Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-program. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jagħmlu stima u survey tax-xogħolijiet meħtieġa.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9739 li parti minnha ġiet imwieġba mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u cioe’ wara li fil-budget għas-sena 2005 il-gvern ħabbar żieda fil-prezz għat-trasport pubbliku, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti fil-junior college u l-Universita' ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni minn din iż-żieda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma kienx hemm żieda fin-nollijiet għall-istudenti li jużaw ir-rotot il-ġodda li bdew joperaw mill-11 ta' Ottubru, 2004, li jgħaddu minn ħdejn l-Universita', kif ukoll ir-rotot 475 u 453 li miċ-Ċirkewwa jgħaddu dirett lijn l-Universita'. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' student li jikkwalifika għal pass ġiet ukoll ipreċiżżata biex tinkludi dawk l-istudenti ta' bejn is-sittax u tmintax il-sena, li ma jikkwalifikawx għal stipendju jew għotja ta' manteniment u li jattendu f'istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta.
Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti dwar karozza tal-linja Rotta 91 fejn ħafna residenti għadhom isostnu illi l-anqas il-ħinijiet stabbiliti mill-venda m'huma qegħdin jiġu osservati? Jista' jinvestiga allegazzjoni li x-char-a-banc li kellha titlaq mill-venda fit-8.20 a.m. fil-fatt waslet fuq il-venda fit-8.30 a.m.? Jista' jinvestiga li l-istess char-a-banc telaq kważi mimli tant li sa stage wara (i.e. Triq Vitorja ma' Triq Anici) in-nies kienu diġa' qed jirkbu bil-wieqfa? Jista' jinvestiga li sa tliet stages (i.e. Triq San Bastjan ħdejn il-Florece Bar) mill-venda il-karozza kienet mimlija, tant illi numru ta' nies baqgħu l-art wara li allegatament kienu ilhom tlett kwarti jistennew? Jista' jinvestiga jekk l-awtorita' hijiex verament qed taqdi dmirha u tagħmel kontrolli kif jixraq u kif inhu d-dmir tagħha fl-aħjar interess tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi dan l-aħħar l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ma waslitilha l-ebda complaint milli qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Minkejja dan, l-Awtorita’ għamlet moniteraġġ tas-sitwazzjoni fis-27 u t28 ta’ Diċembru, 2004 u ma rriżultax li kien hemm xi tip ta’ problema fis-servizz fuq din ir-rotta biex jintbagħtu l-Enforcement Officers fil-ħin propożitu.
L-Onorevoli Interpellant huwa mistieden illi jinforma lill-Awtorita’ u/jew lill-Ministeru meta jiġi rrapurtat li s-servizz mhux qiegħed isir kif suppost u jipprovdi d-data relatata biex jintbagħtu l-Enforcement Officers fil-ħin li jkun sar l-abbuż.
L-ilment tal-Onorevoli Interpellant intbagħat lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku sabiex jieħdu nota tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tidħol is-sistema ta' auto vehicle locator? Jista' jagħti ftit ħjiel ta' kif taħdem din is-sistema u x'benefiċċji se jkollha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ auto vehicle locator tikkonsisti f’apparat li jkun installat f’kull vettura u li jkun ikkolegat ma’ sistema ċentralizzata minn fejn, fost affarijiet oħra, tista’ tiġi stabbilita’ l-pożizzjoni preċiża ta’ kull vettura f’kull ħin.
Din is-sistema hija intiża sabiex tagħti informazzjoni lil min jagħmel użu mit-trasport pubbliku dwar dettalji fuq l-iskeda, bħal ħinijiet illi l-vetturi jkunu mistennija jgħaddu fuq Bus Stops partikolari.
Is-sistema tista’ wkoll tiġi użata għal fini ta’ statistika li tintuża biex ittejjeb is-servizz provdut.
Dwar l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema, il-Gvern qiegħed f’taħdidiet ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u ma’ L-Awtorita’ Dwar it-Trasport dwar kif din is-sistema tista’ tiġi wżata. Qegħdin ukoll jinġabru speċifikazzjonijiet sabiex tkun identifikata l-aħjar teknoloġija għal din is-sistema.
Jista’ il-Ministru jara li jiġi awtorizzat reserved parking space għal koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-applikazzjoni tal-koppja anzjana kellha xi dokumenti nieqsa u għalhekk id-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku talab li tali dokumenti jkunu sottomessi sabiex il-proċessar ta' l-applikazzjoni jkun jista' jitkompla. Tali dokumenti twasslu l-Awtorita' Dwar it-Trasport fil-ħmistax ta' Diċembru, 2004. Dawn id-dokumenti jiġu mgħoddija lill-Bord dwar ir-Reserved Parking għal Persuna b'Diżabilita' sabiex tkun analiżżata tali applikazzjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk l-applikant huwiex eliġubbli għal "Reserved Parking" tittieħed minn dan il-Bord
Jista’ il-Ministru jara li jiġi awtorizzat ir-reserved parking space għal persuna b’diżabilita’ li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat tal-Immaniġġar tat-Traffiku għadda l-applikazzjoni tal-persuna b'diżabilita' lit-Tabiba ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport sabiex jiġi mħejji r-rapport mediku li jservi ta' bażi għal-Bord dwar ir-Reserved Parking għal Persuna b'Diżabilita' sabiex tkun analiżżata tali appliakzzjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk l-applikazzjoni huwiex eliġibbli għal Reserved Parking ttieħed minn dan il-Bord.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 9702 u cioejagħti d-dettalji kollha tas-sitt kuntratturi li ngħataw għall-bini ta' toroq permezz tal-protokoll Taljan inkluż l-isem tal-kuntratturi, ix-xogħol li ngħataw u l-valur tiegħu, is-subcontractors u l-periti Maltin li ġew imqabbda minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni hekk kif rikjesta fil-Mistoqsija Parlamentari tinsab annessa.
Rigward il-Periti Maltin li ġew referuti bħala l-Periti "mqabbda" minnhom u cioe' mill-kuntratturi, ta' min wieħed jippreċiża illi dawn il-Periti ġew inizzjalment nominati mill-kuntratturi Taljani fit-tender submission tagħhom. Sussegwentament, l-Awtorita' dwar it-Trasport approvat l-ingaġġament tagħhom u dawn il-Periti daħlu fl' agreement mal-Awtorita' għas-superviżżjoni tax-xogħol li jaqgħa taħt il-Protokol Taljan.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-awtorita' dwar it-trasport sa l-aħħar ta' Novembru 2004 kellha tagħti lill-kunsilli lokali tal-Kumitat Konġunt Ċentrali magħmul minn Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Ħamrun, l-Imsida u tal-Pieta' is-somma ta' Lm4,800 għal ħlas ta' ċitazzjonijiet li diġa' nġabru mal-ħlas tal-liċenzji mill-istess awtorita'? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi waħdu għandu jieħu l-ammont ta' Lm10,490 imqassma kif ġej: Ġunju 2004 - Lm980.00, Lulju 2004 - Lm1,280.00, Awissu 2004 - Lm2,285.00, Settembru 2004 - Lm1,915.00, Ottubru 2004 - Lm2,300.00, Novembru 2004 - Lm1,730.00? Għaliex dan id-dewmien? Meta hemm il-ħsieb li l-problema tiġi rranġata?
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hemmx ippjanati li jsiru xi toroq bit-tarmac f'Ħal Qormi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Għas-sena 2005 mistenni żgur li jibda x-xogħolijiet fuq Triq Marco Montebello u Triq in-Nassab. Sadanittant id-Direttorat qed iħejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda. Jekk fil-lokalita msemmija jirriżulta li hemm toroq li
għandhom jiġu asfaltati nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħtina d-dettalji tagħhom ħalli jitniżżlu f’dan il-programm u jsiru skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmac fuq Mdina Road hux miexi bir-ritmu kif ippjanat? Meta hemm il-ħsieb li jkun lest?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħolijiet ta' toroq illi bħalissa għaddej fi Triq Mdina kellu jitlesta' fl-aħħar ta' Settembru, 2004. Il-kuntratturi li qed jeżegwixxu dawn ix-xogħolijiet waqgħu lura fil-proċess u għalhekk sar agreement bejn l-Awtorita' Dwar it-Trasport u l-kuntratturi inkwistjoni bies tiġi rtirata parti mit-triq fejn kien ser jagħmel xogħol l-istess kuntrattur, b'konsegwenza li tnaqsittlu l-kwantita' tax-xogħol.
It-triq inkwistjoni mistennija tinfetaħ fl-aħħar ta' Jannar, 2005.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2864 li kienet imressqa fis-17 ta' Novembru 2003, li kienet titlob informazzjoni dwar kemm sar tarmac f'Ħal-Luqa mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali; kemm swew flus u jekk ir-rendikont jistax jingħata sena b'sena u triq bi triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport, it-toroq li saru fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant f’Ħal Luqa huma:-
Toroq Sena Ammont
Triq il-Masġar 1998 Lm8,296.05
Triq Albert Chadwick 1998 Lm3,321.96
Triq l-Ispieri 1998 Lm2,893.38
Triq Kwartieri Militari 1998 Lm5,605.83
Triq G Schinas 1998 Lm10,489.96
Triq l-Egrett l-Isfar 1998 Lm4,896.77
Toroq Sena
Triq I. Micallef 1998
Triq Trangenee 1998
Triq Mamo 1998
Triq Mahżnier 1998
Triq Callus 1998
Triq T. Galea 1998
Triq Taljana 1998
___________________________________
Total Lm59,880.31
___________________________________
Nixtieq inżid li din l-informazzjoni tista’ ma tkunx komprensiva minħabba li fil-passat ma kienux jinżammu records dettaljati dwar ix-xogħolijiet li jkunu saru.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2865 li kienet imressqa fis-17 ta' Novembru 2003, li kienet titlob informazzjoni dwar kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali; kemm swew flus u jekk ir-rendikont jistax jingħata sena b'sena u triq bi triq?
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4060 u 5259, jista' il-Ministru jgħid jekk wara li saru l-ispezzjonijiet mid-dipartiment tat-toroq, fil-fatt sarux l-evalwazzjonijiet tad-diversi proposti dwar culvert li għaddej minn taħt il-bini tat-toroq: 20 ta' Jannar, Ġorġ Borg u Mifsud Ellul f'Ħal Qormi? X'ġie konkluż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’referenza għall-mistoqsija li għamel l-Onorevoli Interpellant, id-Direttorat għamel l-istimi tax-xogħol meħtieġ sabiex il-culvert jiġi id-devjat. Din tammonta għal somma sostanzjali.
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li il-culvert eżistenti kien jeżisti ħafna żmien qabel ma nbnew id-djar fi Triq l-20 ta’ Jannar u rapport fuq problemi ta’għargħar daħal darba meta kienet saret il-maltempata tal-15 ta’ Settembru 2003.
Jista' il-Ministru jindaga jekk n/s in St. Paul's Street, f'Sta. Venera tistax tiddaħħal fl-iskeda ta' toroq ġodda li għandhom isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-Triq imsemmija mill-Onorevoli interpellant ser tigi kkunsidrata biex tiġi inkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed iħejji programm għal bini ta' toroq ġodda u dawn ser isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex Triq Għerien l/o Għajn Tuffieħa tiġi rranġata minħabba li tinsab f'kondizzjoni ħażina?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-Triq Għerien u Ħida, triq sekondarja fi triq ta' Għajn Tuffieħa, (fejn kien is-Sienja Bar and Restaurant), taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali u għalhekk mhiex imdaħħla fil-programm tax-xogħolijiet tad-Direttorat.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tikkonsidrax li l-projbizzjoni li ma jsirx sewqan fil-bus lane fi Triq Aldo Moro fil-Marsa tistax titneħħa mqar bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. sabiex it-traffiku jimxi aħjar u ma jkunx hemm il-konġestjoni li qed ikun hemm fil-preżent?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-iskop li jkun hemm bus lane hija illi tinċita lill-pubbliku juża aktar it-trasport pubbliku.
Għaldaqstant, jekk din ma tintużax fil-peak hours, jintilef l-iskop li għaliha ġiet implimentata l-bus lane.