Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6534 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5742 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6535 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna safra/roża – applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet ġodda għall-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li peress lis-sistema elettronika li hemm f’din is-Sezzjoni hija waħda antika u għandha limitazzjoni kbar, bħalissa, għaddej eżercizzju intern sabiex jiġu identifikati dawn il-limitazzjonijiet bil-għan li ssir konsolidazzjoni tas-sistemi fl-aqsar żmien possibli’.
Leg 12 PQ #7351 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni diagnosed bil-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies diagnosed bil-kanċer (kull tip) f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm mietu nies bil-kanċer f’dawn l-aħħar ħames snin? Bħala perċentwali kemm mietu bil-kanċer mill-kawżi kollha tal-mewt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012), fir-Reġistru Nazzjoni tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati 9,171 każ ta’ tumur primarju (primary malignant cancer – excluding non-melanoma skin cancer). Dawn kienu maqsumin kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra
Leg 12 PQ #7352 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Detox Centre — Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu d-Detox Centre għall-methadone bħalissa? Kemm attendew pazjenti detox f’dawn l-aħħar ħames snin (kemm kull sena)? X’nazzjonalità huma? X’sess huma? Kemm hemm minnhom li ilhom jieħdu mediċinali b’mod regolari għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm intuża methadone u kemm sewa f’dawn il-ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7451 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – fondi għall-proġett

Question

B’referenza għal dak li hemm fil-press release 140116 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kif se jintużaw it-€3.6 miljun għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex indikati f’dik l-istqarrija? Fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti li se jsiru b’dawn il-fondi? Meta nbeda dan ix-xogħol u meta hu mistenni jitlesta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7485 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu kawża tat-tipjip

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta u f’Għawdex konsegwenza diretta jew indiretta tal-konsum ta’ sigaretti f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip matul is-snin 2008 sal-2012 kienu kif ittabellat hawn taħt: Table 1 Smoking related mortality Year of death Smoking related mortality 2008 371.9 2009 364.8 2010 366.1 2011 387.3 2012 439.5
Leg 12 PQ #7493 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza għalihom.
Leg 12 PQ #6525 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – nies kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5660 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-persuni li huma kkwalifikati fl-accounting, fl-auditing, u/jew fil-business management fid-dekasteru tiegħu u għal kull każ jgħid meta ġiet impjegata l-persuna, ġietx impjegata fuq bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet u x’inhi l-kariga tal-persuna llum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6526 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5031 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ impjegati f’kull grad, imqassma skont kull dipartiment u/jew entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6527 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni – membri tal-Bord

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5030, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwalifiki u esperjenza fil-qasam tal-bijoetika li għandhom il-persuni appuntati fuq il-Bord tal-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi fil-Liġi għal Protezzjoni tal-Embrijun (2012) huwa stabbilit biss il-Kwalifiki li ghandu jkollu c-Chairman : Twaqqif u għamla tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni. 3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, li jkun magħmul minn Chairman u numru ta’ membri li ma jkunx anqas minn erbgha, maħtura mill-Ministru. (2) Iċ-Chairman għandu jkun persuna li jkollha warrant biex teżerċita l-professjoni ta’ Avukat u illi tkun eżerċitat dik il-professjoni għal perjodu ta’ mill-anqas tnax-il' sena jew Imħallef irtirat jew Maġistrat irtirat. (3) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta’ membru tal-Awtorità jekk: (a) tkun Ministru jew Segretarju Parlamentari; (b) tkun membru tal-, jew kandidat għall-elezzjoni għall-Kamra; jew (ċ) tkun membru ta’ awtorità tal-gvern lokali; jew (d) għandha interess finanzjarju jew interess ieħor f’xi intrapriża jew attività li x’aktarx taffettwa t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Awtorità. Għalhekk bħala Ministru tas-Saħħa fis-17 ta' Mejju 2013 jiena ħtart il-Membri tal-Awtorita kif ġej: Chairperson: Judge Philip Sciberras LL D – Retired Judge Vice Chairperson: Ms. Simone Attard PGrad Cert, PGrad Dip Family Therapy (Tavistock London and Portman NHS Trust) MBICA – Family Therapy Counsellor Specialising in Infertility u Membru tal British Infertility Counsollors Association Dr. Patrick Sammut MD MRCPCH. CCT (UK) – Paediatrician Ms. Pauline Baldacchino BA (Hons) PGCE PGrad Dip Psychotherapy, PGrad School Counselling, MSc Health Psychology (Sheffield) – Psychologist Ms. Mariella Meachen SN. BPsych (Hons), PGrad Dip Psychotherapy – Psychotherapist Ms Loranne Cachia - Authority Secretary
Leg 12 PQ #6528 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni kollha ingaġġati u/jew impjegati fid-dekasteru tiegħu minn barra s-servizz pubbliku mingħajr ma saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet minn Marzu 2013 ’l hawn, u f’kull każ jista’ l-Ministru jagħti: l-isem tal-persuna; il-kariga li ngħatat; min għażel lill-persuna; il-post fejn taħdem il-persuna; u ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra li għandu/ha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6529 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: l-isem tal-persuna appuntata; il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; min għażel lill-persuna; il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7345 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Użu ta’ myHealth Card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn tapplika għalmy Health card? X’użu għandha? Kemm hemm abbonati bħalissa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab informat li s’issa l-kunċett ta’ myHealth card għadu fi stadju bikri ta’ implementazzjoni, u li qed jiġi kkunsidrat li din il-funzjoni titwettaq permezz ta’ l-e-ID card nazzjonali kumbinata ma’ sistemi ta’ l-informatika ġodda li qegħdin jiġu diżinjati bħalissa, inkluż dik tal-e-Prescriptions.
Leg 12 PQ #7346 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Scanning ta’ medical records

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq scanning elettroniku tal-medical records bediex, sabiex ikun hemm IT record system? Kemm se jiswa dan il-proċess? F’kemm żmien huwa maħsub li dan se jitlesta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li xogħol fuq scanning tal Medical Records inbeda u qed isir inhouse mill istess ħaddiema tal Medical Records Department ġewwa l -Isptar Mater Dei. L-apparat proffessionali (scanner) inxtara mil-fondi tal isptar Mater Dei għall prezz ta € 3800 vat eskluż u għandu kapacita li jikkopja sa 20000 paġna fil-ġurnata.
Leg 12 PQ #7347 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Manutenzjoni tal-Blood Bank Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa fl-2013sabiex issir manutenzjoni li kienet tant meħtieġa fuq il-blood bank Malta ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni tal-Blood Bank Malta hija ta € 190,015.68. Construction €115,208.44 Generator €69,511.29 FMS (Overtime) €3,944.95 Health and Safety Consultancy €1,351.00
Leg 12 PQ #7348 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz ta’ Blood Bank f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif sejjer is-servizz tal-blood bank li bħalissa qed jopera f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7349 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-PAS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet is-sistema tal-PAS li qed tiġi żviluppata inhouse bħalissa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li s-sistema tal-PAS hija implimentata. Bħallissa qiegħda fi stadju pilota.
Leg 12 PQ #7350 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Stores tal-Mediċini fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-istores tal-mediċini fil-Marsa? Veru li qed jingħad li dawn se jingħalqu? Kemm hija l-kera ta’ dawn l-istores?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istores tal-Marsa inħatt mill-mediċini biex jiġu trasferiti fl-istores ta’ San Ġwann mal-kumplament ta’ l-istock biex b’hekk ikun jista jinalaq. Dawn huwa parti mill-proġett li nbeda f’Ottubru 2013 minn dan il-Gvern biex il-mediċini kif ukoll l-apparat mediku u supplies ikunu taħt saqaf wieħed. Il-kera ta’ l-istores tal-Marsa hija dik ta’ € 121,127 kull sitt xhur, għaldaqstant il-Gvern se jkun qiegħed jiffranka € 242,254 fis-sena.
Leg 12 PQ #7365 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – Quantitative Risk Analysis — rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA għamlitx l-evalwazzjoni tagħha fuq il-Quantitative Risk Analysis (QRA) tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li ħejjiet l-OHSA? Jekk le, meta se tagħti l-kummenti tagħha l-OHSA?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li r-rapporti għadhom fil-proċess ta’ finalizzazzjoni.
Leg 12 PQ #7366 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – Quantitative Risk Analysis — esperti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA qabditx esperti ħalli jevalwaw il-Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jekk iva, min huma? Jekk le, min hu l-espert fi ħdan l-OHSA li kapaċi janalizza l-Quantitative Risk Analysis? Kemm-il espert kien hemm?Jista’ jpoġġi kopja tas-CV tal-esperti kollha (esterni u interni fl-OHSA) li ħadmu fuq il-Quantitative Risk Analysis?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-OHSA qabdet espert barrani biex janalizza dan ir-rapport. Aktar dettalji jingħataw meta x-xogħol ikun tlesta.