Jista' l-Ministru jikkonferma li l-MDC se tikri post ġdid għall-uffiċini tagħha f'Santa Venera? Kif intgħażel il-post? Kemm se titħallas kera għal dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħalissa l-MDC qeda` topera minn Villa Portelli fil-Kalkara, liema post mhux adattat għall-ħtiġijiet tal-korporazzjoni. Għal din ir-raġuni inħass il-bżonn li jinstab post alternattiv minn fejn il-Korporazzjoni tista` topera aħjar.
Wara li saret tfittxija fis-suq u wara li gew eżaminati numru ta` prpjetajiet; il-Bord tad-Diretturi tal-MDC ħa d-deciżjoni li jikri premises f`Santa Venera. Il-kera hija ta` Lm 55000 fis-sena għal spazju ta` 2000 metru kwadru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tintrabat li tippubblika r-rapport tekniku li ġie ikkummisjonat mill-Enemalta dwar il-qtugħ tad-dawl estensiv li kien hemm dan l-aħħar? Min kien l-espert li ġie mqabbad?
Response (BONNICI, JOSEF)
Wara l-ħsara li żviluppat dan l-aħħar fil-Power Station tal-Marsa, il-Korporazzjoni Enemalta ikkummissjonat rapport tekniku dwar dan l-inċident. L-esperti mqabbda biex iħejju dan ir-rapport huma l-Professur Carmel Pule` u s-Sur Lawrence Ciantar. Meta r-rapport ikun finalizzat, dan jiġi ppubblikat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw l-ħsarat mill-1990 sal-lum?
Kemm tħallsu sena b'sena kull kuntrattur mill-1990 sal-lum?
Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?
Jista' l-Ministru jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli ix-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1990 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħaddmu?
Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni valida ghaliex qed tintalab informazzjoni dettaljata hafna fuq medda ta` ghaxar snin, ma narax il-htiega li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha toqghod tigbor din l-informazzjoni kollha meta l-hin u r-rizorsi ta` l-impjegati taghha jistghu jigu utilizzati ferm ahjar.
Fir-rigward tar-raba` parti tal-mistoqsija, tajjeb jinġħad li l-Korporazzjoni ġħandha l-mekkaniżmu taġħha biex tassigura li x-xoġħol li jkun qed isir fil-fatt isir kif suppost.
Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 17173 tikkonċerna nfieq pubbliku u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista'l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li din il-mistoqsija hija l-istess bhall-mistoqsija numru 17432 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant. Ghaldaqstant huwa ovvju li t-twegiba li tajt ghal dik il-mistoqsija tapplika ghal din ukoll.
Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 17175 tikkonċerna infieq pubbliku u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba lill-Kamra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li din il-mistoqsija hija l-istess bhall-mistoqsija numru 17433 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant. Ghaldaqstant huwa ovvju li t-twegiba li tajt ghall-mistoqsija tapplika ghal din ukoll.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15561, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri jekk vettura ma tgħaddix mill-VRT għaliex l-ispare parts ma jkunux available? Iċ-ċittadin ma jkunx jista' juża l-karozza tiegħu, minkejja li jkun jista' jsuqha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li l-mistoqsijiet li jikkonċernaw il-VRT għandhom jiġu indirizzati lill-Ministru ikkoncernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6809, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru mill-korp ikkonċernat imsemmi fit-tweġiba 6809 minn Mejju 1999 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 6809.
Jista' l-Ministru jara għaliex kont esaġerat ta' l-ilma, No. 900247100 ta' Lm406.49 għall-perijodu mis-16 ta' Frar, 1996 sa l-24 ta' Ġunju, 1996, kulma tnaqqas meta dan il-kont ġie rivedut kien biss Lm46.75 minkejja l-fatt li l-persuna konċernata għamlet diversi lmenti mal-Korporazzjoni ta' l-Ilma, saħansitra kitbat lill-Kap Eżekuttiv tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kont li ghalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant gie riferit lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma biex jerga` jigi ezaminat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet minn konsumatur lill-korporazzjoni Enemalta minħabba ħsarat kawża ta' qtugħ/over voltage ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew milqugħa? Kemm tħallsu fi spejjeż sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-pjanijiet tal-gvern għall-Awtorita' dwar ir-Riżorsi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Abbozz ta` Ligi li jwaqqaf Awtorita` dwar ir-Rizorsi huwa ntiz biex isservi bhala regolatur fl-oqsma ta` l-energija, ta` l-ilma u tar-rizorsi naturali. Dan l-abbozz ser ikun ippubblikat fi zmien qasir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17174, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista` ta` l-apparat kollu gdid li l-Korporazzjoni Enemalta strat u nstallat f`Malta u f`Ghawdex matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukoll li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Korporazzjoni tippubblika kull sena.
Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17174.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex bozza li tinsab fl-indirizz imsemmi separatament u li qed titfi u tixgħel tiġi rranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17294 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropa? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Din il-mistoqsija diga` wegibtha meta rrispondejt il-mistoqsija numru 17293.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti biex daħħlu l-coin telephone fid-djar tagħhom minn Settembru tal-1998 'l hawn? Kemm kienu dawk l-abbonati li ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tas-servizz minn Diċembru 1999 sa Mejju 2000? Kemm kienu dawk l-abbonati li kellu jiġi sospiż is-servizz tagħhom għax ma ħallsux il-kont minn Diċembru 1999 sa Mejju 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar, it-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tieħu passi biex jitneħħa l-periklu billi tinbidel il-lampa u l-arm tagħha li hija msadda u fi stat perikoluż li tinsab fuq 107, Triq l-Arkati, Isla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta biex issir l-investigazzjoni mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki ġodda li fetħu f'Malta u Għawdex mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Kemm impjegaw ħaddiema u ta' liema grad/sengħa/teknika?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16886 waqt is-Seduta numru 316 tal-Gimgha 16 ta` Gunju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitorig, screening, adozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Peress li residenti f'153 Triq Napuljun Caruana Dingli, Mellieħa, ilhom is-snin jirrapportaw sabiex jiġu rranġati l-wires/cables tad-dawl perikolużi li hemm mar-residenza tagħhom, kif ukoll tiġi rranġata lampa li hemm fit-triq li tinlaħaq b'idejhom stess, jista' l-inġinier responsabbli jirrimedja biex xogħlijiet meħtieġa sabiex jiġi evitat kull perikolu li jista' jikkawża xi traġedja? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.