San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - twessigħ ta' bankina
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk intalbux il-permessi rilevanti biex il-kunsill lokali jwessa' il-bankina fi Triq il-Knisja f'San Pawl il-Baħar biex jiġi akkomodat stabbiliment ta' l-ikel li qed ikollu b'impatt ħażin fuq ir-residenti u l-ġirien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Mindu twaqqaf il-konsortium tal-landscaping, jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq pjanti, xitieli, siġar, vetturi, inġenji u apparat simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-flus allokati għall-Embellishment and Landscaping Consortium s’issa nħarġu sitt certifikati għax-xogħol konness mal-proġett, Public, Private Partnership, li jammontaw għal total ta’ Lm 1,887,094.27, eskluż il-VAT, iżda inkluż is-salarji tal-ħaddiema kollha, li jiffurmaw il-bicca l-kbira ta’ l-ispiża.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xiri ta’ affarijiet jew servizzi li jiswew aktar minn Lm 2,500 u li dan ix-xiri sar b’ direct order minħabba f’ urġenza jew singularita’ ta’ provvista wara li ntalab u ngħata permess mill- Ministeru tal-Finanzi.
L-informazzjoni mitluba li tirrigwarda lil dak li qabel kien il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu hi kif ġej.
Jannar – April 2003
· xejn.
Jannar – April 2002
· Provvista ta’ IPC għas-sistema kompjuterizzata tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali b’ valur ta’ Lm 3,750.
Jannar – April 2001
· xejn
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-farms bl-annimali se jitneħħew mill-abitat? Jekk iva, dawk milquta se jingħataw post jew art alternattiva?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Se jsir Master Plan flimkien mal-Koperattivi biex jiġu ndirizzati problemi li għandhom xi rziezet u jekk ikun hemm bżonn jinstabu xi siti alternattivi skond il-każ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 275 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-limiti ta' kemm tista' toħroġ bankina fi triq, kemm one-way jew two-way u jekk dawn il-limiti humiex qegħdin jiġu mħarsa fi Triq il-Knisja ħdejn il-Menqa f'San Pawl il-Baħar? Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bankina msemmija saritx skond ir-regolamenti tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajiet l-aktar popolari f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jiena nfurmat li li l-fish farms kollha għandhom monitoring programme ambjentali xi jsegwu. Dan jiġi esegwit minn istituzzjoni approvata mill-MEPA u il-ħlas tal-monitoring programme isir mill-operaturi tal-fish farms. Minħabba dawn il-kontrolli il-fish farms u l-impatt li jista’ jkollhom fuq l-ambjent huma monitorati, u azzjonijiet korrettivi jittieħdu kif u meta jkun hemm bżonn.
Jogħġbu l-Ministru jara li l-area ta' Triq il-Knisja kantuniera ma Triq Ġużeppi Montebello f'Tarxien tiġi nkluża fil-proġett li għaddej sabiex jissebbaħ pajjiżna bit-tqegħid ta' pjanti u fjuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-area indikata fil-mistoqsija ma tgħamilx parti mill-ftehim li kien intlaħaq mal-Environmental Landscapes Consortium Ltd. Iżda taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kunsill Lokali. Ix-xogħol imsemmi ma jkunx jista jiġi nkluż fil-proġett ta’ tisbiħ, sakemm ma jkunx hemm xi forma ta’ ftehim mal-imsemmi Consortium.
Buġibba/Qawra — Stutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar
Question
Tul il-belveder ta' Buġibba u l-Qawra, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm strutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar u ngħataw il-permess ikunu ogħla mil-livell tat-triq? Meta ngħataw il-permessi meħtieġa? B'liema kriterji ngħataw dawn il-permessi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ strutturi li għalihom għamel referenza l-Onor. Interpellant u li ngħataw mit-twaqif tal-Awtorita’ tal-Ippjanar (li mbagħad saret il-MEPA) ‘l hawn, huma erba’. ld-dati ta’ meta ngħataw il-permessi u fuq liema kriterji huma kif ġej:
Data
Kriterji
24/09/1996
L-izvilupp fis-sit tal-McDonalds (l-ex Serena Lido) huwa ta’ natura temporanja u għalhekk mhux ser itellef id-dehra
10/11/1999
Tinżamm is-6.0m wisa’ ta’ xatt skond il-pjanti sottomessi, kif ukoll ma jsir l-ebda mpjant mekkaniku jew struttura oħra fuq il-bejt minbarra dawk indikati fuq il-pjanti sottomessi. Is-sit kien il-Luzzu Restaurant.
26/09/2002
L-impatt ta’ dan l-iżvilupp tan-New Dolmen fuq il-promenade huwa wieħed limitat.
14/05/2003
Development Notification Order 20 (permess temporanju għall-
Temporary Tented Structure
). Il –permess ġie mogħti sa Ottubru 2003.
Fl-ewwel tliet każijiet imsemmija kienu diġa’ jeżistu strutturi ‘l fuq mill-livell tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' għasafar protetti, liema skema għalqet fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena? Kemm-il għasfur ġie reġistrat b'hekk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-total ta’ applikazzjonijiet li daħlu huwa ta’ 2,589 filwaqt li t-total t’għasafar imniżżla fl-applikazzjonijiet huwa ta’ 268,834. Mhux eskluż li n-numru ta’ għasafar li saret applikazzjoni dwarhom kienu diġa ġew inklużi f’applikazzjonijiet li saru taħt skemi ta’ amnestija li ħarġu fis-snin l-imgħoddija.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każi ta’ għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ngħataw matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament u kemm kienet iċ-ċifra ta’ flus globali li tqassmet? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt inkluża.
Xahar
Dettalji
2000
2001
2002
2003
Każ
i
Ammont
LM
Kazi
Ammont
LMKaż
iAmmont
LMKaż
iAmmont
LM
Jannar
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
Nil
Nil
Nil
1
109
600
3,362Nil
NilNil
Nil12
Nil31,400
Nil
Frar
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
16
Nil
1,254Nil
91Nil
3,37879
Nil131,655
Nil
Marzu
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
1
Nil
480
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil4
Nil9,300
Nil74
27126,253
3,012
April
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħax*
Nil
120
Nil
5,733
Nil
Nil
Nil
NilNil
45Nil
3,53415
355,466
390
Total
Kazi ta’Ghajnuna
Sussidju fuq imgħ
ax*
1
120
480
5,733
1
125
600
4,6164
1369,300
6,912180
30344,774
3,402
Ta’ min iżid li l-bicca l-kbira ta’ l-għajnuna fl-2003 tinkludi l-iskema għas-sajjieda approvata mill-kabinett fis-sena 2002 u liema għajnuna qed tingħata għat-tisħiħ ta’ dgħajjes tas-sajd u apparat tas-saħħa u sigurta’. Din l-għajnuna qed tkompli tingħata din is-sena.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji uffiċjali tar-regoli/kondizzjonijiet ġodda u materjal informattiv dwar is-sussidju, eċċ. li ntbagħtu lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija f’Malta u Għawdex matul ix-xhur ta’ Marzu u April ta’ din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull informazzjoni li ntbagħtet lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u lill-agro-industrija.
Jista’ il-Ministru jgħid x’għajnuna finanzjarja diretta qed jagħti l-gvern lill-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin sabiex imorru jitħarrġu barra minn Malta fuq is-setturi speċifiċi tagħhom biex jintegraw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li qed tingħata għajnuna f’diversi forom iżda mhux necessarjament billi jintbagħtu barra minn Malta bdiewa u raħħala, għalkemm kien hemm okkażjonijiet fejn intbagħat grupp ta’ bdiewa l-Italja fuq programm organiżżat flimkien mac-CIHEAM – Centre International de Hautes Etudes Agronomiques Mediterranéennes (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies).
L-Onor. Membru mitlub jinnota li d-Dipartiment qed jipprova jara li t-taħrig kemm jista jkun jingħata f’Malta ħalli jkunu l-ħafna li jibbenefikaw minnu u mhux il-ftit magħżula. Huwa għalhekk li tniedu numru ta’ “Twinning Projects” bħal dak tal-vitikultura bil-għan li jħejji s-settur u b’mod partikolari l-bdiewa li jkabbru d-dwieli.
Dan is-sajf ukoll ser jinġieb espert fit-tkabbir tad-tadam biex dan is-settur ikompli jiżviluppa fil-kuntest tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex fl-irdumijiet sensittivi tat-tafal ta’ l-Imtarfa biswit il-bypass ta’ l-Imtarfa saru ħitan tal-konkos minflok dawk tradizzjonali u karatteristiċi tas-sejjieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħitan ta’ taħt il-bypass tal-Imtarfa ġew approvati fl-applikazzjoni PA 3110/00 b’materjal tal-konkos għaliex dawn iservu bħala “retaining wall”. Il-kundizzjoni numru 10 fil-permess tirrikjedi li l-ħitan tal-konkos ta’ taħt it-triq ikunu “precast panels with rubble wall facing”.
Saret spezzjoni mill-ufficjali tas-Sezzjoni ta’ l-Infurzar tal-MEPA u jirriżulta li l-ħitan tal-konkos mibnija biswit il- bypass ta’ l-Imtarfa huma mibnija skond il-kundizzjoni tal-permess.
Dan ix-xogħol huwa parti mix-xogħlijiet meħtieġa sabiex tinbena mill-ġdid triq li nbniet oriġinarjament ħażin fil-bidu tas- snin tmenin u fil-fatt cediet.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħol li jrid isir fit-tliet xhur li ġejjin fil-Kottonera mill-P.P.P. li qed tgħmel xogħol ta’ tisbiħ? X’inhu dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li x-xogħol fl-inħawi diġa beda u ilu għaddej għal dawn l-aħħar gimgħat.
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista aċċetta fit-trattat li ffirma ma’ l-UE li s-sussidju fuq il-prezz għoli tat-trab tal-ħalib xkumat ikun biss limitat għal 521 tunnellata meta l-MDP waħedha diġa’ timporta madwar 700 tunnellata għall-produzzjoni tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-Gvern għamel xogħolu bl-akbar metikolosita’. Hu veru li s-sussidju fuq il-prezz tat-trab tal-ħalib xkumat hu limitat għal 521 tunnellata. Dan hu hekk għax dik hi l-figura medja ta’ ħtiġijiet ta’ mportazzjoni ta’ ħalib xkumat għall-ipprocessar u produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħalib f’ Malta għas-snin 1998 – 2000.
Skond it-trattat il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jissussidja l-bdiewa ta’ l-UE li jipproduċu z-zokkor u ċereali bi kważi Lm6 miljun fl-ewwel tmien xhur tas-sħubija, fl-istess trattat il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jissussidja bi Lm3 miljun fuq perjodu ta’ għaxar snin il-bdiewa lokali kontra telf li dawn se joffru fuq il-varjetajiet kollha tal-ħaxix frisk minħabba t-tneħħija tal-levies, jista’ il-Ministru jgħid għaliex saret din id-diskriminazzjoni mal-bdiewa lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant għandu jifhem li qed iħallat u jagħmel paraguni li ma jreġux. Hu jaf tajjeb li l-Ministeru kkummissjona studji biex id-dħul tal-bidwi fuq ħaxix u frott (kif ukoll dak tar-raħħal għal prodotti oħra) ma jbatix. Mhux biss hekk. Imma l-Gvern se jieħu l-opportunita tas-sħubija billi l-mestjier tal-bdiewa u r-raħħala jitjieb u jissaħħaħ. Għalhekk il-bdiewa u r-raħħala tagħna se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dħul gdid taħt il-guarantee ta’ l-Iżvilupp Rurali kif ukoll għall-għajnuna għal ristrutturar, produttivita’ u efficjenza taħt il-Guidance. Mhux biss. Il-Gvern innegozja Special Safeguard għal ħames snin għas-settur tal-biedja, biex f’każ li jkun hemm theddida għal xi settur tal-biedja, jkunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi kkalkolata l-ispiża tal-qatla tal-majjal frisk illum? Kemm minn din l-ispiża qed jikkumpensa l-gvern u kemm il-koperattiva? Kemm mistennija tiżdied jew tonqos din l-ispiża wara s-sħubija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-ispiża biex jinqatel il-majjal hija ta' 7 cents il-kilo li minnhom 1cent 2 mils il-kilo (average) jitħallsu mill-produttur. Il-Koperattiva ma toħroġ xejn. Il-biccerija ġiet upgraded ricentement u b'iżjed awtomatiżazzjoni l-spiża tal-qatla ser tkompli tonqos.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi kkalkolata l-ispiża tal-qatla taċ-ċanga friska llum? Kemm minn din l-ispiża qed jikkumpansa l-gvern u kemm il-koperattiva? Kemm mistennija tiżdied jew tonqos din l-ispiża wara s-sħubija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tal-qatla tac-canga friska llum hija ta’ 7 cents il-kilo, li minnhom il-produttur Iħallas 4 cents 8 mils il-kilo. Il-Koperattiva ma toħroġ xejn. L-ispiża tal-qatla tac-canga ser tonqos aktar ma tiżdied l-efficjenza, fil-linja tal-majjal.