Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Can the Minister say whether a three year old child who was born in Malta to Nigerian parents who have been living in Malta for the last fourteen years and the mother is a registered nurse and is working with the government as a qualified state registered nurse is entitled to free government schooling?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that non-European Union residents in possession of a long-term resident permit are granted free government schooling but regulations state that they have to apply for an exemption from fees each year.
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-iskema tal-ischolarships 'Master It'?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Master it! Scholarships huwa kompost minn:
Prof Joe Cacciotolo – Chairman
Mr Claude Busuttil – Deputy Chairperson
Prof Charles Calleja – Deputy Chairperson
Ms Claire Felice Pace – Deputy Chairperson
Prof Albert Leone Ganado – Deputy Chairperson
Mr Edward Mifsud – Deputy Chairperson
Dr Ronald Blundell – Membru
Mr Joseph Camilleri – Membru
Prof Paul M. Clough – Membru
Mr Alfred DeGabriele – Membru
Mr Anthony Demicoli – Membru
Dr Alan Ellul – Membru
Dr Aaron Farrugia – Membru
Dr Adrian Grima – Membru
Mr Carmel Hili – Membru
Mr Edward Mifsud – Membru
Mr Paul Muscat – Membru
Mr Mario Pace – Membru
Mr Michael Rosner – Membru
Ms Myriam Vella – Membru
Dr Alex Sciberras – Membru
Mr Sandro Zammit – Membru
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Art Scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Boroż ta’ Studju għall-Arti huwa kompost minn:
Dr Michael Buhagiar – Chairperson
Mr Joseph Micallef – Member
Prof Gloria Lauri Lucente – Member
Mr Lino Farrugia – Member
Dr Timothy Gambin – Member
Dr Reuben Pace – Member
Jista' l-Ministru ighid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-Isport Scholarships huwa kompost minn:
Dr. Chris Bonett - Chairman
Mr. Andrew Decelis - Membru
Mr Keith Tanti - Membru
Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord tal-għażla għall-MGSS postgraduate scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-bord tal-għażla għall-MGSS Postgraduate Scholarships huwa kompost minn:
Prof Emmanuel Sinagra – Chairman
Mr Claude Mallia – Deputy Chairman
Prof Mark Borg – Membru
Prof Mark Brincat – Membru
Dr John Consiglio – Membru
Mr Richard Curmi – Membru
Mr Joseph M. Meli – Membru
Prof Janet Mifsud – Membru
Mr James Vella – Membru
Prof Angela Xuereb – Membru
Mr Charles Zammit – Membru
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS undergraduate scholarships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-iskema MGSS Undergraduate infetħu fis-27 ta’ Settembru 2013, u se jibqgħu jiġu milqugħa sad-29 ta’ Novembru, 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema skejjel ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iskejjel minn fejn ġew rappurtati problemi ta’ trasport fl-ewwel ġurnata tal-iskola fit-23 ta’ Settembru 2013 kienu dawn:
Kulleġġ
Skola
Kulleġġ San Benedittu
Skola Primarja Birzebbuġia
Kulleġġ San Ġorg Preca
Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun
Kulleġġ San Ġorg Preca
Skola Sekondarja tal-Bniet Ħamrun
Kulleġġ Sant'Injazju
Skola Sekondarja tas-Subien Ħandaq
Kulleġġ Sant'Injazju
Skola Sekondarja tal-Bniet Ħandaq
Kulleġġ San Benedittu
Skola Sekondarja tas-Subien Kirkop
Kulleġġ San Nikola
Skola Primarja Mġarr
Kulleġġ Maria Reġina
Skola Sekondarja tas-Subien Mosta
Kulleġġ Maria Reġina
Skola Sekondarja tal-Bniet Mosta
Kulleġġ San Nikola
Skola Sekondarja tas-Subien Mtarfa
Kulleġġ San Nikola
Skola Sekondarja tas-Subien Naxxar
Kulleġġ Santa Klara
Skola Primarja Pembroke
Kulleġġ San Tumas More
Skola Sekondarja tas-Subien Ħamrun (Samra)
Kulleġġ Santa Klara
Skola Sekondarja tas-Subien Sliema
Kulleġġ San Tumas More
Skola Sekondarja tasl-Bniet Sta. Luċija
Kulleġġ Santa Margerita
Skola Sekondarja tal-Bniet Żejtun
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-supply kindergatren assistants li għamlu l-interview f'Lulju 2013 u li r-riżultat ħareġ f'Stettembru 2013 hux se jiddaħħlu jaħdmu? Jekk iva hemm ħsieb meta bejn wieħed u ieħor?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-proċessi tal-għażla għal supply isiru sabiex id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jkollu waiting list li minnha jkun jista’ jsejjaħ jekk tinħoloq vakanza li ma tistax timtela’ minn applikanti li jkollhom il-kwalifika biex isiru Kindergarten Assistants II. S’issa m’hemmx vakanzi għal Supply Kindergarten Assistants.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — ingaġġ ta' għalliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema mad-dipartiment tal-Edukazzjoni mill-1 ta' Settembru sat-22 ta' Settembru 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’għalliema li ġew impjegati mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi mill-01 ta’ Settembru sat-22 ta’ Settembru 2013 huwa ta' mija u ħmistax (115) .
Dipartiment tal-Edukazzjoni — għalliema li għad iridu jiġu impjegati
Question
Jista' l Ministru jgħid jekk għadx fadal għalliema li għad iridu jiġu impjegati mid-dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex jgħallmu f'din is-sena skolastika 2013/2014 u jekk fl-affermattiv kemm hemm u għal liema suġġetti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa l-vakanzi li jeżistu huma tlieta - fl-Ispanjol, Taljan u Studji Soċjali u huma kollha ta' natura temporanja. Għaldaqstant, dawn se jimtlew minn għalliema supply.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ngħataw għal skop ta’ nefqa rikorrenti sena b'sena li ingħataw lill-iskejjel tal-Knisja mill-2008 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fondi li ngħataw lill-iskejjel tal-Knisja għal skop ta' nefqa rikorrenti sena b'sena mill-2008 sal-lum kienu dawn:-
2008 - €32,116,000.00
2009 - €34,500,000.00
2010 - €38,499,999.00
2011 - €46,200,000.00
2012 - €47,199,998.00
2013 - €40,092,496.00
Total:- €238,608,493.00
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq dan il-bord? Jekk le, x'qed iżomm lill-Ministru milli jwaqqaf dan il-Kunsill?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema ġie maħtur għal perjodu ta' tliet snin mill-11 ta' Lulju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta' Settembru 2013 paġna 10,643 kif ġej:-
Chairperson:- Dott.Mario Caruana
Membri:- Is-Sur Mark Azzopardi
Is-Sinj. Angela Coppini Charles
Is-Sur Randall R Cilia
Is-Sinj. Catherine Falzon
Dott. Mateja Farrugia
Is-Sinj. Claire Felice Pace
Is-Sur Norman Grech
Prof. Paul Pace
Is-Sinj. Marie Angela Schembri Meli
Prof. Valerie Sollars
Segretarju tal-Kunsill:- Is-Sur Lawrence Azzopardi
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada – ħatra ta' bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ġiex maħtur mill-elezzjoni 'l hawn? Jekk iva, min hemm fuq il-bord?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ġie maħtur għal perjodu ta' tlett snin mis-27 ta' Ġunju 2013 u huwa kompost kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Lulju 2013 paġna 8,841 kif ġej:-
Chairperson:- Arch. Samuel Formosa
Membri:- Eng. Chris Borg
Arch. Jesmond Mugliette
Is-Sur Henry Attard
Nutar Fiona Armeni Zammit
Is-Sur Anthony Muscat
Is-Sur Claude Cuschieri