta fl-2018. Fl-istess waqt huwa wkoll iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Interministerjali tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura (IMC ECoC). Dan hu l-istess rwol taċ-Ċermen preċedenti.
Leg 12 PQ #1665 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għal korsijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikanti minn San Pawl il-Baħar (lokalità kollha) u minn lokalitajiet oħra (lokalità b’lokalità) li applikaw għall-korsijiet ta': a) ICT in Tourism ; b) Hospitality English in Tourism; c) Customer Care Management in Tourism; u d) Maltese Culture and Heritage in Tourism liema korsijiet dehru reklamati mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar taħt skema tal-ESF u li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Kemm mill-applikanti se jiġu aċċettati għal dawn il-korsijiet u meta mistenni li jinżammu l-istess korsijiet? Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema kriterji ntużaw biex jintgħażlu l-persuni li se jagħmlu l-kors?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-kors ICT in Tourism; wieħed u għoxrin (21) applikazzjoni għall-kors Hospitality English in Tourism; wieħed u erbgħin (41) applikazzjoni għall-kors Customer Care Management in Tourism; u erba’ u tletin (34) applikazzjoni għall-kors Maltese Culture and Heritage in Tourism, ilkoll joqgħodu San Pawl il-Baħar. Il-korsijiet kollha dehru reklamati mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar taħt l-iskema tal-ESF u li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Infurmat ukoll li bħalissa għaddej il-proċess tal-intervisti tal-applikanti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li ser jintużaw fis-selezzjoni.
Leg 12 PQ #1701 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Interim From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti ta’ security guards

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li twegiba se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1722 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: GIOVANNA DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta – membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-membri l-ġodda tal-bord ta’ Heritage Malta maħtura dan l-aħħar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Gvern Lokali, huwa nominat mill-Ministeru għal Għawdex, u dan peress li fil-Heritage Malta Act f’sezzjoni 9 (1) hemm speċifikament miktub li wieħed mill-membri ta’ dan il-bord irid ikun nominat mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna maħtura fuq il-bord ta’ Heritage Malta nominat mill-Ministeru ta Għawdex skont l-Heritage Malta Act huwa s-Sur Peter Muscat.
Leg 12 PQ #1725 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?

Response (VELLA, KARMENU)

Matul dawn l-aħħar xhur il-Ministru ltaqa’ mal-Abbaxxaturi tal-Awstrija, Iżrajel, Turkija, Kuwajt u Spanja. Matul dawn il-laqgħat ta’ korteżija ġew diskussi punti marbuta mas-settur turistiku. (Ara dokument Nru. 701 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)
Leg 12 PQ #824 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Wied iż-Żurrieq — rranġar tal-ħsara fuq il-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' rranġar tal-ħsara kawżata mill-maltemp fil-moll ġewwa Wied iż-Żurrieq? X'se tkun l-ispiża ta' dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istimi tax-xogħol relatat?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.