Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1970 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew Marittimu — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu tal-Birgu fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Marittimu tal-Birgu fl-2011kien jammonta għal 22,189 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz m’għaddiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew Marittimu tal-Birgu 23,409 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 8,147 ruħ.
Leg 12 PQ #1971 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ipoġew — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien fl-2011kien jammonta għal 22,904 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz m’għaddiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien 27,409 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 9,121 ruħ.
Leg 12 PQ #1972 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew Nazzjonali tal-Arti — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt fis-snin 2011, 2012 u s’ issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt fl-2011 kien jammonta għal 22,265 (dan ma jinkludix il-viżitaturi ta’ Novembru u Dicembru minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi dan is-servizz ma pprovdiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt 23,957 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena marru 6,562 ruħ.
Leg 12 PQ #1973 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Mużew tal-Arkejoloġija — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew tal-Arkejoloġija l-Belt fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew tal-Arkejoloġija, l-Belt fl-2011 kien jammonta għal 73,951 (dan ma jinkludix il-viżitaturi ta’ Novembru u Dicembru minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi dan is-servizz ma pprovdiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Mużew tal-Arkejoloġija, l-Belt 71,366 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena marru 21,551 ruħ.
Leg 12 PQ #2239 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lokalitajiet turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi, meqjusa bħala lokalitajiet, jew partijiet mill-lokalità, li jitqiesu bħala li huma inħawi turistiċi, u li allura fihom ma jkunx jista' jsir xogħol matul ix-xhur tas-sajf? Bejn liema dati hu mistenni li tali xogħlijiet ma jkunux jistgħu jsiru, u x'tip ta' xogħol mhux permess li jsir f'dawn l-istess inħawi? Liema toroq huma effettwati minn dawn ir-regoli f'kull lokalità?

Response (VELLA, KARMENU)

Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq u żoni li ġew indentifikati mill-Awtorita’ tat-Turiżmu għall-iskop tal-Avviż Legali 295 ta’ 2007 skeda III (Regolament 5).
Leg 12 PQ #466 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Dipartiment tal-Gvern Lokali — talba għal devoluzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal devoluzzjoni lill-kunsilli lokali hemm pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu talba waħda biss pendenti għal devoluzzjoni ta’ art pubblika. Intant kull talba li tasal għandu bid-dettalji kollha meħtieġa, tiġi evalwata u proċessata u mibgħuta lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għall-kunsiderazzjoni tagħhom.
Leg 12 PQ #782 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm inventarju għall-Ministeru għat-Turiżmu u kollox kien misjub skont kif reġistrat.
Leg 12 PQ #1842 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi

Question

Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1967 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1725, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-Ministru iltaqa’ għall-ikel mal-Ambaxxatur għall-Iżrajel. Nikkonferma li l-Ambaxxatur attenda waħdu.
Leg 12 PQ #1969 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz tal-Inkwizitur — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwizitur, il-Birgu fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fl-2011 kien jammonta għal 32,741 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz ma għaddiex din l-informazzjoni). Fl-2012 żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur 34,298 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 12,256 ruħ.
Leg 12 PQ #2018 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazzini — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1591, jista’ l-Ministru jgħid jekk hix se ssir sejħa oħra għal sidien ta’ proprjetà li ma applikawx taħt l-ewwel sejħa?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1591. F'dan l-istadju l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mhux qed teskludi li jkun hemm it-tieni sejħa, però bħalissa, l-Awtorità, qed tiffoka fuq il-proġetti taħt l-ewwel sejħa ta' l-expression of interest.
Leg 12 PQ #2073 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija imsemmija fil-perjodu indikat.
Leg 12 PQ #2178 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1842, u jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistqosija Parlamentari Numru 1842.
Leg 12 PQ #2337 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 342 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (VELLA, KARMENU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu għandu konsulent wieħed (1) li qiegħed jagħti kontribut fid-dekasteru tiegħu. Dan il-konsulent ġie ngaġġat biex jagħti konsulenza dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-avjazzjoni fi ħdan il-Ministeru. Il-Ministeru ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt sabiex titħares l-liġi tal-Protezzjoni tad-Data.
Leg 12 PQ #465 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — devoluzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il devoluzzjoni saru lill-kunsilli lokali fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames (5) snin kien hemm wieħed u sebgħin (71) devoluzzjoni ta’ art jew sit pubbliku mill-Gvern lil xi Kunsill Lokali kif ġej: disa’ (9) siti fl-2008; għaxar (10) siti fl-2009; sitta u għoxrin (26) sit fl-2010; tmien (8) siti fl-2011 u tmintax (18)-il sit fl-2012.
Leg 12 PQ #778 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Heritage Malta bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ: a) x'kienet il-vakanza; b) meta u kif saret is-sejħa; ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u d) min kien magħżul għal kull vakanza?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2015 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1594, jista’ l-Ministru jispjega għalxiex mhux prudenti li tingħata data? Jista’ jgħid jekk l-evalwazzjoni hix se ssir sal-aħħar ta’ Ġunju kif proġettat? Jekk le, x'wassal għad-dewmien? Jista’ jgħid jekk inżammx l-istess bord ta’ evalwazzjoni, u jekk le x'kienet ir-raġuni li nbidlu l-membri?

Response (VELLA, KARMENU)

Kif diġà ngħatat tweġiba fil-mistoqsija parlamentari 1594, il-proċess mistenni jieħu madwar 3 xhur minn meta bdiet l-evalwazzjoni. L-interpellant irid japrezza li f’kull proċess ta’evalwazzjoni ikun hemm bżonn ta’ xi kjarifiki li jintalbu mingħand l-applikanti, kif ukoll hemm il-proċess ta’ l-appelli. Is-sejħa għalqet fit-18 ta’ Marzu 2013 u billi kellha ssir briefing lill-uffiċjali ġodda fil-Ministeru dwar din l-iskema, il-process ta’ evalwazzjoni beda f’nofs Mejju 2013. Saru xi tibdiliet fil-membri tal-Bord ta’ qabel billi nħass li kellhom jiddaħħlu membri ġodda, fosthom id-direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru.
Leg 12 PQ #2147 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta – membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-bord ta' Heritage Malta? Jista’ jikkonferma wkoll jekk il-membri tal-bord il-ġdid ikkonfermawx li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess qabel ħadu l-ħatra tagħhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-Bord tal-Heritage Malta huwa Peter Muscat Ħadd mill-Bord ma ddikjara li għandu xi kunflitt ta' interess.
Leg 12 PQ #2173 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 2018 — rwol ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu r-rwol preċiż li l-Gvern qed jagħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament b'rabta ma' Valletta 2018?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tal-persuna inkwistjoni se jkun ta’ Gvernatur fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Leg 12 PQ #2174 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 2018 — Kummissjoni Inter-Ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bi ħsiebu jerġa jaħtar il-Kummissjoni Inter-Ministerjali li għandha rwol mill-aktar importanti biex tikkordina l-ħidma meħtieġa għal Valletta 2018?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Inter-Ministerjali se titwaqqaf fil-ġimgħat li ġejjin dan wara li jkun iltaqa’ l-Bord tal-Gvernaturi l-ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018.