Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titlesta l-Bypass f'Birguma, in-Naxxar li twassal mit-telgħa t'Alla u Ommu sax-Xwieki?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-istess ħin hux se jingħataw wiċċ it-toroq l-oħra f'Ta' Birguma, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, liema toroq se jingħataw wiċċ u meta mistenni li dan isir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm biex iwettaq ix-xogħol li baqa li jsir fit-triq Birguma w s-sejħa għall-offerti mistennija li toħroġ dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir letter box fl-area tal-Birguma n-Naxxar?
Jekk fl-affermattiv, meta hemm ħsieb li ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa issa m`hemm ebda ħsieb li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri ġdida fl-inħawi ta` Birguma fil-futur immedjat. Iżda jekk issir xi talba mill-Kunsill Lokali għaċ-ċaqlieq ta` waħda mill-kaxxi ta` l-ittri eżistenti, din it-talba tiġi kkunsidrata mill-Maltapost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xogħol ta' asfaltar ta' toroq mill-ġdid wara li kienu fi stat ħażin, f'Malta u f'Għawdex sena b'sena u f'ammont totali mill-1987 sal-1996?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn it-toroq u kull waħda kemm intnefqu fondi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma teżistix statistika bid-dettal mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jitrattjeni sabiex jirritorna lura l-venda tat-trasport pubbliku fir-Rabat u fi Triq Santa Rita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sa fejn naf jien il-venda tat-trasport pubbliku qatt ma tneħħiet mir-Rabat kif qed jallega l-Onor. Interpellant. Minbarra hekk fid-data meta saret id-domanda kienet diġa` bdiet titħaddem is-sistema l-ġdida tal-venda fir-Rabat, liema sistema rritornat il-venda (in parti) fi Triq Santa Rita.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf l-istess Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`għandix x`inżid mat-tweġiba li tajt f`seduta 223.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex matul Jannar u Frar ta' din is-sena?
Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu fl-istess perjodu għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Kartolini
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12302, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 12302.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex Triq Hompesch, Fgura isirilha t-titjib li hemm bżonn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jippjana li jibni din it-triq mill-ġdid u diġa` ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Nikol Baldacchino, Qormi, meta din it-triq hija kollha mibnija u b'konsegwenza tat-tħarbit li fiha, ir-residenti m'humiex moqdija bis-servizzi, bħal distribuzzjoni tal-gass, vannijiet ta' l-iskola, tal-ħalib u tal-ħobż, eċċ.?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`hemm xejn x`inżid mar-risposta diġa` mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 11574.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir it-tarmak bl-ewwel fażi fi Triq New Street in Carmel Street, Fgura?
Jekk iva, jista' jgħid meta se jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq il-Gardjola, Fgura bit-tarmak bl-ewwel fażi?
X'inhi r-raġuni li damet daqshekk biex issir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq overtime illi nefaq id-Dipartiment tat-Toroq fl-aħħar ġimgħa ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu u kif jikkompara mal-ġimgħatejn ta' qabel? Liema kienu t-toroq li sar xogħol fihom fiż-żmien imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li L-`Overtime` li tħallas mis-7 ta` Frar sal-20 ta` Frar kien Lm192.92c. L-`overtime` li tħallas mill-21 ta` Frar sal-5 ta` Marzu kien Lm78.21c.
It-toroq li sar xogħol fihom kien xogħol ta` manutenzjoni f`dawn il-lokalitajiet:
Vjal Sta. Lucia, Paola
Industrial Road, Garibaldi Road u Triq Tiġrija, Marsa
Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa, Luqa
Triq Luqa, Paola
Mrieħel Bypass
Hamrun Bypass, Sta. Venera
Toroq Old Bakery,p-o St. John, Tejatru, Pjazza
Palazz,l-Arċisqof, Merkanti u G. Cassar, Peraferali
Valletta
Toroq Sarria u Mall, Floriana
Triq l-Industrija, c-w Garibaldi Marsa, Garibaldi
Street to Valletta
Ta` Giorni tunnels
Tal-Qroqq
St Andrews Road, Coast Road, Baħar iċ-Ċagħaq
St Paul`s Bay Bypass
Mellieħa Bypass
Ċirkewwa terminal approach Road
Xemxija
Triq Nutar Zarb u Notabile Road, Attard
Valletta Road, Rabat u Dawret Ta` Qali
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex saret fetħa fis-centre strip f'National Road, Balta l-Bajda, (quddiem Mizzi House) liema fetħa ingħalqet ġurnata wara li saret?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-'centre strip' indikata kellha tinfetaħ sabiex ikun jista' jgħaddi t-'trailer' li ġab minn barra l-apparat ġdid għal-isptar San Luqa, liema `trailer` instab li ma segħax jgħaddi minn ġo ċerti toroq oħra, minħabb l-piż tiegħu.
Din is-'centre strip' diġa reġgħet ingħalqet, għaliex kienet intenzjonata li tkun fetħa temporanja.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni saret it-trinka fil-mina taħt ir-runway fil-mini ta' Ħal Kirkop, liema xogħol qiegħed joħloq inkonvenjent u periklu kbir għal min juża dawn il-mini?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fil-mina ta` Ħal Kirkop qed isir biex jitqegħdu `cables` tad-dawl ħalli tiġi msaħħa l-provista ta` l-elettriku fiż-żoni tas-`South`.
Peress li diġa hemm ħafna servizzi fil-mina, t-trinka l-ġdida qed ikollha titħaffer lejn in-nofs tal-mina, u għalhekk din kellha tingħalaq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa u l-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu x-xogħol.
Fuq insistenza tad-Dipartiment tat-Toroq il-mina li minnha għaddej it-traffiku ġiet diviża b`dividers tal-concrete` kontinwi, li effettivament ħolqu żewġ toroq għat-traffiku li jgħaddi lejn iż-żewġ direzzjonijiet u b`hekk żgur ġie evitat kull periklu.
L-Enemalta li qed tieħu ħsieb ix-xogħolijiet qed tagħmel dak li hu possibbli biex l-inkonvenjent ikun wieħed qasir kemm jista` jkun. Tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejħ il-fatt li tali xogħol irid isir fl-interess ta` l-inħawi.
Jista' d-Dipartiment tat-Toroq jieħu passi kemm jista' jkun malajr, biex ta' lanqas tiġi mwittija, Sqaq il-Bursett, Żabbar li minkejja li hu kollu abitat, għadu fi stat ħażin ħafna u baqa' qatt ma sar?
Possibbli li ta' lanqas dan jiġi mwitti ftit għaliex minħabba li l-isqaq hu żgħir, l-ispiża nvoluta mhijiex tant kbira u jkun qed jonqos bil-kbir l-inkonvenjent tar-residenti li wħud minnhom għandhom tfal żgħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi spezzjonat il-post, u jekk jista` jkun jitwettaq ix-xogħol issuġġerit mill-Onor. Interpellant.
Traffic Control Board — Zabbar - Double lines yellow
Question
Jista' l-Ministru jara li t-Traffic Control Board jinvestiga lment li wasal għandi minn persuna nieqsa mid-dawl li double lines sofor, jiġifieri "no parking lines" li kien hemm fi Sqaq San Ġużepp, Zabbar, tneħħew ħesrem biex issa f'dan l-isqaq li ma tantx hu wiesgħa qed issir parking bil-konsegwenza li dan ir-raġel anzjan nieqes mid-dawl ma jkunx jista' jgħaddi mingħajr periklu minn dan l-isqaq fi triqtu lejn il-knisja u lura billi dan hu l-uniku sqaq minn fejn ikun jista' jgħaddi? Min awtorizza t-tneħħija ta' dawn id-double lines?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-Domanda Parlamentari Nru. 14348.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed dwar talba li saret mil-Lands Department biex isir survey ta' l-art li ġiet esproprjata u li llum qiegħda 'l ġewwa mill-fence tal-VOR station, ta' Kerċem Għawdex, liema survey l-istess Lands Department ilu jitlob għal madwar sentejn (L4952/58)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Traffic Control Board — Razzett tal-Ħbiberija - Parking
Question
Filwaqt li m'hemm xejn ħażin li r-razzett tal-ħbiberija jorganizza fund raising activities f'Wied il-Għajn, jaħseb il-Ministru li t-traffic control board, flimkien mal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, għandu jfassal minnufih parking scheme għal dan il-post, biex il-parking waqt dawn l-attivitajiet isir kif suppost, skond il-liġi u bl-inqas inkonvenjent possibbli lir-residenti ta' madwar ir-razzett tal-ħbiberija?
Jaf li t-traffic control board li qed isir traffic "on both sides" fil-bypass ta' Wied il-Għajn biswiet ir-Razzett tal-Ħbiberija meta din it-triq, għaliex hi klassifikata bħala bypass u allura priority road, mhux permess li jsir parking fiha għallinqas skond kif jien informat?
Jaf ukoll l-istess board li residenti fi Triq il-Gemmugħa, Triq l-Iskal, Triq Salv Buhagiar, Triq Qasam tal-Bujar u toroq oħrajn fil-viċinanzi qed jispiċċaw b'parking saħansitra quddiem garages u drive-in privati meta jkun hemm attivitajiet fir-Razzett tal-Ħbiberija?
Possibbli jinstab bilanċ biex waqt li dan ir-razzett, li għandu funzjoni nobbli ħafna jkun jista' jibqa' għaddej bl-attivita' tiegħu, dan isir bl-anqas inkonvenjent u riskju kemm għar-residenti tal-viċinanzi kif ukoll għall-istess persuni li jattendu dan il-post?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-Razzett tal-Ħbiberija diġa` għandu `parking space` għal xi mitt (100) vettura.
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhux f`pożizzjoni li joħloq spazju addizzjonali għal parkeġġ meta r-Razzett tal-Ħbiberija jkollhom xi attivita` speċjali.
Ir-responsabilta` li tiġi osservata l-liġi u li ma jsirx parking fejn mhux permess hija tal-Puluzija, u għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.