Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Triq l-Aurora

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq l-Awrora, li ilha biex issir, hux se tkun inkluża f'xi pjan ta' ħidma? Fil-każ affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol, kemm se jiġi jiswa lill-gvern u kemm idum sejjer ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-bankini u storm water culvert fit-triq imsemmija tlesta aktar kmieni din is-sena. Sadanittant fi Frar li għadda ħareġ it-tender għall-kostruzzjoni u l-asfaltar ta' triq imsemmija, liema tender ġiet mgħotija fit-2 ta' Diċembru. Ix-xogħol mistenni jiswa' Lm24,706 u għandu jdum madwar erba' ġimgħat.

Ħaż-Żebbuġ — Sqaq il-Qenċ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ, f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-isqaq imsemmi huwa responsabilta tal-Kunsill Lokali għalhekk l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sta. Venera — Triq Dun Frans Camilleri

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta. Venera li riċentement saret mid-dipartiment tat-toroq sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jidħlu fil-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-bankini li hemm fi Triq Dun Frans Camilleri saru skond l-ispecifications ta' l-ADT. Quddiem il-garaxxijiet kollha li hemm f'din it-triq saret drop kerb pero' dawn ma tkomplewx quddiem il-bibien tad-djar biex jiġu rispettati l-livelli maħruġa mill-MEPA. Fit-tarf tat- triq hemm plot mhux mibni u quddiem dan il-plot sar gutter tal-concrete b'mod li meta dan il-plot jinbena s-servizzi jkunu jistgħu jitqabdu mingħajr il-ħtieġa li tinqala t-triq.

Isla — Moll

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' irranġar tal-moll ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru inkariga t-Taqsima tax-Xogħolijiet sabiex tagDmel survey u valutazzjoni tax-xogħol li għandu jsir il-moll imsemmi. din l-istima għandha twassal għall-ħruġ ta' tenders għax-xogħolijiet kmieni s-sena li ġejja.

Ħaż-Żebbuġ — Triq it-12 ta' Mejju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi xogħlijiet fi Triq it-12 ta' Mejju, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew, Periti mill-ADT spezzjonaw it-triq imsemmija u saret talba lid-diviżjoni tax-xogħolijiet biex isir il-patching neċessarju.

Regolamenti dwar vetturi bil-mutur

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9483, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkjarifika jekk persuna li ħadet il-liċenzja fis-sewqan f'April 2003 u tkun ħallset kontravenzjoni ta' Lm10 dwar ipparkjar fuq double yellow line jitnaqqsulhiex il-punti skond hekk, peress li skond Regolament 34 tar-Regolamenti ta' l-2002 dwar il-vetturi bil-mutur meta l-kontravenzjoni mhijiex waħda mill-offiżi elenkati fis-6th Schedule, Regulation 341 tad-Driving Offences Codes S.L.65.18?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Peress li l-liċenzja tas-sewqan in-kwistjoni ħarget qabel Jannar 2004, jiġifieri qabel ma bdiet topera s-sistema ta’ liċenzji ‘Bi Prova’ ibbażata fuq tnaqqis ta’ punti penali, ma jitnaqqsux punti minn fuq din il-liċenzja. Rigward il-kontravenzjoni dwar ipparkjar fuq double yellow line, din tinsab fis-6th Schedule, TS4.

Kuntratturi — Protokoll Taljan - Bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tas-sitt kuntratturi li ngħataw għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan inkluż l-isem tal-kuntratturi, ix-xogħol li ngħataw u l-valur tiegħu, is-subcontractors u l-periti Maltin li ġew imqabbda minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra Rigward il-Periti Maltin li ġew referuti bħala l-Periti "mqabbda" minnhom u cioe mill-kuntratturi, ta' min wieġed jippreċiża illi dawn il-Periti ġew inizzjalment nominati mill-kuntratturi Taljani fit-tender submission tagħhom. Sussigwentament, l-Awtorita` dwar it-Trasport approvat l-ingaġġament tagħhom u dawn il-Periti daħlu fl' agreement mal-Awtorita` għas-superviżżjoni tax-xogħol li jaqgħa taħt il-Protokol Taljan.

ADT — Trasport permezz ta' trams

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport qattx għamlet jew hemmx il-ħsieb li tagħmel studju dwar il-feasibility ta' mezzi ġodda ta' trasport għall-massa, bħal trams, li huma effiċjenti u irħas għal min jużahom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport qatt ma kkummisjonat studji fuq il-feasibility ta’ trams bħala mezz ta’ trasport għall-massa. Dan ma jeliminax il-possibilta li l-Awtorita' mhux ser tagħmel studji fil-futur skond l-Att li jirregola l-Awtorita' dwar it-Trasport fejn wieħed mir-rwoli tagħha hu li tipprovdi servizzi ta’ trasport pubbliku effiċjenti. L-Awtorita' għandha l-pjanijiet li tikkummisjona studji bħal dawn u oħrajn li jservu d-domanda għal trasport pubbliku għall-massa li jkun effiċjenti u rħis.

Fgura — Triq Merħba

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta Triq Merħba, fil-Fgura mistennija tiġi asfaltata u meta se ssir il-bankina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tender għat-triq imsemmija nħareġ aktar kmieni din is-sena u bħalissa qed jiġi aġġudikat.

Bormla — Bus Shelters

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-bus shelter eżistenti viċin l-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla u l-bus shelter tan-naħa ta' Windmill Street, Bormla, humiex ser jitneħħew u jitpoġġa wieħed quddiem l-entratura tal- housing estate ta' Fuq Verdala, quddiem it-taraġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmt illi l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta m'għandha l-ebda ħsieb illi iċċaqlaq jew tneħħi ż-żewġ bus shelters imsemmija f'din il-Mistoqsija Parlamentari.

ADT — Regional Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku qattx ħasset il-ħtieġa jew in-neċessita' li t-tliet mini ta' Regional Road, speċjalment dawk tan-nofs, jiġu mdawwla aħjar sabiex sewwieq li jkun dieħel taħthom ma jkollux iktar diffikulta' jaġġusta l-vista tiegħu peress li mid-dawl qawwi tax-xemx ikun daħal, relattivament, fid-dlam ta' dawn il-mini u b'hekk jiġu evitati inċidenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

F’Ġunju ta’ din is-sena esperti fuq sigurta fil-mini u d-dawl ta’ ġo fihom, kemm inglizi u franċiżi, inġibu Malta sabiex jeżaminaw is-sigurta’ tal-mini li jinsabu fuq it-toroq tat- TEN – T (Rotta 1 u Rotta 6). Dawn l-esperti ħejjew rapport li għandu jservi ta’ bażi għal proposti ta’ upgrading kemm fil-preżent u għal futur f’dan ir-rigward.

Mużew tat-trasport f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx jew hux se ssir xi talba għal fondi mill-Unjoni Ewropea għat-twaqqif ta' mużew tat-trasport f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li f’ Marzu ta’ din is-sena l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta applikat mal-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali għall-fond għat-twaqqif ta’ mużew dwar it-trasport. Din it-talba ma ġietx magħżula għall-iffinanzjar.

Birkirkara — Naxxar Road - Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat ta’ l-Imaniġġjar tat-traffiku informa lill-Enemalta, Distrett ta’ Birkirkara, sabiex tittieħed kull azzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward.