Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi għall-użu tat-trasport pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Solar water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9914 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kumitat interministerjali dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid s'issa kemm-il darba ltaqa' il-kumitat interministerjali kkordinat minnu dwar it-turiżmu, min attenda f'din il-laqgħa, x'kienu l-punti mqajma waqt il-laqgħa u x'azzjoni ttieħdet dwarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tħabbar fid-diskors tal-Budget għal din is-sena. Qegħdin fil-proċess li jitwaqqaf dan il-kumitat biex b’terms of reference preċiżi biex ikun żgur li jilħaq il-firxa sħiħa ta’ l-oqsma kollha li jaffetwaw it-turiżmu. L-ewwel laqgħa hi mistennija ssir fil-ġranet li ġejjin. Is-suġġetti għad-diskussjoni qed jiġu miġbura mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.

Ċensiment nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Taxable turnover

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien it-taxable turnover rigward il-VAT għas-snin 2003 u 2004 f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tad-Dħul

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa tad-dħul imħallas minn dawk residenti Għawdex bħala persentaġġ ta' l-ammont totali miġbur u mħallas fl-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Ammonti ta’ taxxa tad-dħul imħallas minn residenti Għawdxin bħala persentaġġ ta’ l-ammonti totali miġbura matul is-snin 2000 sa l-2004 (sas-7 ta’ Diċembru 2004) huma dawn: Sena 2000: 2.95% Sena 2001: 3.38% Sena 2002: 3.40% Sena 2003: 3.36% Sena 2004: 4.41%

VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li tressqu l-qorti fis-snin 2003 u 2004 s'issa fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT? Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT matul is-sena 2003 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru 2004 huwa kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Private Insurance Scheme

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huwa maħsub li għandhom private insurance scheme f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ life policies sa Diċembru tas-sena li għaddiet kien ta’ 118,985 filwaqt li n-numru ta’ policy holders li għandhom health insurance policy kien 69726 fl-2003.

Malta Financial Services Authority — Insurance ta' Karozza

Question

Jista' il-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Malta Financial Services Authority tinvestiga l-claim - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li jittratta insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta" Lm860,25 meta sid il-karozza rranġat il-karozza għas-spejjeż tagħha u qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas? Lil min tħallset din is-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għar-rigward tal-complaint u l-individwu li għamel il-complaint ġiet imressqa lill-MFSA għal aktar investigazzjoni. L-individwu huwa mitlub li jagħmel kuntatt ma’ l-MFSA sabiex dawn jieħdu ħsieb il-każ. Din il-proċedura hija neċessarja sabiex il-kunfidenzjalità ta’ l-individwu tiġi protetta kif ukoll biex l-MFSA jkollha l-evidenza kollha meħtieġa sabiex tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha.

Dipartiment tal-VAT — Għawdxin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni reġistrati mad-dipartiment tal-VAT li huma residenti f'Għawdex bħala persentaġġ tat-total nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT huma residenti f’Għawdex huwa 3491, li jirrapreżenta 7.46 fil-mija tat-total nazzjonali.

Ċanga tal-Friża/Vitella — Sussidju

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8531 u r-risposta tagħha, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l-Gvern Malti fuq dawn it-tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l-imprenditur/konsumatur? Jista' jgħid ukoll fuq liema perjodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li t-tariffi fuq prodotti inklużi ċ-ċanga mpurtati minn barra l-Unjoni Ewropea jinbidlu skond żviluppi fis-suq internazzjonali, l-kalkolu li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma jwassal għal ebda konklużjoni definittiva. Is-sussidji l għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jitħallsu sas-sena 2010.

MFSA — Insurance ta' karozza

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9524 u cioe' jista' jara jekk hux possibbli li l-Malta Financial Services Authority tinvestiga l-claim - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li jittratta insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta" Lm860,25 meta sid il-karozza rranġat il-karozza għas-spejjeż tagħha u qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas? Lil min tħallset din is-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9524.

Taxxi Interni — Refunds ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu flus f'refunds ta' l-income tax li waslu din is-sena? Kemm tħallsu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont li jrid jitħallas lura jkun magħruf meta attwalment jitlesta l-proċess kollu.

Villa Fransia f’Ħal-Lija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward Villa Fransia f’Ħal-Lija li kienet tħalliet lill-Gvern bħala wirt? Qed isir xogħol fiha bħalissa? Il-Gvern iddeċieda x’se jsir minnha din il-villa sabiħa li ilha magħluqa għal żmien twil? X’kien jgħid eżatt it-testment u x’kienu l-kondizzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9825.

VAT — Solar Water Heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u għalhekk t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 17/01/2005PM) (Seduta Numru: 220)

Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 17/01/2005PM) (Seduta Numru: 220)

CIMU — Offerti permezz ta' Intel Processors

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9887 u cioe' wara l-passi li ħadet il-Kummissjoni Ewropea ma' pajjiżi membri oħrajn tal-UE, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk iċ-CIMU irċeviex struzzjonijiet jew sejħiet min-naħa ta' l-istess kummissjoni biex ma tibqax toħroġ tenders - jekk huwa l-każ b'intel processors bħala pre-rekwiżiti Il-gvern qatt irċieva xi ilmenti jew struzzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-procurement policies tiegħu fil-qasam ta' l-informatika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat liċ-CIMU qatt ma rċieva struzzjonijiet jew sejħiet oħrajn minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea biex ma tibqax toħroġ tenders b’intel processors bħala pre-rekwiżiti. Oltre dan, la ċ-CIMU u lanqas l-MIIT qatt ma rċievew ilmenti jew struzzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-procurement policies tiegħu fil-qasam ta’ l-informatika.

Taxxa ta' l-Eco Tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa mit-taxxa ta' l-Eco Tax sa minn meta ġiet introdotta? Jista' jagħti rendikont f'liema fond dawn il-flus qed imorru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ ECO Contribution miġbura mill-1 ta’ Settembru 2004 sa l-aħħar ta’ Diċembru 2004 kien ta’ Lm370,844.57. Dawn il-flus tpoġġew f’ Revenue Account Number 0338 – ECO Contribution li jinżamm mill- Accountant General .

Ħaddiema tal-Gvern — Seconded ma għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern li huma seconded ma' għaqdiet volontarji? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' min huma dawn l-għaqdiet u kemm għandhom ħaddiema sekondati magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern għandu għaxar ħaddiema mid-dipartimenti tal-Gvern li qed jaħdmu ma’ għaqdiet volontarji Non Governmental Organisations (NGO’s). Hawn taħt qed nagħti lista ta’ għaqdiet volontarji u n-numru ta’ ħaddiema tal-gvern li qed jaħdmu magħhom. GĦAQDA NUMRU TA’ ĦADDIEMA BIRD LIFE MALTA 2 NATURE TRUST MALTA 1 CARITAS (MALTA) 1 MALTA RED CROSS SOCIETY 1 DIN L-ART ĦELWA 1 CATHEDRAL PARISH REGIONAL LIBRARY, GĦAWDEX 2 EDEN FOUNDATION 1 MIRIAM AL BATOOL ARAB SCHOOL 1

Sptar Mater Dei — Interessi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-eżerċizzju tal-ftehim li ntlaħaq ma’ Skanska, ma hemmx maħsub li ser ikun hemm involut xi element ta’ interessi.