B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12229 jaħseb il-Ministru, kif ikkonferma hu stess fil-Parlament f'supplimentary question li jien għamiltlu fuq l-istess mistoqsija parlamentari, ladarba dan il-car park qed jagħmel ħsarat kbar mir-raba' li hemm fi Triq il-Gardel, Wied il-Għajn, u dan minħabba deviation ta'l-istorm water, possibbli li jsiru xi channels - anke bi ftehim ma' sid ir-restaurant - biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u ma tibqax issir ħsara lir-raba' li hu tajjeb?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`hemm xejn x`inżid fuq ir-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari Nru. 12229.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien sabiex fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ fil-viċinanzi tal-Peridot Hall, issir pedestrian crossing bit-traffic jew pelican lights? Jaf il-Ministru li f'kull ħin u f'kull mument jaqsmu din it-triq nies li ġejjin u sejrin minn u għal ġo Triq Ganni Cilia, Żebbuġ u jista' jinqala' xi inċident stradali traġiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lid-Dipartiment ikkonċernat biex isiru `surveys` biex jekk hu possibli l-`Pelican Lights` mitluba mill-Onor. Interpellant jiġu nstallati.
Fill-fatt jien infurmat li qiegħed isir `survey` tal-lokalita` mid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jiġi stabbilit x`l-aħjar li jsir.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat fuq ix-xogħol ħażin ta' tarmac li sar fi Triq il-President tar-Repubblika, kantuniera ma' Triq Wiġi Bongailas, Żabbar fi żmien gvern Laburista?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-kuntratturi li wettqu x-xogħol ilhom minn meta tlesta` x-xogħol jimmoniterjaw il-kwalita` tiegħu biex fejn jinstab li ma baqax tajjeb ikun jista` jinqala` u jinbidel.
Bħalissa qed isiru wkoll `core cuts` biex jiġi vverifikat l-ammont tal-qatran fit-taħlit ta` l-asfalt, li ovvjament hu parti mportanti fir-rigward tal-kwalita` tal-wiċċ tat-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu sabiex Triq Widnet il-Baħar, fiż-Żurrieq ma tibqax fl-istat li hi?
Jekk il-petizzjoni preżentata mill-istess residenti u l-fatti hemm esposti ġewx a konjizzjoni tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fil-waqt li nikkonferma li l-petizzjoni ndikata waslet quddiemi wkoll, tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq biex jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq issir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12164, jista' l-Ministru jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija jiġifieri: Kif qegħdin jintużaw u għal-liema raġuni u jista' jgħid jekk dawn il-karozzi jistgħux jiġu wżati minn persuni oħrajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 12164, inżid ngħid li jekk ikun hemm il-ħtieġa dawn il-karozzi jistgħu jiġu wżati minn xi persuni oħra mpjegati ta` l-Awtorita` Marittima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn yachts Valletta registered mal-Malta Maritime Authority?
Kemm hawn dgħajjes "S" registered mal-Malta Maritime Authority?
Kemm hawn yachts proprjeta' ta' ċittadini Maltin li huma reġistrati f'portijiet barranin li jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' marinas f'Malta?
X'inhuma r-rati ta' liċenzji "S" registered u tal-motor yachts Valletta registered?
X'inhuma r-rati għal berthing fil-marinas u s-servizzi/facilitajiet li jkopru dawn ir-rati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Diċembru 1999 kien hawn 1383 `pleasure yachts` reġistrati taħt l-Att ta` l-1973 dwar il-Bastimenti Merkantili.
Jien infurmat ukoll li sa l-aħħar ta` Frar 2000 kien hemm 5800 dgħajsa mar-reġistru tas-`Small Ships Register` li kellhom il-liċenzja mħallsa kif ukoll madwar 2500 dgħajsa oħra li huma reġistrati iżda m`humiex suġġetti li jħallsu liċenzja.
Skond ir-`records` tal-Malta Maritime Authority ma jidhirx li hemm `yachts` reġistrati barra u li huma propjeta ta` ċittadini Maltin li qed jagħmlu użu mill-Yacht Marina ta` Malta.
Ir-rati ta` liċenzji ta` dgħajjes u `yachts` huma kif ippublikati b`avviż Legali Nru. 240 ta`l-1997.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ser inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati ta' cilindraġġ 'il fuq minn 2000cc? Minn dawn kemm minnhom huma reġistrati fuq kumpanniji u kemm minnhom huma reġistrati fuq diretturi ta' kumpanniji, kemm minnhom huma reġistrati fuq individwi? Mil-liema lokalitajiet ġejjin l-individwi li fuqhom huma reġistrati dawn il-karozzi, lokal lokal?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' karozzi reġistrati ta' ċilindrata 'l fuq minn 2000cc huwa 6,438. Minn dawn, 5,058 huma rreġistrati f'isem individwi u 1,234 f'isem individwi għan-nom ta' kumpaniji.
Bħalissa d-Dipartiment tal-Liċenżji u Testijiet ma jżommx statistika ta' vetturi skond il-lokalita' u ma jirreġistrax vetturi direttament fuq kumpaniji iżda fuq individwi għan-nom ta' kumpaniji.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jingħataw it-tarmac fir-Rabat, l-Imtarfa u l-Baħrija matul din is-sena finanzjarja u li responsabbli għalihom huwa l-gvern ċentrali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed isir xogħol fit-triq ta` l-Imtarfa fil-karreggjata li sejra lejn il-Belt u ser joħorġu sejħiet għal offerti għal xogħol simili fil-karreggjata li tagħti lejn Buzugrilla.
Xogħolijiet oħra jsiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-istat ħażin ta' Triq Sant'Antnin f'Tas-Sliema minfejn jgħaddu mijiet ta' studenti barranin li jiġu jistudjaw l-Ingliż f'Malta? Jaf il-Ministru li r-residenti ta' din it-triq ilhom żmien twil jitolbu li ssir xi ħaġa biex tiġi rranġata u ma tibqax perikoluża għar-residenti u t-traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill lokali ta` tas-Sliema qed iwettaq xogħolijiet ta` `resurfacing` f`din it-triq, u x-xogħol hu maħsub li jitlesta sa l-aħħar ta` Marzu 2000.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikun hemm forom idoneji ta' traffic management (per eżempju, traffic lights) f'salib it-toroq magħruf bħala ta' ħdejn il-Vibes fl-inħawi Tal-Balal peress li qed tintuża ħafna u qed ikun hemm perikli kbar minn karozzi ġejjin min direzzjonijiet opposti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Aktar minn darba, matul ix-xhur li għaddew inkikajt li din il-`junction` hi waħda li għandha tiġi irranġata. Fil-fatt diġa` saru `traffic counts` u l-informazzjoni qed tiġi analizzata biex jiġi deċiż id-disinn għal din il-`junction`.
Dan hu mportanti billi l-forma ta` kull `junction` tiddependi mit-traffiku li jgħaddi minn inħawi partikulari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Toroq mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukolljekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg,jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Toroq.
Santa Venera — Triq Patri Gwann Azzopardi - Tiswija
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Patri Gwann Azzopardi, Sta. Venera, se tiġi rranġata, minħabba l-periklu li hemm għar-residenti, minħabba t-tħarbit fit-triq, u anke il-fatt li d-drenaġġ ta' spiss ifur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi normalment jesegwieħ il-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor. Interpellant hija mitluba tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Fonzu Gauci fiż-Żurrieq hix waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qegħda tipprepara? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din issir, peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi jien infurmat li t-triq indikata diġa` ġiet asfaltata, l-Onor. Interpellant hu mitlub jivverifika sew l-isem tat-triq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Donato del Piano hix inkorporata fil-pjan li qiegħed jiġi mniedi għall-irranġar ta' toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hix se ssir din is-sena peress li l-inkonvenjent u l-ħsara f'din it-triq hija kbira?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija kienet fil-pjan u fil-fatt għadu kif ingħata kuntratt biex din it-triq isir ix-xogħol fiha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilta' li Triq il-Għasel, Żabbar tingħata wiċċ tat-tarmak għax tinstab fi stat diżastruż għall-aħħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li jintrema' laboratorju mid-Dipartiment tat-Toroq meta sal-lum il-laboratorju li għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet sewa tajjeb biżżejjed għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif diġa rrispondejt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14105, l-apparat li qed jinxtara mid-Dipartiment tat-Toroq m`hemmx bħalu għand id-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Barra minn hekk sabiex ix-xogħol ta` `testing` ikun ta` livell akkreditat irid isir minn istituzzjoni bħal `Malta Standardization Authority`.
Fil-fatt m`għandux ikun eskluż li apparat li għadu tajjeb għal `tests` ta` materjal tat-toroq fil-laboratorju tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet għandu wkoll jgħaddi għand il-`Malta Standardization Authority` sabiex is-servizz ta` din l-organiżżazzjoni jkun wieħed komplut.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm illi t-triq li miż-Żurrieq tagħti għall-Ħal Far tiġi rranġata peress li din hija l-unika via di uscita f'każ li tingħalaq id-daħla tal-mini, jekk taqta' t-triq tas-Siġġiewi li tinsab f'diżastru akbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija jagħamlulha l-manutenzjoni tagħha l-Kunsill Lokali, u għalhekk għal aktar informazzjoni dwar il-programm tal-manutenzjoni, l-Onor, Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tingħata t-tarmak, Triq il-Waqqafa, Mosta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta it-toroq Triq il-Qawsalla, Triq ġdida ġo Triq Sta. Venera u Triq Ċensu Farrugia kollha ġewwa l-Imsida se jiġu mogħtija t-tarmak?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għadhom kif ingħataw żewġ kuntratti mid-Dipartiment tat-Toroq biex Triq il-Qawsalla u Triq Ġdida fi Triq Santa Venera jiġu asfaltati.
Xogħol fi Triq Censu Farrugia qed isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn parti ta' Triq Dejma, Fgura, quddiem is-Swan laundry, li suppost ingħatat tarmac bil-first phase 13-il sena ilu, imma ma saritx minkejja li l-kuntrattur dakinhar kien tħallas u m'għamilx ix-xogħol? Peress li żgur li mhux sew li l-familji li joqogħdu f'din it-triq ibatu minħabba irresponsabbilta' ta' ħaddieħor, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb, jekk hemm ħsieb, li ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi l-Onor. Interpellanta qed tagħmel allegazzjonijiet dwar xogħol li suppost sar, li tħallas iżda ma sarx, nitlobha tgħaddi l-informazzjoni li għandha ħalli din l-allegazzjoni tkun tista tiġi investigata.