Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 4518 (erbat elef, ħames mija u tmintax), minn Ottubru 2013 sal-lum saru 19-il media event oħra bl-ispiża totali tkunt ta’ €2607.80 (elfejn, sitt mija u seba’ Ewros, u tmenin ċenteżmu). Il-Ministeru segwa l-procurement regulations tal-Gvern biex organizza dawn l-events.
Ministru għas-Saħħa — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu 2011 u Marzu 2013, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħallset is-somma globali ta’ €18,518.74 lill-Kumpanija msemmija f’xogħol ta’ pariri legali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex residenti ta’ Triq Mile End fil-Ħamrun ma jibqgħux għal ħinijiet twal bla ilma? Jaf li dawn ir-residenti ilhom minn Settembru li għadda kważi kuljum u għal ħinijiet twal bla ilma? X’sar wara d-diversi rapporti li saru minn dawn ir-residenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħarġu l-permessi neċessarji u x-xogħol f’din it-triq beda.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex il-proċess tat-tender għas-sistema tal-entitlement baqa’ ma ġiex konkluż mill-Gvern?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jistax jagħti informazzjoni daqshekk bażika bħal kemm hemm pazjenti intitolati għall-mediċini b’xejn taħt is-sistema tal-kartuna s-safra u tal-kartuna r-roża (separatament)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li huma intitolati għall-Kartuna s-Safra huwa ta’ 117,900.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6468 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ counsellors li l-Gvern għandu fid-dipartimenti tiegħu? Kemm huwa n-numru (average) ta’ pazjenti li jattendu għall-problemi ta’ infertilità? Kemm minn dawn jattendu għall-counselling?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-servizzi ta’ counselling fi ħdan l-Assisted Reproductive Ttechnology (ART) Fertility Clinic ġewwa l-Isptar Mater Dei qed jingħata minn żewgt infermiera li għandhom degree f’dan il-qasam u li flimkien ma oħrajn attendew kors ta’ training mogħti mill-British Infertility Counselling Association (BICA).
Il-klinika tal-ART bdiet topera f’Ottubru tal-2013, u sa issa għandha taħt idejha bejn wieħed u ieħor 225 każ, b’
average
ta’ 10 każi ġodda kull ġimgħa.
Kull koppja li juża is-serviżżii ta l-ART kif reikjest mil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun iridu jattendu counselling qabel, waqt u wara il-proċess tal-ART.
Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta:
a. Mediċini (f’kull forma u/jew doża);
b. Prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża);
c. Apparat mediku;
d. Disposables jew consumables;
li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li ma ingħataw l-ebda xogħlijiet lil Kumpanija msemmija mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6550, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li minħabba raġunijiet kummerċjali ikun imprudenti li jiġi ttavolat dan il-ftehim in kwistjoni aktar u aktar f’din il-fażi meta qed isir l-aġġudikament tat-tender in kwistjoni.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6289, minħabba li t-tweġiba mogħtija tirreferi lejn tweġiba relatata ma’ kumitat differenti (GFLAC), jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat tal-Appell dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumè fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-kumitat tal-Appell dwar il-lista Formularja tal-Gvern huwa kompost hekk:
Dr. Joe Mifsud
Chairperson
Legal Practitioner (with more than 7 years of experience)
Profs. Anthony Zammit
Member
Consultant Surgeon
Mr. Adrian Meli
Member
Pharmacist
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-kataretti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei, jirriżulta li fid-19 ta’ Frar 2014 kien hemm 3,582 operazzjoni tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija.
Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6292, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ċ-Chairman tal-Cardiac Services kien wieħed minn dawk li ma qabilx mad-deċiżjoni li jinqasam id-dipartiment tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6292, ladarba l-opinjoni ta’ disgħa mill-ħdax-il konsulent ma kenitx biżżejjed biex titwaqqaf il-qasma fid-Dipartiment tal-Cardiac Services, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pariri esperti li ngħata dwar din il-qasma sabiex kulħadd ikun jista’ jserraħ rasu kif qed jissuġġerixxi l-Ministru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Qalb għandu jkun immexxi f’żewg oqsma; Il-qasam tal-Kardjoloġija mmexxi minn Kardjologu u l-qasam tal-KardjoKirurġija mmexxi minn Kirurgu għal għanijiet amministrattivi.