Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konferenzi u laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (MALLIA, EMANUEL)

18 April – 20 April Turkey 5th Budapest Process Ministerial Conference: “A silk Routes Partnership for Migration” 17 May – 19 May Copenhagen Laqgħa mal- European Broadcasting Unit 6 June – 8 June Luxembourg JHA Council Meeting (COUNCIL) 17 July – 19 July Lithuania Informal Meeiting of EU Ministers of Justice and Home Affairs 4 September – 6 September Lithuania Lithuanian Presidency of the Council of the European union Informal Meeting of EU Defence 7 October – 9 October Luxembourg JHA Council Meeting (COUNCIL)

permanent residence entitlement

Question

Can the Minister say whether a Nigerian person who has been living in Malta for the last fourteen years and working as a staff nurse with the government services for the last five years and with a valid visa is entitled to permanent residence?

Response (MALLIA, EMANUEL)

With reference to Parliamentary Question number 4905, the person mentioned in the Parliamentary Question qualifies for permanent residence in Malta if he satisfies the conditions stipulated in subsidiary etc ... The mentioned regulations are implemented by the Director of the Department for Citizenship and Expatriate. It is suggested that the person concerned contacts the mentioned Department for further information.

Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea kien hemm mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-Kunsilli ta’ Difiża attenda għalihom hu personalament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4347.

Pulizija – sigħat ta’ shifts bil-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn is-17 ta’ Mejju 2013 u s-27 ta’ Mejju 2013 inbidlux is-sigħat tax-shift ta’ bil-lejl fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm-il darba sar tali tibdil, min ħareġ din l-ordni u għala sar tali bdil?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi b’effett minn l-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena, ix-xift ta’ bil-lejl għall dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fuq roster ta’ night – second – first – off, kien sar mid-9.00pm sas-6.00am minflok sal-5.00am. Dan kien sar, sabiex jinżammu is-sigħat ta’ xoghol li dawn il-membri tal-Korp jahdmu fil-gimgħa, wara li kien temporanjament sospiż it-taħrig li dawn kienu jattendu fl-Akkademja tal-Pulizija fuq żewg nofs ta’ nhari fix-xahar. Dan it-taħriġ kien sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni sakemm tissaħħah kif tant hemm bżonn l-akkademja tal-Pulizija. Wara li kienu saru rapreżentanzi mill-membri tal-Korp, b’effett mill-25 ta’ Mejju, il-ħin tax-xift ta’ bil-lejl kien tressaq b’siegħa l-quddiem u sar mit-8.00pm sal-5.00am

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Klieb tat-tfittxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kelb tat-tfittxija għandu preżentament id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jindika għal liema skop huma mħarrġa? Jista’ jindika meta ġew akkwistati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kemm il-Kelb hemm fis-CPD: · 2 bl-isem ta CSIKI u DINO Skop: · Għal tfittxija u salvataġġ-USAR Meta inxtraw: · Agreement fis 7 ta’Marzu 2011 · Waslu hawn Malta fit 2 ta’ Mejju 2011

Sezzjoni tal-Forensika – cameras diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il camera diġitali hemm fis-sezzjoni tal-Forensika tal-Pulizija u meta nxtraw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija għandha għad-dispożizzjoni tagħha 8 kameras tar-ritratti diġitali. Peress li dawn kienu nxtraw fl-2009, inbeda l-proċess biex jinxtraw cameras ġodda oħra ħalli d-dipartiment ikun mgħammar b’teknoloġija aġġornata.

Korp tal-Pulizija – membri li huma avukati jew prokuraturi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati jew prokuraturi legali? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 3 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 1 huwa Kummissarju, 1 Assistent Kummissarju, 2 Supretendenti u 3 huma Spetturi. Barra l-Kummissarju, 2 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi fil-Protective Service, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fl-Ammistrazzjoni tal-Korp u 1 fit-Taqsima ta’ kontra t-Terroriżmu.

Produzzjonijiet lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-films u produzzjonijiet lokali li nħadmu jew se jinħadmu fil-gżejjer Maltin u li l-arranġamenti għalihom ġew finalizzati minn Marzu 2013 ’l hawn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Adormidera Feature Film Directed by Ray Mizzi

PBS – ħlasijiet lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas salarju mill-PBS il-persuna li d-detalji dwarha qed jintbagħtu separatament , kemm qed titħallas extra għal kull programm TVAM li qed tippreżenta kull filgħodu u x'allowances u perkaċċi oħra hija intitolata għalihom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-preżentatrici ta’ TVAM li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament, għandha salarju ta’ €21,000 fis-sena, €2,000 allowance kif ukoll titħallas €60 għal kull programm ta' TVAM..

TVAM — preżentaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċess intgħażlu l-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-proċess tal-għażla tal-programmi tal-PBS, hija l-prerogattiva tal-Bord Editorjali. L-għażla tal-preżentaturi tal-programm TVAM ta’ din l-iskeda saret skont din il-prassi.

TVAM – kuntratti tal-preżentaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandhom mal-PBS il-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament u kemm qed jitħallsu għax-xogħol tagħhom f'salarju, allowances u perkaċċi oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Iż-żewġ preżentaturi ta’ TVAM, li isimhom ingħata separatament jitħallsu €150 u €100 rispettivament għal kull programm.

PBS – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament iddaħħlet taħdem il-PBS fl-ewwel ta' Awwissu li għadda meta ma kien hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Persuna li isimha intbagħat separatament ġiet sekondata mal-PBS fl-1 ta’ Awwissu 2013 mill-MUESAC fuq esiġenza u bżonn tal-kamra tal-aħbarijiet tal-P.B.S.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Taqsima tal-Klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li beda jmexxi t-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara l-11 ta’ Marzu 2013? Il-fatt li matul il-kampanja elettorali l-individwu kien ta’ spiss jidher mal-Mexxej tal-Partit Laburista bħala bodyguard kien fattur li wassal biex jingħata dan l-inkarigu ġdid?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma bdietx tieħu ħsieb is-sezzjoni tal-klieb fil-11 ta’ Marzu 2013 hekk kif mistoqsi iżda wara 12 ta’ April 2013 fuq struzzjonijiet tad-direttur preċedenti. Il-persuna msemmija għandha l-kwalifiki u l-esperjenza kollha neċessarja biex tmexxi is-sezzjoni tas-salvataġġ speċjalment dik tat-tiftix u salvataġġ ta’ persuni maqbuda taħt it-tifrik. Is-sezzjoni tal-klieb hija parti żgħira minn dawn ir-reponsabbiltajiet mogħtija lilu.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Taqsima tal-Klieb — responsabbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala min hu responsabbli mit-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma ħax passi biex jevita l-ġlieda bejn il-klieb tas-salvataġġ u tiftix tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li seħħet il-Ħadd filgħodu fil-bidu ta’ Mejju (2013) u mhux talli hekk, talli meta intervjenew spiċċaw isawtu b’lasta ta’ xkupa lil dawn il-klieb bil-konsegwenza li dawn il-klieb sofrew grieħi serji u issa mhumiex up to the mark għal ħidma ta’ tiftix u salvataġġ? X’serħan il-moħħ se jagħti l-Ministru lill-pubbliku li dawn il-klieb li inxtraw għal eluf kbar ta’ ewro kull wieħed se jibqgħu effettivi kif kienu fil-ħidma ta’ salvataġġ u tiftix?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili investiga l-inċident u ma’ rriżulta minn mkien dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant. Il-Klieb kienu ċ-ċertifikati u eżaminati minn veterinarju u wara li ngħataw trattament għal gdim li kellhom irritornaw lura fis-servizz wara li rkupraw u ntużaw ukoll fuq programmi televiżivi, inkluż Net TV.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet – pjanti aġġornati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet hux se jieħu passi partikulari biex il-pjanti li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u li huma iktar aġġornati għal dawk li huma binjiet ġodda, jibdew jintużaw mit-Reġistru tal-Artijiet? Jista' jieħu wkoll il-passi neċessaarji biex dawk li jkollhom bżonn pjanti minn dan id-dipartiment ikunu jistgħu jixtru dawn l-istess pjanti permezz tal-internet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3503.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – ċaqliq ta’ personnel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ċaqliq ta’ personnel kien hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Xi trasferimenti saru, ta’ min u ’l fejn fil-perijodu msemmi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Pożizzjoni Fejn kien/kienet Fejn mar/marret 1 Operations Manager Dipartiment tal-Protezzjoni Civili Servizz tad-Detenzjoni 1 Assistant Principal Dipartiment tal-Protezzjoni Civili Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Visas 1 Kummissarju tal-Pulizija Korp tal-Pulizija Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 1 Principal Ministeru tal-Ġustizzja u Intern Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 3 Detention Service Officers Servizz tad-Detenzjoni Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 1 Manager Transport Malta Dipartiment tal-Protezzjoni Civili

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – klieb għat-tiftix u s-salvataġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kelb għat-tiftix u salvataġġ hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Kemm swew, meta u minn fejn kienu mixtrija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kemm il-kelb għat tfittxija u salvataġġ hemm fis CPD: · 2 ismijiet ta Csiki u Dino Kemm swew: · € 5805 including vat Meta inxtraw: · Agreement sar 7 ta’Marzu 2011 · Waslu hawn Malta: 2 ta’ Mejju 2011 Minn fejn inxtraw: · The Belgian Rescue dogs International training centre

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Station Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-istation officer tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx qed jirrapporta li hu sick qabel id-9 ta’ Marzu li għadda u eżatt wara l-11 ta’ Marzu daħal lura u insista li jingħata r-responsabbiltà tat-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li l’station officer imsemmi kien fuq sick leave fuq struzzjonijiet ta’ tabib , u dan ġie ivverifikat minn tabib tax-xogħol li ivverifika l-każ u qabel mal-verżjoni ta’ tabib tal-familja. Il-persuna msemmija irritornat lura għax-xogħol fit-12 ta’Marzu fejn intbagħat lura f’postu fl’istazzjon ta’ Furjana u Kordin. Il-persuna msemmija għandu responsabbilta tas-salvattaġġ kollu, liema parti zgħira minnha hija is-sezzjoni tal-klieb. Id-direttur preċedenti tad-dipartiment tal-protezzjoni civili kien żied din ir-responsabbilta fi standing order ta 12 ta’ April 2013 nurmru 6/2013, fin-nuqqas ta’ persuna oħra li ma baqgħetx tifforma parti mil-istess dipartiment.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lil-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija 1545