Kunsilli lokali – persuna inkarigata minn public policy
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 23304 u jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikollu persuna trasferita miegħu fuq bażi ta’ public policy? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal talba sabiex tiġi deployed persuna lill-Kunsill Lokali ‘on grounds of public policy’ aktar milli biex tiġi impjegata l-persuna biex tkun inkarigata mill-Public Policy.
Jekk dan huwa l-każ, ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-unika talba li ġejt infurmat biha kienet dik tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Ninsab infurmat li dan il-kunsill ingħata persuna imħallsa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex tgħinhom f’din il-funzjoni.
Qrati Maltin — persuni li qed jistennew biex jgħaddu ġuri
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri fil-Qrati Maltin? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm huma barranin? Kemm ilhom jistennew dawn il-persuni biex jgħaddu ġuri minħabba l-akkużi li hemm kontrihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-total ta’ persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri huwa ta’ 89. Minn dawn id-89 persuna 60 huma Maltin u 29 huma barranin.
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet kollha għaliex sal-aħħar ta’ Jannar 2016 kien hemm 8,688 trasferimenti/titli pendenti u 4,397 charge, ipoteka jew privileġġ pendenti fir-Reġistru tal-Artijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-backlog fid-Dipartiment ilu jeżisti sa mill-amministrazzjoni preċedenti. Ta’ min jinnota li minħabba żieda fl-attività ekonomika tal-pajjiż waslet ukoll għal żieda fix-xogħol tad-Dipartiment. Minħabba dan kollu l-Aġenzija nhiedet proċess sabiex iżżid u ssaħħah it-tim tagħhom fid-Dipartiment kkonċernat.
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qed jindirizza l-backlog qawwi ta’ trasferimenti u titli pendenti kif ukoll il-backlog qawwi ta’ charges/ipoteki u privileġġi pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi, fil-preżent, l-Agenzija Identity Malta qed tieħu l-passi neċċessarji biex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda tax-xogħol billi jiżdied u jissaħħaħ t-tim jitħaffu l-proċessi inkluż permezz ta’ investiment sostanzjali fl-IT.
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkun qed iżid in-numru ta’ impjegati li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkun in-numru ta’ ħaddiema li se jkunu qegħdin jiġu ngaġġati biex jagħmlu dan ix-xogħol u meta se jkunu qegħdin jibdew jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-preżent, l-Agenzija Identity Malta qed tieħu l-passi neċċessarji biex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda tax-xogħol billi jiżdied u jissaħħaħ t-tim jitħaffu l-proċessi inkluż permezz ta’ investiment sostanzjali fl-IT. Il-proċeess biex jiżdiedu l-impjegati inbeda.
B’referenza għal Line Vote numru 5799 fl-Estimi Finanzjarji tal-2015, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kif intefqu t-€98,000 li kienu allokati? Xi tħallas minn dan il-Line Vote u lil min? Kemm kien kull ħlas? Kull ħlas, sar wara tender, talba għall-kwotazzjonijiet jew direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor Interpellant qiegħed jirreferi għal line vote li kien maniġġjat mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali sabiex isiru attivitajiet kulturali fil-Mediterranean Conference Centre.
Jiena informat li l-pubbliku laqa’ tajjeb ferm dawn l-avvenimenti li għenu biex inqarrbu l-qasam artistiku mal-pubbliku in ġenerali
Ninsab infurmat illi l-Mediterranean Conference Centre nefqet l-ammont ta’ €98,000 matul l-2015 skont kif jidher fit-Tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22154, jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmitx id-diskussjoni interna dwar ir-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit (MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti? Ma’ min qed jiddiskuti internament? Jista’ jgħid meta se jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax wieħed ma jarax għalfejn rapport m’għandux ikun f’idejn l-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jgħin fid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m'hemm xejn x’wieħed iżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22154.
Pubblikazzjoni tal-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23808 u jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin wara Diċembru 2014 fil-Gazzetta tal-Gvern, hekk kif stipulat fl-Avviż Legali 47 tal-2014, artikolu 14(2), li jispeċifika li “l-Ministru għandu ta’ kull sena jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern l-ismijiet tal-persuni kollha illi matul it-12-il xahar kalendarji ta’ qabel ikunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-programm” tal-IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista tal-ismijiet ta' dawn il-persuni qegħda tiġi ppreparata. Kif tkun iffinalizzata tkun ippubblikata kif inhu meħtieġ bil-liġi u kif ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta’ Lulju 2015 l-aħħar lista ta’ dawk il-persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni matul il-perjodu Lulju 2013 - Diċembru 2014 .
Qala Għawdex – Triq Andar ix-Xagħri – manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’manutenzjoni qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Qala fuq Triq Andar ix-Xagħri fil-Qala, Għawdex peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid kemm intefqu flus fuq il-manutenzjoni ta’ din it-triq fl-aħħar tliet snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kunsilli lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess kunsilli lokali.
Id-domanda tal-Onor. Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ kunsill lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi
Ħal Qormi – Triq il-Biegħa — bini ta’ bankina pedonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi beħsiebu jibni mill-ġdid il-bankina pedonali fi Triq il-Biegħa f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kunsilli lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess kunsilli lokali.
Id-domanda tal-Onor. Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ kunsill lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru petizzjonijiet għall-kontravenzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2013 sal-lum? Kemm saru online? Kemm intlaqgħu u kemm ma ġewx aċċettati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li bħalissa fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 25 persuna b’diżabilità.
Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa tal-gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ 8 persuni b’diżabilita’ li jaħdmu f’xi entita jew dipartiment tal-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li joħroġ xi skema partikulari li permezz tagħha lokalitajiet li għandhom ħtiġijiet partikulari u li mhumiex dejjem riflessi fil-formola ta’ finanzjament tal-kunsilli lokali, fil-fatt jingħataw xi forma ta’ fondi addizzjonali biex iwettqu r-responsabiltajiet tagħhom, pereżempju minħabba ħtiġijiet ta’ villeġġjatura, ta’ preżenza qawwija ta’ turisti, jew inkella minħabba preżenza qawwija ta’ negozji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju minn din is-sitwazzjoni.Inżid ngħid li filwaqt li l-mistoqsija tal-Onor. Interpellant hija waħda valida, Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma ħasbu sabiex jindirizzaw din il-problema, imma jiena se nibqa impenjat li nismgħa suġġerimenti ta’ kulħadd sabiex tinstab soluzzjoni.
Tajjeb li nisħaq fuq il-punt li l-iskemi għall-kunsilli lokali għandhom ikunu skemi sostenibbli u li ma jdaħħlux lill-istess kunsilli f’sitwazzjoni finanzjarja mwegħra permezz ta’ skemi li jfalluhom finanzjarjament minflok li jgħinuhom bħall-iskema tal-Public Private Partnerships tat-toroq li nieda gvern preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP) minn meta beda jitħaddem il-programm u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mifdija ċnus b’ċedoli depożitati fil-Qrati bejn l-2008 u l-2015, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Iċ-Ċedoli ta’ depożiti ppreżentati fil-qrati Maltin sabiex jinfdew ċnus bejn l-2008 u l-2015 kien hekk:
Sena
Numru ta’ ċedoli ta’ fidi ta’ ċens
Malta
Għawdex
2008
837
87
2009
839
22
2010
748
46
2011
851
35
2012
890
37
2013
812
43
2014
905
45
2015
1031
46
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru proċedimenti kollettivi skont il-Collective Proceedings Act (Kap. 20 tal-Liġijiet ta’ Malta) minn mindu dan daħal fis-seħħ fil-2012 sal-lum? Kemm minn dawn il-kawżi kienu jirrelataw dwar ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379 tal-Liġijiet ta’ Malta) u kemm dwar l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Kemm minn dawn il-kawżi s’issa ġew deċiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti u Tribunali kemm Malta u kemm Għawdex qatt ma kienet prassi li tinżamm tali statistika.