Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9363 u 8759 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda ħlas lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament mill-Ministeru, entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsanbilita’ tiegħu.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — transfers ta' impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2003 u Marzu 2013, xahar b’xahar għal kull sena b’mod separat? Jista’ jgħid x’kienet il-kariga tal-persuni milquta, il-postijiet fejn kienu u fejn ġew trasferiti u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li transfers bejn Ministeru u ieħor huma regolati mill-Public Service Management Code (P.S.M.C.) u dawn jinħarġu mill-Public Administration HR Office – Resourcing Section u għaldaqstant din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata minn dan id-Direttorat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM).

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Social Services — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9214 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward social services?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji rigward dan il-każ minħabba li jidher li ma hemm l-ebda problema bil-benefiċċji li qed tirċievi l-persuna ndikata minnu.

akkomodazzjoni soċjali — persuni adottati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li huma addotatati jingħatawx preferenza fl-għoti ta' akkomodazzjoni tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Persuni addottati jingħataw preferenza skont il-każ partikolari tagħhom, bħal kull persuna oħra.

Post tal-Gvern — problema ta' saqaf - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu s-saqaf qiegħed fi stat perikoluż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ ittra datata 23 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali għamel użu mis-servizz tal-Kumpanija msemmija minnu bi spiża totali ta’ € 15,165.36. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.

Residenza San Vincenz de Paule — Pazjenti

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6700, 6701, 6702 u 6703 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-imsemmija mistoqsijiet għar-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Mediċini taħt it-Tieni Skeda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma ntitolati għall-mediċini taħt it-Tieni Skeda u jagħti break down tal-etajiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li statistika eżatta ta’ kemm hemm persuni li huma intitolati għal mediċini taħt it-tieni skeda ma teżistix. Din hija sitwazzjoni li dan il-Gvern wiret mill-Gvern ta’ qabel. L-ammont ta’ talbiet ġodda għall-karta r-roża kif ukoll talbiet minn persuni li jbatu mid-dijabete u li għadhom taħt it-tieni skeda huma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, li hija maqsuma skont id-distretti minn fejn saret it-talba. Statistika tal-etajiet ma tinżammx. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Gvern ħa passi biex jindirizza dan in-nuqqas. F’uħud mill-Uffiċċji Distrettwali, it-talbiet qed jiġu pproċessati b’sistema ġdida komputerizzata li minbarra li tawditja t-talbiet, iżżomm statistika dettaljata dwarhom. Fi ftit taż-żmien ieħor l-Uffiċċji Distrettwali kollha jkunu qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-karta r-roża b’mod awtomatiku u b’hekk sa fl-aħħar il-Gvern ikollu stampa ċara tas-sitwazzjoni kollha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, ma sar l-ebda ħlas lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mill-Ministeru, entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Djar tal-Anzjani — Gastroenterite

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba minn Ġunju 2013 sal-lum, kien hemm outbreaks ta’ gastroenterite fid-djar tal-anzjani taż-Żejtun, ta’ Bormla, Casa Arkati, tal-Mellieħa, Villa Messina u Roseville?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2013 sal-lum, kien hemm outbreak wieħed ta' gastroenterite fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun. Ma kienx hemm outbreaks fid-djar l-oħra msemmija.

Residenza San Vinċenz de Paul — Admission board

Question

Ġaladarba l-Admissions board fir-Residenza San Vinċenz de Paul tneħħa, jista' l-Ministru jgħid kif qed issir l-għażla sabiex jiddaħħlu l-anzjani? Jista' jgħid min qed jagħmel din l-għażla?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Il-process tal-għażla għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwa kompletament f’idejn tim multidixxiplinarju kkordinati minn konsulenti ġerjatriċi. Dan it-tim jieħu ħsieb jeżamina kull applikazzjoni u skont il-livell ta’ dependenza li jirriżulta mill-eżami, tingħata l-priorità għad-dħul.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8744 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Individwu Homeless

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa homeless?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorità tad-Djar permezz t’ittra datata 8 ta’ Mejju, 2014 dwar il-każ tiegħu.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8759 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Children’s Allowance u Relief – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar iċ-children’s allowance u r-relief?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali permezz ta’ ittra datata 7 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.

Problema ta’ Housing – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ ittra datata 8 ta’ Mejju, 2014 dwar il-każ tagħha.

Djar tal-Anzjani –pazjenti li mietu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` residenti li mietu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern dar b`dar kienu kif ġej: DAR Diċembru 2013 Jannar 2014 TOTAL Mellieħa 1 0 1 Mosta 0 3 3 Mtarfa 2 3 5 Msida 0 0 0 Floriana 2 0 2 Zejtun 4 2 6 Bormla 0 1 1 Zammit Clapp 1 2 3 SVPR 29 49 78 TOTAL 39 60 99

Djar tal-Anzjani — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b'xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b'mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lin-numru ta’ postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 kien kif gej: DAR Dicembru 2013 Jannar 2014 TOTAL Mellieħa 3 1 4 Mosta 1 3 4 Mtarfa 2 5 7 Msida 0 0 0 Floriana 2 1 3 Zejtun 4 2 6 Bormla 1 2 3 Zammit Clapp 2 3 5 SVPR 3 (discharges) 36 (extra beds) 39 TOTAL 18 53 71