Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' tfal li bħalissa qed jattendu l-iskejjel tal-kindergarten u dawk primarji A u B tal-Ħamrun u Santa Venera u minn liema lokalitajiet huma t-tfal li qed jattendu dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9915, jista' il-Ministru jgħid il-post fejn joqogħdu l-persuni li ġew sekondati mal-FTS u li kienu mpjegati mal-PBS u mal-MDC?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li hi policy tajba li wieħed jagħti tagħrif ta' natura personali kif qed jitlob l-Onor. Membru sakemm ma jiġġustifikax l-interess pubbliku li jippretendi li jrid iħares.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Supply kindergarten assistants
Question
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għal supply kindergarten assistants? Meta l-aħħar li fetħu u kemm daħlu s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni għal Supply Kindergarten Assistants reġgħu nfetħu fit-3 ta' Jannar 2005 u ser jagħlqu fil-31 ta' Jannar 2005. L-aħħar li saru l-interviews kien bejn Mejju u Lulju 2003 u s'issa daħlu 138.
Jista' il-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fil-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm ġew impjegati ħaddiema, kemm b'kuntratt, full-timers jew part-timers, inkella contract based u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll min huma u minn fejn huma? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għal receptionist? Min hi u min nfejn hi dik li ġiet magħżula għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ebda promozzjonijiet ma ngħataw fl-FTS f’dawn l-aħħar sitt xhur. F’istess perijodu, ġew impjegati ‘full-timers’ żewġ ‘draughtsmen’ li kienu studenti ħaddiema mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Ebda ħaddiem ieħor ma ġie mpjegat f’dawn l-aħħar sitt xhur, la ‘full time’ u lanqas ‘part-time’.
Għar-rigward tar-‘receptionist’, ġie miftiehem mal-Mimcol biex temporanjament jiġu sekondati żewġ persuni mal-FTS, waħda li kienet impjegata mal-PBS u l-oħra li kienet impjegata mal-MDC. It-tnejn bħalissa qegħdin jagħmlu xogħol amministrattiv u fir-reception.
Peress li f'diversi okkażjonijiet il-Ministru kien qal li fil-bidu ta' Jannar 2005 se tinbeda s-sistema tal-cluster, jista' jgħid fejn bdiet titħaddem u minn meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-proġett pilota ġie pospost għal wara l-pubblikazzjoni tad-dokument għad-diskussjoni fuq is-suġġett.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9622 u 9772 u cioe' jagħti tagħrif u spjega dwar l-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd? Dwar l-aħħar żewġ sentenzi fit-tweġiba tal-Ministru, jista' jgħid jekk għandux l-informazzjoni mitluba, kif ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd.?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ser inpoġġi wkoll 'sanction letter' fuq il-Mejda tal-Kamra li telenka t-termini ta' l-arranġament finanzjarju bejn l-FTS u l-APS Bank ltd.
Jista' il-Ministru jwiġeb mistoqsija parlamentari 9637 u cioe' jgħid kemm hemm skejjel li huma co-educational fil-livell sekondarju? Liema huma? Kemm hemm studenti subien u bniet f'kull skola? X'inhi l-politika tal-gvern dwar skejjel li jgħallmu subien u bniet fl-istess klassi? Il-gvern qatt kellu ħsieb li jagħmel l-iskejjel tiegħu b'din is-sistema?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor.Membru jirreferi għall-Mistoqsija Numru 9762.
Jista’ il-Ministru jagħti dettalji dwar is-salarji u allowances oħra ta’ l-uffiċjali għolja tal-kunsill ta’ l-isport li nħatru dan l-aħħar, bħal head of marketing and communications, kap tat-tmexxija tal-kumpless sportiv tal-Kottonera, manager tal-pixxina nazzjonali eċċ.?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Finance Manager għandu Gross Annual Salary ta' Lm7,500, Facility Manager għandu Gross Annual Salary ta' Lm7000 u Telecommunication Allowance ta' Lm150, u l-Head Marketing & Communication għandu Gross Annual Salary ta' Lm6466 b'Telecommunication Allowance ta' Lm200. Hemm facility Manager li jaqdi wkoll id-dmirijiet ta' Direttur Riżorsi Umani u li jingħata allowance ta' Lm1500.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm żaru Malta u Għawdex studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż matul is-sena 2004? Kien hemm skejjel li ma bagħtux il-figuri mitluba fiż-żmien stabilit u/jew għadhom ma għamlux dan? Liema huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-informazzjoni għada qed tinġabar peress li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f'Malta Għawdex għandhom sad-19 ta' Jannar 2005 biex jibgħatu l-figuri ta' kemm kellhom studenti barranin, matul l-2004, sabiex jitgħallmu l-Ingliż.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Settembru sa Diċembru 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-figuri għax-xahar ta' Diċembu 2004 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Jista' il-Ministrru jgħid jekk hux beħsiebu jippubblika l-lista ta' l-applikanti li ntagħżlu għall-borża ta' studju tal-Commonwealth? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta se jiġu pubblikati? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, għaliex mhumiex se jiġu ppubblikati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ir-riżultati għall-borża ta' studju tal-Commonwealthġew ipubblikati fin-Notice Board fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jispjega x'wassal l-universita' biex torganizza kors part-time għall-masters fil-psikoloġija filgħodu meta l-kors huwa part-time? Għaliex dan il-kors ma ġiex skedat għal filgħaxija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħafna mis-servizzi fejn jistgħu jagħmlu l-prattika l-istudenti tal-Masters fil-Psikoloġija ma jkunux miftuħin filgħaxija u għalhekk huwa essenzjali li dan il-kors ikun skedat filgħodu wkoll.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti għall-kors ta' gwida fl-ITS f'din is-sena akkademika? Hemm xi ħsieb li dan il-kors jibda jsir ukoll part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 20 student/a daħlu fil-kors ta' Tourism Studies (Tourist Guide) għal din is-sena akkademika. Qed isiru taħdidiet mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-possibilita' li l-kors isir fuq bażi part-time.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7169 rigward ġenituri li tressqu l-qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fl-2002, 2003 2004 s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu lil ġenituri talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola hu :
Settembru 2001 - Ġunju 2002 : 3690
Settembru 2002 - Ġunju 2003 : 4301
Settembru 2003 - Ġunju 2004 : 4009
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex minkejja d-diversi rapporti li saru dwar il-ħxuna fit-tfal xorta waħda jidher li fl-iskejjel ta’ l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti qed jiġi permess li jinbiegħ ikel u xorb li żgur ma jgħinx biex titnaqqas il-ħxuna? Issa li reġgħu fetħu l-iskejjel wara l-btajjel tal-Milied, jista’ jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex dan ma jkomplix isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tuckshops fl-iskejjel ta' l-istat jingħataw lill-kuntratturi wara sejħa għal offerti b'kundizzjonijiet speċifiċi, fosthom li ma jistax jinbiegħ it-tip ta' ikel u xorb li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Skond dawn l-istess kondizzjonijiet, kuntrattur li jonqos serjament li jħares sew il-kondizzjonijiet tal-kuntratt jista' jkollu l-kuntratt tiegħu mitmum jew sospiż għal perjodu ta' żmien.
Fil-bidu tas-sena skolastika l-kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat ġew mitluba jinforzaw ir-regolamenti u jassiguraw li ma jinbiegħx ikel u xorb li ma jikkonformax ma' standards ta' saħħa.
Beħsiebni nara li l-istruzzjonijiet fiċ-ċirkolari tal-21 ta' Ottubru, 2004, qed jiġu segwiti.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu rapportat xahar b’xahar fil-livelli differenti ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu rapportat xahar b’xahar mill-iskejjel tal-knisja u indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.