Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17576 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Agro-turiżmu

Question

Peress li s-Segretarju Parlamentari Dr Hyzler tkellem dwar l-agro-turiżmu f'laqgħat li kellu mal-bdiewa fl-Imġarr, jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjanijiet li ħejja l-Ministeru mill-perijodu 5 ta' Settembru, 1998 'l hawn sabiex jintroduċi aktar il-kunċett ta' l-agro-turiżmu fil-gżejjer Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-agroturizmu huwa settur li jista` jaghti kontribut lill-ekonomija in generali u t-turizmu in partikolari. Jista` wkoll ikun ta` gid Is-Segretarju Parlamentari, Dr George Hyzler, tkellem dwar il-bzonn li dan is-settur jinghata attenzjoni partikolari bit-tfassil ta` politika agro-turistika ghal Malta u biex l-agroturizmu jikkumplimenta il-biedja tradizzjonali. Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd qed jiehu diversi inizjattivi f`dan ir-rigward kif ikkonferma l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd fl-intervent li ghamel fis-seduta Parlamentari ta` nhar il-Gimgha 30 ta` Gunju fis-sessjoni ta` filghodu.
Leg 9 PQ #17632 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Xiri ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm neqfet l-Enemalta fuq xiri ta' fuel, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun inkluza fir-Rapport tas-Sena li l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika kull sena u li jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17633 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Annimali/tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' annimali, tjur jew ħlejjaq oħra ġew importati s-sena l-oħra u din is-sena? X'tip kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif gej: 1999 TIP TA` ANNIMAL KWANTITA` Zwiemel 352 Ghoggiela nisa 68 Barrin 6 Nghag 61 Flieles ghat-tfaqqis tal-bajd 15,263 Flieles ghat-trobbija 735 Dundjani hajjin 20,380 Papri u Guinea Fowls 2,000 Fniek ghat-tnissil 1,616 Hamiem 482 Ann imali ohra 44,858 Bejn Jannar u Mejju tas-sena 2000 Zwiemel 155 Flieles ghat-tfaqqis tal-bajd 3,120 Tigieg 251 Papri ghad-delizzju 15 Fniek ghat-tnissil 1,731 Hamiem 288 Annimali ohra 10,386
Leg 9 PQ #17666 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Italja/Alġerija — Gas mill-pipeline

Question

In vista ta' dak li ntqal dan l-aħħar fil-media lokali, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar pjanijiet tal-gvern li jieħu "gas mill-pipeline" li se jsir bejn l-Italja u l-Alġerija? Hawn xi pjanijiet biex it-turbini eżistenti jinqalbu biex jaħdmu bil-gass?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-materja ghadha qed tigi studjata u f`dan l-istadju ma jistghux jinghataw aktar dettalji.
Leg 9 PQ #17667 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Produzzjoni/distribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Enemalta għal ħames snin li ġejjin għal dik li hi produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-elettriku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent qed jithejja pjan li jhares lejn il-htigijiet tal-pajjiz fil-qasam tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta` l-elettriku u ghalhekk bhalissa mhuwiex iz-zmien propizju li wiehed jaghti dettalji dwar il-materja.
Leg 9 PQ #17668 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Light fuel oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Enemalta għal użu ta' light fuel oil fit-turbini tal-Power Station tal-pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17546 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17122 u 17123, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-butcher shops u/jew l-aġenti u l-proċessuri lokali sabiex ikun investigat l-ilment dwar l-għoli tal-prezzijiet imsemmija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jindika l-inhawi minn fejn origina l-ilment li rrefera ghalih fil-mistoqsijiet numri 17122 u 17123.
Leg 9 PQ #17631 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile phones — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati mobile phones sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta` mobile phones li gew impurtati bejn is-snin 1996 u 1999 u li jaqghu taht il-klassifika ta` l-H.S. 8525209100 kien kif gej: 1996 4,299 1997 6,690 1998 10,112 1999 18,950 T ajjeb jinghad li qabel l-1996 ma kienetx tinzamm tali statistika.

MIA — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet l-ispiża tal-ħsarat li twettqu f'Awissu 1999 fl-ajurport internazzjonali ta' Malta waqt l-azzjoni industrijali msejħa mill-GWU? Huwa minnu li l-fire engines li fuqhom saret ħsara volontarja waqt l-inċidenti li nqalgħu ma setgħux jitranġaw u se jkollhom jinbidlu? Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża biex jinxtraw fire engines ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ewwel parti tal-mistoqsija giet moghtija mill-Onorevoli Prim Ministru meta wiegeb il-mistoqsija parlamentari numru 9807. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-vetturi kienu ssewwew u regghu bdew jahdmu fi zmien qasir. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, tajjeb jinghad li ghadhom ghaddejjin negozjati u peress li din il-materja hija ta` natura kummercjali, ma nhossx li huwa fl-interess ta` l-M.I.A. li din issir pubblika.
Leg 9 PQ #17568 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajn Dwieli — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat id-dawl li hemm fin-niżla ta' Għajn Dwieli?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #17434 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Qtugħ fil-provvista

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki f'Malta u Għawdex li rrapportaw li kellhom qtugħ fil-provvista tad-dawl matul ix-xhur bejn Jannar u t-23 ta' Ġunju, 2000 u l-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17437 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki f'Malta u Għawdex li kellhom jissospendu x-xogħol fil-fabbriki tagħhom kawża tal-ħsarat li seħħew fil-power stations nhar il-ġimgħa 23 ta' Ġunju, 2000? Kemm minn dawn kellhom jissospendu x-xogħol għal jum kollu tal-ġimgħa? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema nvoluti u x'inhija l-pożizzjoni ta' l-obbligi ta' l-Enemalta f'dan ir-rigward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mhuwiex facli tghid kemm kien in-numru ta` fabbriki f`Malta u Ghawdex li gew effettwati mill-qtugh tal-provvista ta` l-elettriku b`rizultat tal-hsara li garrbet il-Power Station tal-Marsa nhar il-Gimgha, 23 ta` Gunju, 2000 minghajr ma jsir `ad hoc` survey. Huwa fatt li n-numru ta` fabbriki kellhom il-produzzjoni taghhom effettwata minhabba dan il-qtugh. Madanakollu tajjeb jinghad li numru ta` fabbriki, inkluza l-ST Microelectronics, inghataw lura l-provvista ta` l-elettriku fi zmien saghtejn minn x`hin grat il-hsara. Fost dawn kien hemm fabbriki fl-oqsma industrijali ta` Hal far u Bulebel, minbarra l-Port Hieles.
Leg 9 PQ #17487 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq il-Ġdida - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17118, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza li ghaliha qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #17592 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Transfer

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir transfer ta' telephone ta' anzjana li isimha qed jintbagħat separtament, li tinsab bla saqajn u tinsab fil-wheelchair?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Maltacom sabiex tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Leg 9 PQ #17612 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Vettura għal ġarr ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-vettura li tintuża għall-ġarr fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Freeport għandhiex permess biex taħdem, għandhiex chassis number u għandhiex numri tar-reġistrazzjoni? Jista' jinvestiga jekk din il-vettura għandhiex polza ta' assikurazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17397 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħrija — Tas-Sirena - Wires

Question

Jista' l-Ministru jinfurmai bl-iżviluppi tal-każ li jikkonċerna mistoqsija parlamentari numru 16700 fil-Baħrija L/O Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 16700, ix-xoghol li ghalih qed issir riferenza mistenni li jsir flimkien ma` xogholijiet ohra. Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-Enemalta, apparti t-talba maghmula fil-mistoqsija msemmija, ghandha numru konsiderevoli ta` talbiet simili li ghadhom pendenti u li ghad trid tittiehed azzjoni dwarhom.
Leg 9 PQ #17398 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħofor ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 16702, cioe' dwar il-pjan ta' transizzjoni mis-sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika? Kemm se jiswa dan il-pjan lill-poplu u minn fejn se jiġi finanzjat? Min huma responsabbli mill-kordinazzjoni ta' dan il-pjan u x'konsultazzjoni se ssir fil-ġimgħat li ġejjin? Meta huwa previst li fix-xhur li ġejjin titwaqqaf awtorita' tar-riżorsi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Abbozz ta` Ligi li jahseb ghat-twaqqif ta` Awtorita` dwar ir-Rizorsi biex isservi bhala regolatur fl-oqsma ta` l-energija, ta` l-ilma u tar-rizorsi naturali tressaq ghall-Ewwel Qari tmint ijiem ilu u cioe` nhar it-Tnejn 26 ta` Gunju, 2000. Nahseb li ghadu prematur biex wiehed jaghti dettalji dwr l-operat ta` din l-Awtorita`. Madanakollu, naccerta lill-Onorevoli Interpellant li meta jkun il-waqt jinghata aktar taghrif dwar din l-Awtorita`.
Leg 9 PQ #17411 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Prezz taż-żejt

Question

B'riferenza għal prezz taż-żejt li l-Enemalta qed tixtri bi prezz għoli minħabba l-Ministru mhux favur li żejt jinxtara bi sistemi ta' hedging agreement, jista' l-Ministru jinformani kemm għola l-cost production minħabba din iż-żieda fil-prezz taż-żejt?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ewwelnett mhux korett li wieħed jgħid li jiena kontra l-hedging fil-prezz taż-żejt. Il-problema hi, li bis-sistema ta` hedging li kien adotta l-gvern preċedenti, tant kien magħmul bil-quddiem, li l-Korporazzjoni Enemalta kienet ġiet esposta għal riskju kbir wisq, tant li anke l-istess kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-hedging qablu li kuntratt għax-xiri taż-żejt għal aktar minn sena bil-quddiem, kif fil-fatt kien ġie propost u adotta taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jinvolvi riskji kbar. It-tieni punt huwa li mhux jiena niddeċiedi dwar jekk għandux ikun hemm hedging, iżda hija l-Korporazzjoni nnifisha li tagħmel dan wara l-pariri teknici ta` esperti f`dan il-qasam. Fl-aħħarnett tajjeb jingħad li wieħed irid ikun saqajh ma` l-art u ma jaħsibx li hemm xi metodu li jista` jeżentana mill-forzi internazzjonali tas-suq taż-żejt. Il-konsumaturi qed jgħixu fl-istess dinja u ħadd ma huwa `l fuq mir-realtajiet tas-suq internazzjonali.
Leg 9 PQ #17432 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Apparat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17173, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista ta` l-apparat kollu gdid li l-Maltacom xtrat u nstallat f`Malta u f`Ghawdex matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukoll li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Kumpanija tippubblika kull sena. Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17173.
Leg 9 PQ #17433 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reverse Osmosis Plants

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17175, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tingabar lista ta` l-impjanti kollha tar-Reverse Osmosis kollha mixtri u nstallati f`Malta u f`Ghawdex mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, inkluz l-ispiza involuta f`kull kaz, matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xoghol fuq skala kbira. Tajjeb jinghad ukol li nformazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab migbur fir-Rapport Annwali li l-Korporazzjoni tippubblika kull sena. Ghaldaqstant ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 17175.