Legislature:
Category:
Reset
Active:

PULIZIJA — Għases magħluqin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija hawn magħluqa mill-aħħar ta’ April 2013 ’l hawn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat, l-Għases tal-pulizija prinċipali kollha jinżammu miftuha l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jingħalqu meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor. Bħalissa għaddej studju biex l-Għasses isiru aktar effetivi.

PULIZIJA — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xkien in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija f’kull grad fl-aħħar ta’ April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ April ta’ din is-sena, il-membri fil-Korp tal-Pulizija f’kull grad kienu kif ġej: Grad Numru Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 8 Supretendent 25 Spettur 97 Surġent Maġġur 41 Surġent 331 Kuntistabbli 1439

Għawdex – trasferiment ta’ Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija li kien jaqdi d-doveri tiegħu f’Għawdex ġie trasferit għal band’oħra differenti minn fejn kien wara l-11 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mill-11 ta’ Marzu ta’ din is-sena 'l hawn, kien hemm 55 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex li ġew assenjati doveri oħra minn dawk li kellhom qabel, f’Għawdex stess.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali m’għamel l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Korp tal-Pulizija – postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija u f'liema karigi kienu dawn il-vakanzi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-complement fid-Distretti u Taqsimiet fil-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Korp. Filfatt fil-preżent għaddej eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-Korp sabiex jilħaq l-eżiġenzi tal-illum, liema eżerċizzju qed jindika li hemm bżonn ta’ żieda fil-complement tal-Korp. Total ta’ postijiet vakanti 126 Pożizzjoni Total ta’ Postijiet Vakanti Assistent Kummisarju 2 Supretendent 3 Spetturi 6 Surġent Maġġur 1 2 Surġent Maġġur 2 12 Surġenti 36 Kuntisstabli 65

PULIZIJA — Administrative Law Enforcement Section – bċejjeċ tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm-il biċċa tal-baħar qed tintuża preżentement mill- Administrative Law Enforcement Section (ALE) tal-Korp tal-Pulizija; u b) Kemm-il sena għandhom il-bċejjeċ tal-baħar tal-ALE? Jista’ jispeċifika ta’ liema għamla huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija fil-preżent qed tagħmel użu minn sitt opri tal-baħar. Erba’ huma tal-għamla rigid hull inflatable boat li tnejn minnhom ilhom jintużaw għall din l-aħħar sena, filwaqt li t-tnejn oħra ilhom jintuzaw erba’ snin. Hemm ukoll cabin cruiser tal-fibre glass li wkoll ilha tintuza erba’ snin kif ukoll open speedboat ukoll tal-fibre glass li bidet tintuza minn din it-Taqsima fis-2007.

Liċenzji għal manifattura ta’ nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn, fl-1 ta' Mejju 2013, f'Malta u Għawdex: a) persuni bil-liċenzja A - awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar; b) persuni bil-liċenzja B - awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar; ċ) persuni bil-liċenzja C - awtorizzati biex jaħarqu xogħol tan-nar; u d) persuni bil-liċenzja D - apprentisti, jistennew li jattendu għall-kors tal-liċenzja B?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Malta Għawdex Total a persuni bil-liċenzja A – awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar 176 14 190 b persuni bil-liċenzja B – awtorizzati biex jimmanifatturaw in-nar 867 80 947 c persuni bil-liċenzja C – awtorizzati biex jaħarqu xogħol tan-nar 30 2 32 d persuni bil-liċenzja D – apprentisti, jistennew li jattendu għall-kors tal-liċenzja B 110 36 146

Korp tal-Pulizija — interrogation rooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija, jew sezzjoni oħra, għandha interrogation room speċifikament destinata għal dan l-użu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi s’issa huma t-Taqsimiet tal-Investigazzjoni Kriminali fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, li għandhom kmamar espressament għall interrogazzjoni waqt investigazzjonijiet kriminali. Hemm il-ħsieb illi l-quddiem Għasses principali fid-Distretti wkoll ikollhom din il-faċilità.

Korp tal-Pulizija – miżuri ta’ dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm tkeċċew pulizija bħala miżura ta' dixxiplina? F'liema grad kienu meta tkeċċew u kemm kien l-ammont ta' snin ta' servizz li kienu laħqu servew?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar għaxar snin tkeċċew 14-il membru mill-Korp tal-Pulizija bħala miżura ta’ dixxiplina, filwaqt li wieħed tneħħa mill-Korp fl-interess pubbliku. Dawn kienu Surġent u 14 Kuntistabbli. Is-servizz li kellhom kien ivarja bejn il-23 sena u 7 is-snin.

Faċilità Korretiva ta’ Kordin – trasferiment ta’ personnel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm saru trasferimenti ta’ personnel minn u/jew lejn il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-Interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew trasferiti uffiċjal korrettiv, 4 kuntistabbli, assistant principal, żewġ skrivani u psikologu. Lejn il-Faċilità ġew trasferiti skrivana, żewġ surġenti w ħames kuntistabbli.

Forzi Armati — Suldati stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn wara d-9 ta’ Marzu 2013 kemm kien hemm suldati li kienu stazzjonati l-Berġa ta’ Kastilja u li tneħħew minn hemm, u jgħid fejn huma llum? Jista’ jgħid kemm hemm suldati li llum huma stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja u li sad-9 ta’ Marzu ma kenux stazzjonati f’din il-Berġa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara d-9 ta’ Marzu 2013 tneħħew sitt suldati mill-Berġa ta' Kastilja. Minn dawn, wieħed qiegħed mas-Citizenship and Expatriate Affairs u ħamsa qegħdin l-Ewwel Riġment, B company. Kienu tmienja s-suldati li sad-9 ta’ Marzu 2013 ma kienux stazzjonati f’din il-berġa u li wara din id-data ġew stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja.

Ftuħ ta’ Għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu għases tal-Pulizija mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proċess biex l-Għasses tal-Pulizija jsiru aktar effettivi u jintużaw bl-aħjar mod possibli.

PULIZIJA — Distretti u diviżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa ta' Malta u Għawdex bil-borderlines tad-diversi distretti u diviżjonijiet tal-pulizija indikati? Jekk din fil-fatt ma teżistix, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ffissati dawn il-borderlines b'mod uffiċjali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi m’hemmx il-mappa kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi xi zmien ilu kien inbeda eżercizzju sabiex il-konfini tad-Distretti tal-Pulizija jkunu indikati fuq pjanti tal-lokalitajiet. Dan l-eżercizzju għadhu mhux lest

Protezzjoni Ċivili – postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fil-Protezzjoni Ċivili fil-preżent?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1933, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tnejn u ħamsin (52) post vakanti fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dan jirriżulta wara li dan id-Dipartiment tħalla għal-diversi snin, mingħajr ma’ joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi umani evidenti. · Total ta’ 44 Assistant Rescue Officers . · Il-post ta’ Deputat Direttur. · Chiefs Assistance and Rescue Officer (Operations) · Chief Assistance and Rescue Officer (Planning and Co-ordination) · Skrivan biex jassisti fit-taqsima tas-Salarji · Żewġ (2) mechanics · Sprayer · General tradesman. L-Għadd kbir ta’ postijiet vakanti rriżultaw wara li dan id-dipartiment tħalla fit-telqa għal diversi snin mingħajr ma ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jinbeda proċess ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet vakanti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma il-postijiet vakanti fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi minkejja li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jidher li qatt ma sar eżerċizzji biex jiġi identifikati l-istaff compliment meħtieġ biex jiġu esegwiti il-funzjonijiet kollha meħtiega għas-sigurtà u r-rijabilitazzjoni tal-priġunieri, għall-ewwel darba sar dan l-eżerċizzju skont it-talbiet mill-istess Dipartiment fil-‘Capacity Building’. Hemm propost 172 postijiet vakanti. Il-Ministru jinforma lil Onorevoli Interpellant li l-proċess tas-sejħa għal-applikazzjoni għal-postijiet vakanti ser jinbeda fil-jiem li ġejjin.

PULIZIJA — Tindif tal-għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif tal-għases u tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi huwa d-dmir ta’ kull membru tal-Korp li jżomm il-post tax-xogħol tiegħu nadif. F’Korp dixxiplinat l-ogħla rank preżenti huwa fid-dmir u d-dover li jara li l-post li jkun responsabbli minnu jinżamm dejjem nadif. Barra minnhekk wieħed mid-dmirijiet tar-rank ta’ Surġent Maġġur huwa propju l-indafa tal-postijiet kollha taħt ir-responasibilita tiegħu. Fl’aħħarnett l-Ufficjali kollha tal-Korp taqa’ fuqhom b’mod ġenerali r-responsabilita’ li tinżamm l-indafa.

Open Centres – immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali fl-open centres fl-aħħar ta' April 2013? Kif kienu mqassma dawn l-immigranti illegali fid-diversi open centres madwar Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

CENTRE POPULATION ABB 01-May-13 ĦAL FAR TENT VILLAGE HTV 315 HANGAR OPEN CENTRE HOC 289 ĦAL FAR OIWAS HFO 35 ĦAL FAR RECEPTION CENTRE HFRC 39 DAR IL-LIEDNA DIL 52 DAR IS SLIEM DIS 29 (TOTAL RESIDENT UMAS) (62) BLOCK C REGISTRATIONS BLOCK C 26 PEACE LAB PL 36 MARSA OPEN CENTRE MOC 300 MEC HOUSES MEC 155 MEC BALZAN BAL 129 TOTALS 1405

SAG – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati fil-preżent fl-SAG? Kif inhuma mqassma dawn fid-diversi gradi? F'ġurnata normali, kemm ikun hemm pulizija stand by u f'liema gradi jkunu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onrevoli Interpellant li l-Ispecial Assignment Group illum il-gurnata hija assimilate flimkien ma dik li kienet il-Mobile Squad, biex flimkien iffurmaw ir-Rapid Intervention Unit.