Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12737 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li huwa dovut lil dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-1999 għamlu extra duty mal-banek, tiġijiet, djar privati, eċċ.? Jista' jelenka min huma dawk il-persuni/organizzazzjonijiet li għandhom jagħtu flus ta' xogħol li sar minn membri tal-korp? Kemm hu l-ammont f'kull każ? Hemm xi għaqdiet/persuni li għadhom ma ħallsux ta' xogħol extra li sar mill-pulizija fl-1999 jew is-sena ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12764 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Road blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'kien ir-riżultat tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999 il-Pulizija għamlet 2,477 roadblock, f`diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks numru ta` persuni nstabu qed jiksru r-regolamenti tat-traffiku, instabu 3 karozzi misruqa u oħra li kienet intużat fi snatch & grab, persuna nstabet li kellha l-Cannabis u 2 persuni kellhom transceivers mingħajr liċenzja.
Leg 9 PQ #12766 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'tip ta'droga kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-1999 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12767 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa il-Ħabs matul is-sena 1999 u x'tip ta' droga kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 7 każi meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-Ħabs. Ninsab infurmat ukoll li f`wieħed mill-każi rriżulta li t-trab kienet eroina, filwaqt li fil-każi l-oħra, dawn għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #12816 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti Kriminali — Omiċidji volontarji

Question

Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn? Kemm instabu ħatja, x'piena ngħataw u kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin kull persuna?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat. Tweġiba għat-tieni parti tal-Mistoqsija tkun tista` tingħata wara li l-ewwel parti tkun ġiet imwieġba.
Leg 9 PQ #12817 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati tal-Ġustizzja — Każi ta' feriti gravi

Question

Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' ferita gravi, segwita bil-mewt, quddiem il-qrati tal-ġustizzja mill-1987 'l hawn? Kemm instabu ħatja? X'piena ngħataw u f'każ li ntbagħtu xi persuni l-ħabs, kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12816 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #12918 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Internal Affairs Unit

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk ċittadin li jagħmel rapport fuq membru tal-korp tal-pulizija biex jiġi nvestigat mill-Internal Affairs Unit, għandux dritt li jitlob li jagħti x-xiehda jew l-evidenza tiegħu, biex b'hekk ikun hemm a fair trail u jinstemgħu iż-żewġt verżjonijiet, kemm tal-membru in kwestjoni kif ukoll taċ-ċittadin li jressaq ir-rapport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-proċedura addotata fl-investigazzjoni ta` lmenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija, ma hemm xejn x`jipprekludi lil persuna li tkun għamlet l-ilment milli titlob li tkun mismugħa mill-uffiċjal li jkun qiegħed jinvestiga l-ilment.
Leg 9 PQ #12919 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Internal Affairs Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Internal Affairs Unit tal-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Internal Affairs Unit fil-Korp tal-Pulizija huwa kompost minn Spettur u Kuntistabbli.
Leg 9 PQ #12922 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa tal-Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tieħu passi biex l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa 24 siegħa kuljum għal konvenjenza tal-Gżirjani? L-entratura għaliha tista' tiġi fi Pjazza Meme Scicluna flok tibqa' fi Triq Belvedere?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4413 u 11375. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, infurmat li s-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant diġa` qed ikun ikkunsidrat.
Leg 9 PQ #12945 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' hux suppost li tintervjeni f'każi li jkunu ilhom li saru aktar minn 15-il sena, bħal ngħidu aħna tordna li jitneħħew twieqi ta' l-aluminiuum jew jitneħħa mużajk minn fuq il-faċċata ta' dar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Taqsima V (Twettieq tal-Kontroll), ta` l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp : l-Awtorita` għandha tgħasses fuq kull operazzjoni ta` żvilupp biex isir biss skond il-ħtiġijiet ta` dan l-Att u b`osservanza tad-deċiżjonijiet meħuda legalment taħt dan l-Att; u l-Awtorita` għandha wkoll tirrevedi l-iżvilupp kollu li sar qabel il-bidu fis-seħħ ta` dan l-Att mingħajr ma ġew osservati l-pjanijiet jew il-policies fis-seħħ fiż-żmien li l-iżvilupp ikun sar; Għaldaqstant m'hemmx preskrizzjoni fit-twettiq tal-liġi dwar l-Iżvilupp mingħajr permess.
Leg 9 PQ #12318 Sitting 224 2000-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?

Response (BORG, TONIO)

Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażżjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f`pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12286 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Burmarrad - Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet imsejħa l-Pulizija sabiex tgħin lill-membri tal-pubbliku li nqabdu f'diffikultajiet fl-għargħar li jinħolqu f'Wied il-Għasel fl-inħawi ta' Burmarrad wara xi maltempata bix-xita? Meta saru dawn l-interventi matul dawn l-aħħar snin, inkluż s-sena li għaddiet, u jista' jgħid kemm involew pulizija u spejjeż dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond ir-records miżmuma, jirriżulta li matul ix-xahar ta` Marzu 1996 il-Pulizija kellha diversi sejħiet mill-pubbliku sabiex ikunu megħjuna nies maqbudin fil-karozzi fl-ilmijiet fil-lokalita` li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, filwaqt li f`Novembru 1999 il-Pulizija kienet għamlet tfittxija fl-istess inħawi wara li kien instabu abbandunati mutur, crash helmet u qmis. Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ninsab infurmat li fl-istess inħawi, il-membri ta` dan id-dipartiment ġew imsejħa f`żewġ okkażjonijiet biex jagħtu l-għajnuna waqt il-maltempati li saru f`Novembru/Diċembru tas-sena l-oħra. Ninsab infurmat ukoll li qatt ma kienet il-prassi li jinħadem il-costing ta` dawn l-interventi.
Leg 9 PQ #12510 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Każi ta' Qtil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid kemm-il murder sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minn dawn il-murders ġew solvuti u minn min tmexxiet l-investigazzjoni f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma kienx hemm każijiet ta` omiċidju volontarju f`Għawdex.
Leg 9 PQ #12388 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn djar, minn ħwienet u karozzi fix-xahar ta' Diċembru 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Diċembru 1999 il-Pulizija kellha 70 rapport ta` serq minn djar, 89 rapport ta` serq minn bars, hotels u retail outlets, u 277 rapport ta` serq minn karozzi.
Leg 9 PQ #12389 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga u ta' xi kwalita' kienet, fix-xahar ta' Diċembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm ġew arrestati nies relatati ma' dawn il-qabdiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 1999 id-droga li nqabdet kienet kif ġej : Eroina 0.5grms Raża tal-Cannabis 0.5grms DHC 21 pillola Ecstacy 4 pilloli Ninsab infurmat ukoll li tlett persuni ġew arrestati in konnessjoni ma` dawn is-sejbiet.
Leg 9 PQ #12391 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Bajja tar-Rinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvatx li fl-inħawi tal-bajja tar-Rinella, Kalkara ikun hemm hard standing spaces għall-yachts?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma approvat l-ebda hard standing spaces għall-yachts fil-bajja tar-Rinella, Kalkara.
Leg 9 PQ #12392 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħabta ta' vetturi saret bejn l-24 ta' Diċembru, 1999 sal-1 ta' Jannar, 2000? F'liema lokalita' saru dawn il-ħabtiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` ħabtiet bejn vetturi rrapurtati lill-Pulizija bejn l-24 ta` Diċembru 1999 u l-1 ta` Jannar 2000, kien kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12393 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi bejn l-24 ta' Diċembru, 1999 u l-1 ta' Jannar, 2000? Mil-liema lokalita' ġew ittowjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-24 ta` Diċembru 1999 u l-1 ta` Jannar 2000, 52 vettura ġew irmunkati fuq ordni tal-Pulizija minn dawn il-lokalitajiet : - B'Kara Bormla Ħamrun Naxxar Raħal Ġdid Qawra Sliema San Ġiljan Valletta Żabbar Żejtun
Leg 9 PQ #12657 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Bejgħ

Question

Jista' l-Minsitru jagħti informazzjoni dwar bejgħ ta' artijiet skond Govt. Gazzette tas-17 ta' Mejju, 1998 fi żmien amministrazzjoni Laburista, liema artijiet kienu offruti mill-Gvern lill-Commercial Enterprises, u art li tmiss magħhom bil-prezz ta' Lm55 kull metru kwadru? Jista' jgħid l-Ministru kemm ġew mixtrija, minn min u meta saru il-kuntratt/i?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li fid-data msemmija fil-Mistoqsija ġie ppublikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern relatat mas-suġġett ta` l-istess Mistoqsija.
Leg 9 PQ #12382 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaqqigħ ta' ħajt tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ġiex approvat mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid meta ġie approvat? Jista', jekk fl-affermattiv, jgħid meta se jibda t-twaqqigħ? Kemm hemm il-ħsieb li jdum dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna huwa kopert bil-permess PA 4475/99 maħruġ fit-8 ta` Novembru 1999 fuq applikazzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru ta` l-Ambjent. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministeru ta` l-Ambjent.