Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru PQ2353. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant sabiex tispeċifika l-mistoqsija tagħha.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi fil-Ministeru għall-Finanzi inkluż id-dipartmenti, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu ma kienx hemm proġetti li gew inawgurati fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza uffiċjali tal-Ministru għandha n-numru GM15. Hija tat-tip BMW 3 Series 320.Il-karozza hija mikrija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli nterpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Fir-rigward tal-ħatra taċ-Chairman il-ġdid tal-Malita Investments, jista' l-Ministru jgħid x'merti, kwalifiki u kompetenzi partikolari għandu l-individwu l-ġdid magħżul apparti l-mertu li indirizza mass meeting tal-Partit Laburista u li kien kritiku tal-gvern preċedenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 518
Jista' l-Ministru jgħid kif marret is-sejħa għall-bejgħ ta’ bonds tal-Gvern? Kemm inbiegħu? Meta mqabbla ma’ sejħiet oħra kienet aħjar jew le? Hemm xi ħsieb li jerġgħu jsiru sejħiet oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sejħa ta’ ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Mejju 2013, il-Gvern offra €100 miljun suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li kellu jinġabar b’massimu ta’ €70 miljun. Is-sottokrizzjonijiet mingħand il-membri tal-pubbliku laħqu s-somma ta’ €149 miljun (nominali) waqt li parteċipazzjoni minn Istituzzjonijiet Finanzjari permezz ta’ offerti bl-irkant laħqu l-ammont nominali ta’ €133.5 miljun. L-applikazzjonijiet tal-pubbliku (€149 miljun) ġew aċċetati kollha u magħhom ġew aċċetati wkoll €21 miljun mill-applikazzjonijiet tal-Istituzzjonijiet Finanzjari.
It-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti informazzjoni dwar kif marru il-ħruġ ta’
Stocks
tal-Gvern magħtul dawn l-aħħar sena u nofs minn Jannar 2012 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pieta u jistax jinforma lill-Kamra liema rahan ilu l-aktar li ngħata li għadu veljanti u ma nġabarx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 3,579 depożitu ta’deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u d-depożitu ta’ rahan li ilu l-aktar li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx ilu minn 1981.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi, u jekk iva min akkumpanjah?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi r-rsiposta se tinghata f 'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-Ministeru Għall-Finanzi l-informazzjoni hija kif ġej:
Ministeru/Dipartiment/Awtorita
Xogħol ta Konsulenza mill-1998 sal-lum
Direct Order/Tender
Spiza
MFIN
2001 - Privatization Unit
Servizzi Legali
Direct Order
€20,903.46
2002 - Privatization Unit
Servizzi Legali
Direct Order
€ 5,357.55
Madankollu fir-rigward tad-Dipartimenti, Entitajiet u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ir-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent li tqabbad biex jagħmel spending review tal-Ministeri kollha? Jista' jpoġġi l-brief li ngħata fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta se jlesti l-eżerċizzju? Kif sar il-proċess tal-għażla? Kemm qed jitħallas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Professur Maurice Mullard ġie mqabbad mill-Gvern sabiex imexxi l-iSpending Review tal-Ministeri kollha.
It-termini ta’ riferenza għal din l-i
Spending Review
huma kif ġej:
1. Sabiex tiġi stabbilita r-rilevanza jew le tal-allokazzjonijiet finanzjarji illi jagħmel il-Gvern fil-baġit annwali tiegħu;
2. Sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għar-riallokazzjoni ta’ nfieq eżistenti sabiex nindirizzaw prioritajiet u/jew ħtiġijiet oħra;
3. Sabiex naraw kif nistgħu nilħqu aħjar l-għanijiet u l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna bl-istess riżorsi finanzjarji tal-lum.
Huwa maħsub illi l-i
Spending Review
jitlesta sa Ottubru tal-2013.
Apparti l-kwalifiċi akkademiċi u l-esperjenza twila li għandu, il-konsulent li qabbadna diġa serva lill-Gvern Malti bħala konsulent dwar il-finanzi pubbliċi bejn l-1998 u 2002.
Il-Konsulent qiegħed jitħallas 23,000 euro gross. Qiegħed jitħallas ukoll għat-trasport mir-Renju Unit lejn Malta u lura kif ukoll għall-akkomodazzjoni tiegħu fil-perjodi li jkun f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarjat tal-Ministru ġew provduti b’erba’ (4) kompjuters u sitt (6)
laptops
li ġew mikrija mill-
Malta Information Technology Agency
(MITA) u finanzjati permezz ta’
Leasing Contract
li l-Gvern Ċentrali għandu mal-fornituri. Dan il-Ministeru m’għandux dettalji ta’ dan il-kuntratt.
Ministeru għall-Finanzi — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru u d-dekasteru tiegħu ma għamlu l-ebda kuntatt ma' kunsilli lokali biex joffru servizzi ta' customer care.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra aggregata ta’ VAT miġbura minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, għas-snin 2011 u 2012?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ċ-ċifra aggregata tal-VAT miġbura minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorita ta Malta għas-servizzi Finanzjarji (MFSA), f'kull lokalita f Malta u Għawdex, għas -snin 2011 u 2012 huma kif indikati fit -tabella annessa.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra aggregata ta’ Corporate Tax li tħallset lill-Gvern minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, għas-snin 2011 u 2012?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-lista ta’ vetturi li kienu jappartjenu lill-Ministeru preċedenti tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, dawn kollha għadhom fil-Ministeru ghall-Finanzi u f’kundizzjoni tajba ħlief għal:
· vettura BMW (EGK012 - GM09) li kienet leased għall-użu tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, li issa hawn minflokha vettura oħra BMW (AWG129 - GM15) għall-użu tal-Ministru għall-Finanzi t’issa
· vettura Honda CRV Estate (GBC868) li nxtrat mill-Onor. Tonio Fenech
· vettura Volgswagon Polo (IBL691) li ġiet trasferita għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Malita Investments — chairman - kunflitt ta' interess
Question
Fir-rigward tal-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Malita Investments, jista' l-Ministru jgħid jekk hemm possibilità ta' kunflitt ta interess, imqar id-dehra ta' kunflitti ta' interess, bejn ix-xogħol privat taċ-chairmanmagħżul u l-amministrazzjoni (short u long term) ta' dan il-vejjikolu finanzjarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Din id-domanda għadha fi stadju ipotetiku għax ma hemmx ħatra uffiċjali ta' chairman ġdid fil-Malita Investments.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi unit ġdida fi ħdan id-Dipartiment tal-Kuntratti li se jkollha remit jew awtorità fuq xi proċessi ta’ xiri marbutin ma’ proġetti strateġiċi jew finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-organisation structure u t-terms of reference ta’ din il-unit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartiment tal kuntratti twaqfet EU and Special Projects Unit. Din il unit għandha kap u zewg uffiċjali .It terms of reference għadom qed jiġu zviluppati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 351 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Persuna waħda responsabbli mill-iSpending Review Unit. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall -mistoqsija nru 2334