Legislature:
Category:
Reset
Active:

Biċċerija — Serq

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il serqa saret fil-biċċerija s-sena l-oħra u din is-sena? X’passi ttieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda serqa fil-biccerija s-sena l-oħra u din is-sena.

PAPB — Permessi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ permessi tal-PAPB li nħarġu fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament? Kemm fil-fatt kien in-numru ta’ permessi simili li nħarġu matul l-istess xhur fis-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Annessa fit-tabella hawn taħt, hawn in-numru ta’ permessi tal-MEPA maħruġa fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu, u April tas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003. 2000 2001 2002 2003 JANNAR 335 384 405 383 FRAR 493 332 575 264 MARZU 500 299 415 552 APRIL 415 379 614 450

UE — Prodotti ta' l-ikel - sussidju

Question

B’riferenza għan-negozjati li saru bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-UE dwar is-sussidji fuq il-prezzijiet interni u esterni ta’ l-ikel ta’ l-UE kif imħaddma taħt is-sistema tal-CAP, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-prezzijiet interni u esterni ta’ l-ikel ta’ l-UE jew kalkoli li fuqhom ġew stabbiliti l-ammonti u sussidju kif imfissra fit-trattat li sar bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-UE bħal fil-każ ta’ zokkor, fejn fl-ewwel xhur tas-sħubija l-prezz ta’ dan il-prodott se jkun issussidjat minn taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin bi 11-il miljun euro? Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-prezzijiet jew kalkoli tal-Gvern Nazzjonalista fis-snin ta’ qabel ġie finalizzat it-trattat, cioe` fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-Gvern nnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea dawk li jissejħu “supply measures” fuq certi prodotti agrikoli mpurtati. Il-Gvern għamel dan għaliex dejjem kellu kuxjenza socjali u għaldaqstant ried jassigura li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ma ġġibx magħha impatt fuq żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti mpurtati, bħal dak li hu wkoll semma, jigifieri z-zokkor. Biex dan il-għan jintlaħaq, il-Gvern, anki fil-process tan-negozjati, kien assistit minn esperti barranin. Dawn kienu forniti b’kalkoli tal-prezzijiet, dawk dinjija u dawk ta’ l-Unjoni Ewropea. Kollox kien jorbot fuq l-andament previst tas-swieq tal-prodotti agrikoli li fuqhom Malta tablet “supply measures”. F’dan ir-rigward, fi zmien in-negozjati dinjija oħra fuq il-biedja fi ħdan WTO u wara l-esperjenzi tas-swieq wara l-konklużjoni tal-Uruguay Round fl-1994, ġie deciż li l-aħjar mekkaniżmu għandu jkun wieħed digressiv fuq il-modalita’ nnegozjata. Id-dettalji huma hekk: Is-sussidju jibda fl-ewwel sena tas-sħubija, 2004, u jintemm fl-2010. Din l-għajnuna tkun digressiva billi s-sussidju jkun ta’ 100% fl-ewwel sena, 95% it-tieni sena, 90% fit-tielet sena u jonqos bi 18% kull sena bejn ir-raba’ u s-seba’ sena. Dan il-mekkaniżmu hu l-aħjar wieħed li Gvern b’kuxjenza socjali, seta’ jasal għalih.

MEPA — Proġett tal-Kottonera

Question

Jista’ il-Ministru jagħti dettalji dwar applikazzjonijiet approvati pendenti rifjutati li hemm mal-MEPA marbuta mal-proġett tal-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Żabbar — Triq iċ-Ċimiterju - għalqa Ta' Lanza

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinvestiga jekk hux veru li ħareġ permess biex tinbena substation ta' l-Enemalta f'għalqa saqwija li tinħadem, liema għalqa hi magħrufa bħala Ta' Lanza u tinsab fi Triq iċ-Ċimiterju, Żabbar? Billi din l-għalqa hi waħda saqwija, għaliex art bħal din għandha tintuża biex fiha tinbena substation?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fi triq ic-Cimiterju, Żabbar, inħareġ permess għal substation ta’ l-Enemalta, applikazzjoni PA 1760/03, li nħareġ fid-9 ta’Mejju 2003. Is-sit inkwistjoni qçgħed indikat fit-Temporary Provision Scheme No. 56, li kien approva l-Parlament fl-1989 bħala art fiż-żona tal-iżvilupp.

MEPA — Permessi għall-bini fl-outside development zone

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-MEPA għall-bini fl-outside development zone bejn l-1 ta' Diċembru, 2002 u l-15 ta' April, 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

President ta' Din l-Art Ħelwa — Passi dwar l-ambjent

Question

Il-Gvern beħsiebu jieħu xi passi konkreti dwar l-ambjent fid-dawl tas-suġġerimenti u rakkmandazzjonijiet speċifċi li għadu kif għamel il-president ta' Din l-Art Ħelwa waqt business breakfast riċenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern jieħu konjizzjoni ta’ dak kollu li jiġi rappurtat mill-media lokali li jkun ingħad minn għaqdiet ambjentali u jaġixxi fuq proposti li huma prattici. Azzjonijiet oħra jittieħdu skond il-programm elettorali u skond l-obligazzjonijiet li Malta għanda biex ittejjeb l-ambjent skond il-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea.

Żejtun — Tal-Ħabel l-Abjad - ilma tat-tisqija

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għalfejn il-bdiewa li jinsabu fl-inħawi Tal-Ħabel l-Abjad, l/o Żejtun jinsabu mingħajr ilma tat-tisqija? X'passi ħa jew qed jieħu d-dipartiment konċernat biex dawn il-bdiewa jkollhom l-ilma tat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-rapporti li jircievi d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura fi ħdan dan il-Ministeru dwar ħsarat fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma jiġu mmedjatament riferuti lid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. F’dawn l-aħħar xhur kienet qiegħda ssir tiswija estensiva fuq ħsarat, anke vandali, fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma mill-ġibjun ta’ Ħabel l-Abjad. Għalkemm għad hemm fejn iridu jsiru t-tiswijiet, ma jdumx ma jibda jitqassam l-ilma f’diversi friegħi minn dan il-ġibjun.

Wied il-Għajn — Ilma tat-tisqija ta' Sant'Antnin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ilma tat-tisqija ta' Sant'Antnin qed jasal għand il-bdiewa b'riħa ta' drenaġġ? Possibbli jsiru investigazzjonijiet biex jiġi kkonfermat li dan l-ilma fil-fatt hu tajjeb għat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien ġejt infurmat li kmieni x-xahar li għadda waslulna rapporti illi l-ilma li kien ħiereġ mill-impjant ta' Sant Antnin ma kienx qiegħed ikun ta' kwalita' tajba. Id-Dipartiment ivverifika minnufih mal-laboratorji tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, li huma responsabbli għall-kwalita' ta' l-ilma, li għarraf illi dak l-ilma ma kien fih l-ebda ħsara għas-saħħa. Illum dan l-ilma reġa qiegħed joħroġ nadif bħal qabel.

Liġi dwar id-drittijiet ta' l-annimali — Avviżi legali

Question

B'referenza għal-Ligi dwar Drittijiet ta' l-Annimali li għaddiet mill-Parlament fil-Leġislatura l-oħra jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk ġewx ippubblikati l-legal notices li hemm referenza għalihom f'din il-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviżi Legali li għandhom x’jaqsmu mal-Konvenzjoni tal-Council of Europe, diġa ġew ippreparati. L-Avviżi Legali l-oħra ser jiġu ppreparati hekk kif jiġi mwaqqaf il-Kunsill tal-Animal Welfare fi żmien qasir.

MEPA — Pjan lokali tan-nofsinhar ta' Malta

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika timeframe li matulu huwa maħsub li l-local plan tan-nofsinhar ta’ Malta (tal-MEPA) jkun lest?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-MEPA mistennija toħroġ id-draft tal- Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta għall-konsultazzjoni mal-pubbliku għal madwar Ottubru 2003

MEPA — Ref. PAB587/95/E

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħareġ il-permess tal-MEPA biex isiru xogħlijiet li jinsabu kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 2688 tal-15/12/98, Seduta nru. 35?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet irrifjutata PA 443/98, kif issemma qabel, daħlet applikazzjoni PA 455/01 “to replace existing stairs in front garden”. L-applikazzjoni ġiet approvata fit-2 t’ April 2001 għax l-istruttura (canopy) fil-front garden tneħħiet u allura ma kienx hemm iżjed oġġezzjoni għall-proposta.