Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8435 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trade fair grounds

Question

X'xogħol sar mill-privat fl-istand tas-saħħa fit-trade fair grounds bi preparazzjoni għat-Trade Fair Internazzjonali li qed issir bħalissa? F'kull każ kemm ġiet tiswa l-provvista ta' dan ix-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8454 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skejjel - Tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi żgurat li fit-tuck shops ta' l-iskejjel jinbiegħu ikel u minerali li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal? F'liema skejjel saru? Kien hemm xi każi fejn instab li kien hemm xi irregolarita' f'bejgħ ta' prodotti li jinbiegħu? Saru xi spezzjonijiet fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati? Jista' jagħti l-figuri term b'term?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8488 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq Kottonier

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux xi pjan fuq iċ-ċimiterju ta' Triq Kottonier, Bormla biswit Triq il-Mitħna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pjan mid-dipartiment tas-Saħħa li jiġi żviluppat is-sit imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #8502 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Santa Luċija — Berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fl-berġa ta' St. Luċija għas-snin 95/96/97/98/99?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta` pazjenti li attendew fil-berġa ta` Santa Luċija fis-snoin imsemmija huma: Sena Total __________________________ 1995 2067 1996 1771 1997 1801 1998 1949 1999 (sa Mejju) 914
Leg 9 PQ #8529 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ikel — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni għal-liema sustanzi kimiċi tossiċi isiru testijiet b'mod regolari fuq l-ikel u oġġetti li jiġu kkonsmati mill-bniedem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Sessjoni tat-Tossikoloġija fl-Isptar San Luqa tagħmel testijiet regolari fuq prodotti ta` l-ikel għall-materjali radjoattivi u li jistgħu jkunu ta` ħsara għall-bniedem. Fin-1998 ġew analizzati 63 kampjun. Testijiet oħra jsiru mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7854 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Naħseb li l-Onorevoli nterpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Prim Ministru/Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'. Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' LM245.74ċ. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra. Ninforma l-Onor. Membru li għall-istess numru ta' xhur in-nefqa tal-predeċissur tiegħi kienet LM370.94ċ. In-nefqa fuq l-użu ta' 'mobile phones' oħra fis-segretarjat tal-ministru tiegħi għall-istess żmien kienet LM392.51ċ filwaqt dik tal-gvern preċedenti għall-istess numru ta' xhur kienet LM502.54ċ.
Leg 9 PQ #8045 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Diossina — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu kampjuni barra biex fuqhom isir it-test għal preżenza ta' diossina? X'kampjuni ntbagħtu? Meta ntbagħtu? Fejn intbagħtu? Meta ġew lura r-riżultati f'kull każ? X'irriżulta minn dawn it-testijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nissuġerixxi li din id-domanda tiġi rreferuta lill-Ministru ta`
Leg 9 PQ #8169 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex persuna li tkun qiegħda fl-Isptar Monte Carmeli titħalla toħroġ? Lil min jiġi fdat? Min hu responsabbli li jiddeċiedi li persuna hija tajba sabiex titħalla toħroġ? X'azzjoni ttieħdet sabiex dawn il-persuni jintegraw lura fis-soċjeta' mingħajr ħafna problemi? X'tip ta' follow-up isir sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni qed jgħixu ħajja diċenti? F'din l-aħħar sena kemm kien in-numru ta' persuni li ħarġu mill-Isptar Monte Carmeli u f'liema postijiet marru joqogħdu (bliet u rħula f'Malta jew Għawdex)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuna tista titħalla toħroġ mill-isptar Monte Carmeli jew bil-leave jew billi tiġi illiċenzjata. Il-leave jintuża kemm bħala parti mir-rijabilitazzjoni qabel mal-pazjent jiġi illiċenzjat kif ukoll f`pazjenti kroniċi, biex ma jqatgħux il-ħin kollu tagħhom ġewwa l-isptar. Il-kriterji huma li l-pazjent ser jibbenefika mingħajr ma jiġi pperikolat jew hu stess kif ukoll terzi persuni. Normalment jiġu identifikati qraba li wieħed jista` jafda fihom illi jidħlu responsabbli għal pazjent f`dak il-perjodu. Jista` tal-pazjent tant tkun tajba li jista jiġi fdat waħdu. Il-konsulent, bl-għajnuna tat-tobba tiegħu, huwa responsabbli li jiddeċiedi li persuna hija tajba sabiex titħalla toħroġ. Skond il-livel ta` esperjenza tat-tabib kif ukoll il-kumplessita` tal-każ, deciżjonijiet ta` din in-natura jistgħu jiġu delegati mill-konsulent lit-tabib tiegħu. It-tobba huma mgħejjuna minn team li jinkludi nurses, social workers, occupational therapists u psikoloġi. Dawn il-persuni jgħinu fil-program ta kemm bi preparament minn ġewwa l-isptar kif ukoll billi jsegwu lil pazjent wara illi joħroġ mill-isptar. Bħala follow up dawn il-pazjenti jattendu jew l-Out Patients ta` St. Luke`s inkella Health Centres fil-lokalita tagħhom. Skond il-każ ikunu involuti wkoll social workers, occcupational therapists jew psikoloġi. Il-kumplament ta` il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8262 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta'oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru pendenti ta' dawk l-applikanti li huma fil-lista biex jixtru qabar? Jista'l-Ministru jagħti breakdown figures ta' kull talba għal liema ċimiterji qegħdin japplikaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta` qabar f'ċimiterji tal-Gvern huwa 2772 f'Malta u 208 f'Għawdex. Dawn l-applikazzjonijiet huma mqassmin hekk:- TA` L-ADDOLORATA - 1443 RABAT (MALTA) - 572 MOSTA - 263 ŻEBBUĠ - 98 BURMARRAD - 163 TA` BRAXIA, PIETA` - 46 MĠARR (MALTA) - 4 MELLIEĦA - 6 QORMI (SAN BASTJAN) - 177 SANTA MARIJA (GOZO) - 208
Leg 9 PQ #8302 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward No. 8

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7812?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sala Nru 8 Sptar Monte Carmeli tintuża għal pazjenti b'diżbilita` mentali. M'hemm l-ebda pjan li jinbidel l-użu tagħha.
Leg 9 PQ #8395 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex ippjanat li jsir xi embellishment lil faċċata tal-Health Centre f'Bormla peress li wara li ż-żewġ sulari ta' fuq ġew imnaddfa bil-pressa, ġew aktar eye sore meta mqabbla mat-tibjid li sar ma' l-ewwel sular?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jikkonsidera x`għandu jkun l-aħjar metodu li jista jintuża fuq il-faċċata tal-Health Centre ta` Bormla biex id-dehra tagħha titjieb kemm jista jkun.
Leg 9 PQ #8020 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu mpjegati fl-Isptar San Luqa minn Ottubru, 1998 sal-lum? Kemm daħlu nisa u kemm irġiel? Jista' jgħid x'kienu l-impjiegi u jekk ħarġitx sejħa pubblika f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` mpjegati li daħlu jaħdmu fl-Isptar San Luqa minn Ottubru 1998 sas-16 ta` Ġunju 1999 huwa erbgħin (40). L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Grad Nisa Rġiel Total Enrolled Nurses 2 2 4 House Surgeon (Dentistry) 4 5 9 Physiotherapist 3 2 5 Midwife 3 - 3 Occupational Therapist 2 - 2 Pharmacist 1 3 4 Medical Laboratory Technologist - 1 1 Staff Nurse 4 3 7 ECG Technician 1 - 1 Houseman - 1 1 Medical Officer - 1 1 Consultant - 1 1 Registrar - 1 1 _________________________ 20 20 40 _________________________ F'kull każ ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet, ħlief għal Consultant u għal Registrar. F'dawn iż-żewġ każi, l-impiegi saru fuq bażi ta` kuntratt għal sena wara li t-talbiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa ġew approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #8066 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-cartilage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal operazzjoni tal-cartilage?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7886 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Bordijiet governattivi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #7901 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti li mietu b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li mietu b'overdose fl-Isptar Monte Carmeli mill-1996 sal-lum? Jista' jindika x-xahar u s-sena meta sar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1996 sal-lum ma mietux pazjenti b'overdose fl-Isptar Monte Carmeli.
Leg 9 PQ #7928 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Bajjiet — Tniġġis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru ta' l-Ambjent kontra t-tniġġis ta' bajjiet, speċjalment f'bajjiet f'inħawi turistiċi u b'mod partikolari issa li wasal is-sajf? Liema huma l-bajjiet fejn l-għawm huwa pprojbit mill-awtoritajiet tas-saħħa? Għaliex bajjiet bħal dik tal-Balluta jkunu mniġġsa kull sajf mingħajr ma hu possibbli li jinstab rimedju effikaċi darba għal dejjem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika tniedi programm ta` 'monitoring' tal-bajjiet ta` kull sena bejn Mejju u Ottubru (23 ġimgħa). F'dan il-programm, kampjuni ta` l-ilma baħar jittieħdu mill-Ispetturi tas-Saħħa kull ġimgħa minn 115 il-post matul il-kosta ta` Malta, Għawdex u Kemmuna u jiġu eżaminati fil-laboratorju tal-Evans il-Belt għall-evidenza ta` kontaminazzjoni mid-dranaġġ. Ta` kull sena, it-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tipubblika rapport fuq il-kwalita` ta` l-ilma baħar, u kopji ta` dan ir-rapport jistgħu jinkisbu mill-uffiċju tad-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. Postijiet li jitqiesu mid-Dipartiment bħala mhux tajbin għall-għawm jinkludu l-portijiet kollha u dawk il-bajjiet fil-viċinanza ta` l-isbokk tad-dranaġġ. Dawn jinkludu: Wied Għammieq, Ras il-Prajjet u ċ-Ċumnija f'Malta Ras il-Ħobż, Wied il-Mielaħ u San Blas f'Għawdex L-Imnieri f'Kemmuna Fir-rigward ta` postijiet bħal Balluta, d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jiprova fejn hu possibli li jidentifika s-sors ta` kontaminazzjoni. Malli dan jinstab, jiġi riferut lid-Dipartiment konċernat biex jieħdu l-passi neċċessarji. Ta` min issemmi ukoll li fil-każ tal-Bajja tal-Balluta, f'San Ġiljan, qabel l-avviż maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa din il-ġimgħa, l-aħħar avviż kien maħruġ f'Ġunju ta` 1995.
Leg 9 PQ #7969 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pharmacy technicians

Question

Rigward il-kambjamenti li se jseħħu rigward il-kondizzjonijiet ta' l-importatur tal-mediċini (DH circ. 143/99) b'mod partikolari Item 2, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians issa li se jiddaħħal spiżjar sabiex ikun responsabbli mill-aspetti tekniċi kollha ta' l-importazzjoni tal-mediċini? X'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians jekk u meta Malta ssir membru sħiħ tal-EU? X'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians impjegati minn kumpanniji privati żgħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tas-Saħħa nru. 143/99 ma tikkonċernax il-pożizzjoni tal-'pharmacy technicians', fir-rigward ta` għaldaqstant il-pożizzjoni tagħhom mhux ser tinbidel minn dik preżenti. Ir-rwol ta` l-ispiżjar huwa ferm differenti minn dak ta` 'pharmacy technician'. L-ispiżjar ser ikun responsabbli minn materji li ma jaqawx taħt il-kompitenza tal-'pharmacy technician'.
Leg 9 PQ #8015 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kampanja kontra t-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jżid il-kampanja kontra t-tipjip speċjalment fil-kliniċi u fl-isptarijiet u fl-istess ħin jagħmel aktar sorveljanza f'postijiet fejn mhux suppost li jsir tipjip?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta jidħlu lmenti mill-pubbliku rigward it-tipjip li jkun qiegħed isir b'abbuż f'postijiet fejn dan mhux permess bħal sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa, id-Dipartiemnt tal-Promozzjoni tas-Saħħa mill-ewwel jieħu azzjoni biex l-uffiċjali nkarigati mit-tmexxija tal-postijiet imsemmija jiġu nfurmati. Barra minn hekk id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jieħu ħsieb jibgħat materjal kontra t-tipjip bħal posters u anke booklets biex jitqassmu b'xejn għall-pubbliki li jiffrekwentaw dawn il-postijiet. Fejn hu possibbli li jintwera wkoll videos b'tema favur is-saħħa fil-waiting rooms. Nixtieq ngħid lill-Onor. Membru li diversi inizjattivi jittieħdu minn żmien għal żmien biex tiġi ntensifikata l-kampanja kontra t-tipjip fil-postijiet kollha mhux fil-kliniċi u l-isptarijiet biss. Propju dan l-aħħar fil-'World No Tobacco Day' nedejna b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tat-Trasport, inizjattiva oħra fejn qed jiġu stampati miljun 'slogan' kontra t-tipjip fuq wara tal-biljetti tat-trasport Pubbliku.
Leg 9 PQ #8062 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn, xahar b'xahar, f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull health centre separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` minn kull Ċentru tas-Saħħa u Spiżeriji fiċ-Ċentru tas-Saħħa mill-1996 sa April 1999 huwa skond il-listi li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Records għall-1995 ma jeżistux. L-iskema ta` bdiet fl-1996. Siringi b'xejn jitqassmu f'żewġ kategoriji: a) lid-dijabetiċi mill-ispeżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa b) lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga, li jitqassam miċ-Ċentru tas-Saħħa minħabba illi r-records ta` dawn iż-żewġ kategoriji sal-1998 inżammu f'format differenti; ma hux possibli li tingħata figura globali u għalhekk qed jiġu separati. Filwaqt li ta jinżammu records xahar b'xahar f'kull Ċentru tas-Saħħa, it-tqassim ta` siringi lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete huwa ikkontrollat bir-riċetta tat-tabib u l-informazzjoni li tinżamm hija tan-numru ta` siringi li jitqassmu mill-Medical Stores għal kull spiżerija is-sena, u mhux xahar b'xahar. Għalhekk għal dawn jista` jiġi ikkalkolat biss konsum average fix-xahar.
Leg 9 PQ #8068 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kura medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom jassistu għal kura medika barra minn Malta? F'liema pajjiżi marru? Kemm minnhom kienu nisa, irġel u tfal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista` l-Onorevoli Interpellant jindika għal liema perjodu jrid l-informazzjoni.