Jista' l-Ministru jgħid kemm-il approvazzjoni u awtorizzazzjoni kien hemm min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinxtraw karozzi b'direct order mid-9 ta' Marzu sal-lum minn diversi ministeri tal-Gvern? Jista' jgħid għal-liema dipartiment, ministeri jew awtoritajiet ingħatat din l-approvazzjoni u awtorizzazzjoni? Kemm minn dawn inxtraw għall-użu ta' segretarji permanenti u għal-liema segretarju permanenti partikulari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Billi l-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li l-prezzijiet tal-proprjetà f'Malta matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena żdiedu b'iktar minn 3% ma tikkorrispondix mal-figuri li għandhom dawk il-persuni li għandhom proprjetà għall-bejgh, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif l-Uffiċċju wasal għall-konkluzjonijiet tiegħu dwar dawn il-prezzijiet? Kemm kien in-numru ta' proprjetajiet li ttieħdu in konsiderazzjoni biex sar l-istudju msemmi, u ma’ liema tip ta' proprjetà tqabbel l-istess studju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà ilu jkun maħdum mill-2004 u l-metodoloġija baqgħet konsistenti. Fl-istudju jittieħdu tliet tipi ta' proprjetà: appartamenti, maisonettes u terraced houses. B'kollox f'kull kwart ta’ sena, il-kampjun ikun magħmul minn madwar elf osservazzjoni, bil-biċċa l-kbira jkunu prezzijiet ta’ appartamenti. Biex titnaqqas kemm jista' jkun il-volatilità ta’ dan il-kejl, jintuża l-prezz medjan (median) minflok il-prezz medju (average). Ir-raġuni hi li dan tal-aħħar għandu tendenza ikbar li jkun affetwat minn ċaqliq fil-prezzijiet ta' proprjetà. L-indiċi aggregat huwa stabbilit skont it-teknika tal-aġġustar (weighting) rigward it-tliet tipi ta' proprjeta' trattati fl-eżerċizzju.
Is-sors tal-informazzjoni wżata fl-indiċi huwa l-prezzijiet tal-proprjetà (fejn jinvolvi t-tliet tipi msemmija) irrapurtati min-nutara fl-applikazzjoni biex ikun irreġistrat il-bejgħ tal-proprjetà mad-Dipartiment tat-Taxxa.
Dipartiment tal-Kuntratti – teknoloġija favur l-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jieħu d-Dipartiment tal-Kuntratti biex dawk il-kumpaniji li jippromwovu teknoloġija u jħaddnu prassi favur l-ambjent jingħataw rikonoxximent fl-għoti ta’ tenders u kuntratti pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi aktar milli jingħata rikonoxximent, id-Dipartiment tal-Kuntratti jesiġi li sejħiet għall-offerti għal xiri ta’ ċertu prodotti jew servizzi jridu jinkludu speċifikazzjonijiet ambjentali kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Id-Dipartimenti u organizzazzjonijiet kollha tal-Gvern kienu ġew infurmati fuq kif għandhom jiktbu id-dokumenti tas-sejħiet tal-offerti f’dan ir-rigward permezz taċ-Ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti 21/2011. Tali dokumenti qed ikunu skrutinizzati mis-sezzjoni tax-Xiri Pubbliku Aħdar. L-offerenti huma mistennija li l-prodotti u servizzi li joffru jridu jirrispettaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet. F’kas li le, l-offerti jiġu skwalifikati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew committed għajnuniet lill-għaqdiet differenti mill-Good Causes Fund bejn Awwissu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid min kienu dawk li ġew imwiegħda minn din l-għajnuna u l-ammont għal kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -karozza uffiċjali tal-Ministru tal-Finanzi ġiet assenjata lili mill-uffiċju tal- Prim Ministru li għamel arrenġament għal kirja ta numru ta karozzi għal perjodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il membri tal- kabinett mal-ħatra tagħhom.
Il-Karozza qed tinkera bir rata ta euro 11,928 fis sena.
Bħall issa il-Ministru ħareg offerta għal kiri ta karozza biex tieħu post dik li għandu bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni finanzjarja fil-preżent tal-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista’ jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem dan il-Fond li saru qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u kemm huwa l-ammont globali ta’ dawn it-talbiet ? Jista’ jgħid liema huma s-snin li fuqhom huma mqassma dawn it-talbiet ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 34 talbiet pendenti quddiem il-Fond għall-Kawżi Ġusti, b'valur totali ta' €1,274,297.50, li huma mqassmin bejn l-2012 u l-2016.
Ma dawn iridu jiżdiedu talbiet oħra li kienu ġew aċċettati u commitmentsoħra li saru qabel l-aħħar elezzjoni minn dan il-fond u li l-ħlasijiet għalihom, li jaqbżu €3 miljun, għadhom pendenti. Dawn ukoll huma mqassmin bejn l-2012 u l-2016. Bilanċ fil-kont tal-bank tal-Fond tal-Kawżi Ġusti sal-aħħar ta’ April 2013 kien ta' €182,548.04.
Jista' l-Ministru jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi persuni biex jibbenefikaw minn refund ta’ taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom iridu jiktbu lid-dipartiment għal dan il-għan u jibagħtu kopja tal-kuntratt u tad-dokument DDT1. In-nutara digà ġew mgħarrfa b’dan il-proċess.
miżuri fil-baġit 2013 — taxxa fuq trasferiment ta' proprjetà
Question
Peress li fil-baġit mressaq fit-8 ta' April 2013 ġie mħabbar li meta persuna tittrasferixxi b'donazzjoni għall-ewwel darba proprjetà lill-ulied bl-iskop li din il-proprjetà tintuża jew tinbena mill-istess ulied bħala r-residenza unika tagħhom, ma jkunx hemm taxxa tal-boll fuq l-ewwel €250,000 tal-valur tal-proprjetà trasferita u fuq il-kumplament tal-valur tal-proprjetà jkun hemm it-taxxa ta’ trasferiment bir-rata kif inhi bħalissa, jista’ l-Ministru jispjega t-tax treatment li jrid jiġi applikat jekk din il-proprjetà trasferita eventwalment tiġi biex tinbiegħ mill-ulied?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed tigi ntrodotta wkoll miżura li torbot lil min qed jirċevi l-proprjetà għal ħames snin. Dan biex jevita li l-ulied jiddikjaraw li se jużaw il-proprjetà bħala r-residenza tagħhom, imbagħad ibiegħuha ftit wara.
Il-provediment rigward il-ħames snin jaqbel eżatt ma’ dak fir-regolamenti tal-Att tat-Taxxa fuq l-Income fuq trasferiment permezz ta’ donazzjoni. B’hekk jigi żgurat li s-sistema ma tiġix abbużata billi l-ewwel issir id-donazzjoni imbagħad tinbiegħ mit-tfal.
L-Att Dwar it-Taxxa fuq l-Income jgħid li jekk il-propjeta’ tinbiegħ minn min ikun irċieva d-donazzjoni wara li jgħaddu ħames snin, it-taxxa fuqha għandha tkun bir-rata ta’ 12% fuq id-differenza ,jekk ikun il-kaz, fuq il-valur tal-akkwist. Madankollu jekk il-propjeta’ tiġi trasferita fi zmien ħames snin minn meta tkun saret id-donazzjoni, il-bejjiegħ jista’ jagħzel li jħallas jew bit-12% fuq il-prezz tat-trasferiment, jew bil-35% fuq il-qliegħ, li jigi determinat billi mill-valur tal-bejgħ jitnaqqas il-valur tal-akkwist mill-persuna li għamlet id-donazzjoni lill-persuna li qed titrasferixxi.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'kien l-eżitu tal-laqgħa li kellu fil-bidu ta' dan ix-xahar mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea l-Kummissarju Olli Rehn? Wara din il-laqgħa kemm hu fiduċjuż il-Ministru li rnexxielu jikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex tbiddel il-forecast tagħha u tiddikjara li d-deficit għal din is-sena se jkun ta' 2.7% kif proġettat mill-Ministru fil-baġit u mhux 3.7% kif proġettat mill-istess Kummissjoni Ewropea?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-eżitu tal-laqgħa se jkun rifless fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-artiklu 126(3) tat-trattat li jiġi ippubblikat fid-29 ta' Mejju 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ħlas lura tal-VAT fuq spejjeż marbuta ma’ tiġijiet li għadhom ma tħallsux lil persuni li għamlu t-talba? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni skont iż-żmien li waslu t-talbiet għand id-dipartiment, u għal kemm jammontaw dawn it-talbiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 179 applikazzjoni għal ħlas lura tal-VAT fuq spejjes marbuta ma’ tiġijiet li għadhom ma tħallsux. L-informazzjoni dwar iż-żmien ta’ meta dawn l-applikazzjonijiet waslu għand id-Dipartiment qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Id-Dipartiment mhux f’posizzjoni li jagħti l-ammont mitlub fuq dawn it-talbiet peress li ma tinżamx statistika ta’ dan. L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment hi tal-ammonti mħallsa wara li jkunu proċessati l-applikazzjonijiet.
Xahar li waslu fih
Applikazjonijiet pendenti
Settembru 2012
5
Ottubru 2012
10
Novembru 2012
7
Diċembru 2012
40
Jannar 2013
25
Frar 2013
31
Marzu 2013
38
April 2013
13
Mejju 2013
10
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
miżuri fil-baġit — taxxa fuq trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-miżura mħabbra fid-diskors tal-baġit tat-8 ta' April 2013, u li daħlet fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, li t-trasferiment causa mortis tad-dar residenzjali tal-persuna li tmut favur l-ulied tagħha se jkun eżenti mit-taxxa ta' trasferiment se tapplika wkoll għal dawk il-każijiet fejn l-anzjan/a (omm jew missier) kien/kienet residenti f'dar tal-anzjani jew post ta' kura fis-snin ta' qabel il-mewt tiegħu/tagħha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi qabel daħlet fis-seħħ din il-miżura ma kenux jitqies l-ewwel 35,000 elf euro tal-valur ta’ dar ta’ abitazzjoni sakemm din kienet ir-residenza ordinarja tal-persuna li minnha origina. It-trasferiment causa mortis u kienet tapplika wkoll għal dawk il-każijiet fejn l-anzjan/a (omm jew missier) kien/kienet residenti f'dar tal-anzjani jew post ta' kura fis-snin ta' qabel il-mewt għalhekk se tibqa' din il-prattika.
miżuri fil-baġit — benefiċċji għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm huma dawk li se jibbenefikaw mill-miżura li ġiet mħabbra fil-baġit fejn familji jistgħu jieħdu deduction fejn hemm persuni b’diżabilità residenti f’respite homes? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi pjan li dawn il-benefiċċji jiġu estiżi wkoll għal persuni b’diżabilità li jibqgħu jgħixu fid-djar residenzjali tagħhom fejn isiru spejjeż speċifikament minħabba d-diżabilità tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-każini filarmoniċi se jirċievu l-persentaġġ dovut lilhom minn bejgħ mill-booths tal-lottu fil-każini rispettivi tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-Gvern qed jara fid-dettal x'inhi l-pożizzjoni tal-fond. Meta din il-pożizzjoni tkun ċara l-gvern ikun jista' jippronunzja ruħu
Jista' l-Ministru jgħid b'minn min hu kompost il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fi Frar 2013 kienu:
Prof. Joe V Bannister (Chairman)
Prof Josef Bonnici
Dr Anton Felice
Dr Cythia Scerri Debono
Mr Frank Xerri de Carlo
Dr Louise Ellul Cachia Caruana
Mr Albert Attard
Iċ-Chairman tal-Awtorità jitħallas remunerazzjoni annwali ta’ €82,105 skont il-kuntratt eżistenti. Huwa wkoll intitolat għar-rifużjoni fuq il-kontijiet tat-telefon.
Kull gvernatur jitħallas onorarja ta’ €3,494 fis-sena bħala gvernaturi tal-MFSA flimkien ma’ onorarja ta’ €2,329 fis-sena bħala gvernaturi tal-Listing Authority. M’għandhomx benefiċċji oħra.