Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ta' separazzjoni ġodda kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet ġodda ta' separazzjoni li ġew ippreżentati kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 2004 Malta 133 111 192 165 154 Għawdex 10 9 8 4 7 Total 143 120 200 169 161

Ċitazzjonijiet — Sewwieqa ta' Vetturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta sewwieq ta' vettura jirċievi ċitazzjoni bil-posta fejn jingħad li ġie osservat jikser regolament tat-traffiku wara sorveljanza ta' CCTV, għandux jirċievi wkoll ir-ritratt fejn juri dan il-ksur tar-regolament? Is-sewwieqa għandhom ikunu jafu fejn hemm dawn il-cameras jew din hija ħaġa sigrieta u allura żgur mhux mezz ta' prevenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat (li amministrazzjoni ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet hija f'idejn il-Kunsill Lokali infushom) li għalkemm maċ-ċitazzjoni bil-posta ma jintbagħatx ir-ritratt meħud mis-CCTV, kopja tiegħu tiġi esebita fit-Tribunal ma' l-atti waqt is-smiegħ tal-każ. Nixtieq inżid li jekk is-sewwieq tal-vettura jkun irid jara r-ritratt, dan jista' jagħmlu billi jmur għand l-aġenzija tal-Gwardjani Lokali u jippreżenta l-karta ta' l-identita' tiegħu. Ir-ritratt ma jintbgħatx bil-posta minħabba r-restrizzjonijiet imposti bil-liġi tal-Protezzjoni u Privatezza dwar id-Data. Jien infurmat ukoll li kull fejn hemm CCTV, hemm tabelli li jindikaw li l-area partikolari hija sorveljata minn CCTV.

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati u karozzi rappurtati lill-pulizija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: 20002001200220032004 Serq minn residenzi779615684677775 Serq ta’ vetturi1,045843702881796 Serq minn vetturi3,7283,3813,2913,2113,401

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħija ċittadinanza Maltija persuni s-sena l-oħra u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija matul l-2004 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 425 persuna anzjana, ċioe' ta' l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali u jvarjaw minn omiċidju volontarju sa kontravenzjonijiet.

Immigranti Irregolari — Ċentri ta' Detenzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi każi ta' persuna jew persuni li ġew miżmuma kontra r-rieda tagħhom mill-immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhom l-ebda rapport ta' nies miżmuma kontra r-rieda tagħhom mill-immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni.

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kunsill lokali jistax jagħti għotjiet u/jew donazzjonijiet mill-fondi allokati lilhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu l-ammont li jista' jingħata? In oltre, jista' jgħid jekk membri tal-kunsill jingħatawx mobile phones jew jitħallsux mobile phones mill-fondi tal-kunsill?

Response (BORG, TONIO)

Kunsill m'għandu jagħmel ebda donazzjoni lil xi organizzazzjoni mhux governattiva li ma tkunx inkluża fit-Tmien Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363). Imma Kunsilli jista' f'sena finanzjarja waħda, jagħmel donazzjoni lil xi organizzazzjoni stabbilita' fil-lokalita'. li ma tkunx elenkata fit-Tmien Skeda, sakemm din id-donazzjoni ma tkunx teċċedi l-ħamsin lira. Id-donazzjonijiet li Kunsill jagħmel f'sena finanzjarja waħda ma jistgħux jeċċedu iż-0.5 fil-mija ta' l-allokazzjoni annwali għal dik is-sena. Dwar xiri ta' mobile phones, m'hemm xejn fl-Att, Regolamenti jew Proċeduri li jirregorla l'użu tagħhom. Madankollu kull xiri ta' xogħlijiet, oġġetti u servizzi huwa regolat mill-istess Att, Regolamenti u Proċeduri u jrid ikun approvat mill-Kunsill. Kull mobile phone mixtri mill-Kunsill Lokali ikun proprjeta' tal-Kunsill u għandu jkun reġistrat fl-assi tal-Kunsill. Il-ħlas tal-konsum huwa regolat permezz tar-Regolament 27 tar-Regolamenti Finanzjarji Kunsilli Lokali li jipprovdu biss għar-rifużjoni ta' spejjeż minfuqa dwar ħidma ta' kunsillier bħala tali u dan il-ħlas irid ikun attestat bħala veritier mis-Segretarju Eżekuttiv u approvat mill-Kunsill.

Pulizija — Computer misuse

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi computer misuse għall-finijiet ta' reati mistħarrġa mill-pulizija? Jista' jgħid kemm kien hemm reati tat-tip computer misuse kull sena bejn l-2000 u l-2004? Jista' jagħti rendikont xahar b'xahar għas-sena 2004? Għas-sena 2004, jista' jgħid kemm-il każ spiċċaw quddiem il-qrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta l-Pulizija ikollha rapporti dwar l-użu mhux kif dovut tal-computer, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u f'każ li jirriżulta li jkun sar xi reat bi ksur ta' l-artikoli konteplati fis-sub-titolu V ta' Titolu IX tal-Kodiċi Kriminali (Kap 9) jew xi liġi oħra, tipproċedi quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi bejn is-sena 2000 u s-sena 2004 kien hemm dawn l-investigazzjonijiet: 2000 2001 2002 2003 2004 Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec 8 9 8 4 1 1 2 1 0 0 1 0 1 0 0 0

Pulizija — Persuni convicted of a criminal offence

Question

Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence is-sena l-oħra? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-offiżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 4,867 persuna li nstabet ħatja quddiem il-Qorti ta' xi reat kriminali. Dan ma jinkludix reati li huma depinalizzati. 2,905 instabu ħatja fuq delitti (crimes) u 1,962 kontravenzjonijiet.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija ressqet 475 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Pulizija — Armi liċenzjati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati llum u x'tip huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu armi antiki, artistiċi, u partijiet ta' kollezzjoni.

Pulizija — Kaċċaturi liċenzjati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi liċenzjati llum u x'eta' għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar tas-sena 2004 kien hemm 12,071 liċenzja għall-kaċċa minn fuq l-art, 510 liċenzja għall-kaċċa fuq il-baħar u 837 liċenzja għall-kaċċa tal-fenek, filwaqt li sal-preżent ġew renovati 6,949, 303 u 604 rispettivament. Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika ta' l-etajiet tal-kaċċaturi.

Barranin bil-permess tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom permess jaħdmu llum u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta bħalissa huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Protezzjoni ta' l-għasafar/fenek selvaġġ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-ALE fuq ksur tar-regolamenti dwar il-protezzjoni ta' l-għasafar u tal-fenek selvaġġ? Kemm minnhom ġew liberati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 tressqu quddiem il-Qorti mit-Taqsima ta' l-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija, 380 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Minn dawn 192 instabu ħatja, 34 ġew liberati, filwaqt li l-każijiet tal-kumplament għadhom pendenti quddiem il-Qorti.

Qrati — Akkużi sesswali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq akkużi sesswali s-sena l-oħra u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew imressqa mill-Pulizija quddiem il-Qorti 34 persuna fuq akkużi sesswali li jinkludu stupru, korruzzjoni ta' minorenni, atti immorali fil-pubbliku u attakk vjolenti għal pudur.