Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26787 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless Sportiv tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26580?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26580.
Leg 9 PQ #26632 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju jew renumerazzjoni u perkaġġi li qed tirċievi mill-PBS il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tiegħu? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Fr Joe Borg beda jagħti konsulenza lill-Public Broadcasting Services Ltd fuq bażi 'part-time' skond kuntratt ta' żmien definittiv li beda fl-1 ta' Jannar 2001. Bħala konsulent huwa jagħti parir lil Board tad-Diretturi fuq diversi oqsma li għandhom x'jaqsmu max-xandir. Il-kwalifiki u l-esperjenza tiegħu fix-xandir huma ta' utilita` kbira għall-Kumpannija speċjalment in konnessjoni mar-ristrutturazzjoni li qed twettaq bħalissa. Minħabba li l-kumpannija li tagħha huwa konsulent Fr Borg hija waħda kummerċjali ma nħossx li jkun fl-interess ta' l-istess kumpannija li jiġi żvelat il-ħlas li qed jirċievi ta' din il-konsulenza.
Leg 9 PQ #26636 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25334, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 25812u 26445.
Leg 9 PQ #26654 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklużiva ilu mna jiltaqa minn Settembru 2000? X'inhuma l-kwistjonijiet kruċjali li jrid isib tarfhom dan il-kumitat?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26655 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Websites

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-proġett ta' l-aċċess ta' l-Internet fl-iskejjel tal-Gvern? Min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet biex websites sottomessi mill-għalliema ikunux inklużi jew le fil-website http://schoolnet.magnet.mt

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha 'Steering Committee' dwar l-Internet fl-iskejjel u huma chaired mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Dan il-Kumitat jieħu deċiżjonijiet dwar il-'portal' tal-'Website'. F'dan il-'portal' hemm 'feedback form' fejn l-għalliema jistgħu jissuġġerixxu sites oħra li fil-fehma tagħhom għandhom jiżdiedu mal-lista diġa' eżistenti.
Leg 9 PQ #26656 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaħdmu esklussivament fuq il-proġett ta' l-Internet fl-iskejjel? Taħt liema dipartiment jaqgħu? Kemm hemm impjegati fl-istess diviżjoni li partijiet mir-responsabilta' tagħhom hu dan il-proġett? Min huma? X'kariga għandhom? Minn meta bdew jaħdmu fuqhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ħadd mill-impjegati fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaħdem esklussivament fuq il-Proġett ta' l-Internet fl-iskejjel. Dawk li għandhom parti mir-responsabilta` tagħhom fuq dan il-proġett huma: Ms Maria Mintoff - Assistant Head Mr Emile Vassallo - Support Teacher Mr Albert Vella - Support Teacher Ms Pauline Azzopardi - ICT Peripatetic Teacher Ms Tania Briffa - ICT Peripatetic Teacher Ms Nancy Calleja - ICT Peripatetic Teacher Mr James Callus - ICT Peripatetic Teacher Ms Catherine Carabott - ICT Peripatetic Teacher Ms Tania Gatt - ICT Peripatetic Teacher Ms Dorita Maniscalco - ICT Peripatetic Teacher Ms Carmen Mifsud - ICT Peripatetic Teacher Ms Marica Saliba - ICT Peripatetic Teacher Ms Lorna Schembri - ICT Peripatetic Teacher Ms Mariangela Schembri Meli - ICT Peripatetic Teacher Ms Wilhelmina Scicluna - ICT Peripatetic Teacher Ms Joanne Spiteri - ICT Peripatetic Teacher
Leg 9 PQ #26657 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm skejjel li se jkollhom aċċess għall-internet sa Ġunju 2001? Liema huma dawn? Fuq liema kriterji ntagħżlu dawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li hemm biex l-iskejjel kollha tal-Gvern se jkollhom l-access għall-Internet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa Ġunju 2001, l-iskejjel li se jkollhom aċċess għall-Internet huma: Santa Theresa Girls' Junior Lyceum Maria Reġina Girls' Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Brighella Boys' Junior Lyceum Ninu Cremona Boys' Secondary - Junior Lyceum Agius De Soldanis Girls' Secondary - Junior Lyceum Mikiel Anġ Refalo Post Secondary Carlo Diacono Girls' Junior Lyceum Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Erin Serracino Inglott Girls' Secondary Giovanni Despott Boys' Junior Lyceum F.X. Attard Boys' Secondary Lily of the Valley Girls' Secondary Fra Diegu Bonanno Girl's Opportunity Centre Lorenzo Gafa' Boys' Secondary Paolino Vassallo Post Secondary Giovanni Curmi Higher Secondary Arts & Design Centre Margaret Mortimer Girls' Junior Lyceum Liċeo Vassalli Boys' Junior Lyceum San Ġużepp Ħaddiem Mikiel Anġ Sapiano (Technical Institute) Salvatore Dimech Kan. P. Pullicino Girl's Secondary Fgura Primary School 'A' Fgura Primary School 'B' St Julians Primary 'C' Cospicua Primary School 'A' Cospicua Primary School 'B' Kalkara Primary School 'C' Senglea Primary School 'C' Marsa Primary School 'B' Vittoriosa Primary School 'C' Xgħajra Primary School 'C' Mosta Primary School 'A' Mosta Primary School 'B' Dawn ġew magħżulin prinċipalment fuq policy li kienet ittieħdet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li tat preferenza l-area tal-Kottonera. Intagħżlu l-iskejjel Post Sekondarji maġġuri jiġifieri dawk tan-Naxxar u r-Raħal Ġdid. Kien hemm firxa ta' Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums li intagħżlu skond il-popolazzjoni ta' l-Iskola jew minħabba l-fatt li huma mdaħħlin f'diversi E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #26658 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Filtering

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema ta' filtering qed tintuża biex jiġi imblukkat l-access għall-websites meqjusa mhux addattati għat-tfal fl-iskejjel li ngħata l-access għall-internet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema li qed tintuża hija dik imsejjħa 'Walled Garden' jew 'White List' u bħala sistema qed tintuża s-'usrf control'. Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Bħalissa l-kategoriji ta' sites li ġew enabled huma News, Kids, u Education. Barra minn hekk diversi sites li huma magħrufa li għandhom valur edukattiv ġew miżjuda ma' dawn il-kategoriji, eż. is-site edukattiva tal-BBC, l-encarta u l-Brittanica. Ta' min jinnota li din is-sena qegħdin fis-sena pilota u għalhekk kontinwament qed jiġu evalwati kategoriji oħra biex jiġu miżjuda ma' dawk li diġa' jeżistu.
Leg 9 PQ #26659 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-Għalliema fl-użu ta' l-Internet bħala għodda teknologika? X'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-għalliema fl-użu ta' l-internet bħala għodda ta' tagħlim ta' suġġetti oħra akkademiċi? Jista' jispeċifika eżatt n-natura tat-taħriġ, kif, meta, fejn, minn min u lil min ingħata? Xi pjani hemm għal taħriġ ta' l-għalliema f'dan ir-rigward għall-futur qrib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena ġew ipprovduti korsijiet għall-għalliema rigward l-użu ta' l-internet fil-klassi. Għal dawn il-korsijiet applikaw numru konsiderevoli ta' għalliema u t-taħriġ sar minn nies speċjalizzati f'dan il-qasam u saru fiċ-Ċentru ta' l-Informatika fil-Furjana kif ukoll fil-Junior Lyceum tal-Blata l-Bajda. Barra minn hekk, l-ICT Peripatetic Teachers qed iduru fl-iskejjel konċernati biex jgħinu lill-għalliema fl-użu ta' l-Internet.
Leg 9 PQ #26620 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vaganzi ta' kapijiet u assistenti kapijiet fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern f'Għawdex? Liema huma dawn l-iskejjel? X'passi qed jittieħdu biex dawn il-vaganzi jiġi mimlija qabel tibda s-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal fil-Ministeru, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26624 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 25424 xahar ilu, jista' jgħid jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-kumpanija li se tmexxi l-Pixxina Nazzjonali

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadhom għaddejjin it-taħditiet bejn il-partijiet konċernati.
Leg 9 PQ #26626 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-MITTS dwar l-għoti ta' aċċess għall-Internet fi skejjel tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal fil-Ministeru, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26627 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-ewwel reazzjoni ta' l-għalliema għall-aċċess ta' l-Internet f'ċertu skejjel kienet negattiva għaliex dawn qali li l-aċċess hu ristrett biss għal ftit għexieren ta websites ta' l-Internet u dawn mhux bizzejjed buex juawhom fit-tagħlim u l'anqas għandhom aċess għall-għodda vitali ta' l-email?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema li qed tintuża bħala filtering fl-iskejjel ta' l-istat hija dik li tissejjaħ il-'Walled Garden'. Din is-sistema tintuża fl-iskejjel biex tipproteġi l-istudenti minn sites li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-edukazzjoni ta' l-istudenti. Jeżistu diversi sistemi ta' filtering u l'Walled Garden' hija l-aħjar waħda f'dan il-għan. Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Bħalissa l-kategoriji ta' sites li ġew enabled huma News, Kids, u Education. Barri minn hekk diversi sites li huma magħrufa li għandhom valur edukattiv ġew miżjuda ma' dawn il-kategoriji, eż is-site edukattiva tal-BBC, l-Encarta u l-Brittanica. Ta' min jinnota li din is-sena qegħdin fis-sena pilota u għalhekk kontinwament qed jiġu evalwati kategoriji oħra biex jiġu miżjuda ma' dawk li diġa' jeżistu. L-aċċess għall-E-Mail u għall-hosting ta' Website ser ikun ipprovdut fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja.
Leg 9 PQ #26648 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarden

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet dwar il-bini taċ-ċentru tal-kindergarden fiż-żona ta' Lourdes? Jista' jgħid fejn tinsab din l-iskola fil-lista ta' prijoritajiet? Meta ser jibda x-xogħol tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal fil-Ministeru, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26526 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MIC

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward (i) in-numru ta' skejjel primarji, sekondarji (stat, knisja, privati) (ii) numru ta' studenti (totali) li talbu biex isiru taħditiet mill-MIC? (iii) Kemm perċentwali tat-tfal kollha li setgħu kienu targeted jammonta din l-exposure?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26527 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward it-taħditiet li qed jagħmlu l-MIC fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm iddum kull sessjoni? (ii) x'inhuma s-suġġetti li jiġu diskussi? (iii) jekk dawn ikun ripetuti u jekk iva, kemm-il darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26528 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

European Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti għażlu l-European Studies - kemm jagħmel perċentwali ta' dawk li possibilment setgħu għażlu dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26531 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fellenberg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' safety ittieħdu min meta beda xogħol ta' kostruzzjoni fil-Fellenberg biex jissalvagwardja s-saħħa ta' l-istudenti u l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru sal-ħin li konna kostretti nittrażmettu t-tweġiba lill-Uffiċjal ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26532 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fellenberg

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma hux minnu lis-surmast tal-Fellenberg ta' ordni biex qabel l-eżamijiet annwali, l-għalliema tal-matematika jagħtu tutorials iffokati fuq l-karta ta' l-eżamijiet? Jista' jikkonferma wkoll jekk hux minnu li student/a ipprotestat mas-surmast tal-Fellenberg qabel l-eżami tal-matematika għax fehem/et li l-eżami huwa corrupted?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru sal-ħin li konna kostretti nittrażmettu t-tweġiba lill-Uffiċjal ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26540 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li qed jaqa ġebel mill-ħajt tal-faċċata ta' wara tal-Mediterranean Conference Centre, jistax isir ir-restawr meħtieġ mill-aħtar fis?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Mediterranean Conference Centre għamlet talba lir-Restoration Unit tal-Works Department u li minn naħa tagħhom dawn qed iħejju stima biex tkun tista' tinħareġ tender mill-aktar fis possibbli.