Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid-Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana matul dawn l-aħħar sentejn u mill-liema rħula kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li daħlu fid-Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana tul dawn l-aħħar sentejn hu ta' ħamsa u sebgħin (75).
Dawn l-anzjani ġew minn dawn il-lokalitajiet:
Balzan, B'Kara, Bormla, Floriana, Gżira, Ħamrun, Isla, Luqa, Marsa, Msida, Qormi, Raħal Ġdid, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sliema, Santa Luċija, Santa Venera, Tarxien, Valletta u Żabbar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'follow-up sar dwar il-każ tal-koppja anzjana mill-Qawra li nħarqitilhom id-dar tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Social Worker mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani għamel żjara lill-koppja ndikata fit-30 ta' Marzu. Peress li qiegħed isir xi xogħol fil-flat li nħaraq, din il-koppja qiegħda tgħix temporanjament mad-tifla tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm l-Awtorita' tad-Djar ikomunikat ma' din il-koppja biex javviċinaw l-Awtorita' għal xi għajnuna li tista' tingħata, ma jirriżultax li dan il-parir ġie segwit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li talba għall-pensjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tiġi milqugħa ħalli jsir il-ħlas dovut, li l-persuna qed tistenna? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li talba għal pensjoni ta' l-invalidita' tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament titħaffef minħabba l-urġenza tal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l każ tal-persuna minnu indikata ġie investigat u l-istess persuna qiegħda tkun infurmata bil-miktub dwar dan.
B'riferenza għal mistoqsija parlamenti nru. 24720, il-lokalita' hija Ta Xbiex HE.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-4 ta' April 2001, l-Awtorita' tad-Djar bagħtet għall-applikant biex jipproduċi d-dokumenti meħtieġa u jitkompla l-proċess ta' l-applikazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-xiri ta fond tal-Gvern tal-familja Vassallo ta' Block IIIB, Flat 15, Mimosa Str, San Ġwann li il-konvenju dwaru kien sar fis-16.11.98? Issodisfat ruħha il-housing authority jekk l-inkwilini humiex intitolati li jixtru dan il-fond bi prezz mhux issussidjat fid-dawl ta' konvenju li ilu li sar sentejn u nofs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tipproċedi għat-trasferiment finali tal-post indikat qabel ma tirċievi risposta mill-inkwilin għal żewġ ittri mibgħuta lilu mill-Awtorita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslet it-talba biex isir bdil tal-inkwilini tal-fond 15, Medlar Avenue, San Ġwann ma dawk ta' Block 1B, Fl.16, Eucapyptus Str, San Ġwamm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-bdil ma jistax isir għax id-Dipartiment mhux konvint li anzjani ta' 66 sena iridu jibdlu u jmorru joqgħodu f'appartament bi 62 tarġa. Fil-fatt huma stess kienu ilhom s-snin itellgħu u jniżżlu jekk jibdlux. Fl-1991 u fl-1996 kellhom l-approvazzjoni għal bdil iżda għal xi raġuni reġgħu bidlu fehemthom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'referenza għal kopja tad-dokument li qed jintbagħad separatament u d-dettalji li minnu jirriżultaw, jintervjeni u jordna li jsir dak li għandu jsir qabel issir xi disgrazzja oħra peress illi sal-lum għadu ma sar xejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li matul l-1999 u s-sena 2000 ma' nbdewx ix-xogħlijiet fuq id-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa? Jista' ġentilment jara li x-xogħlijiet jibdew din is-sena ħalli l-anzjani tal-Mellieħa, Manikata u Mġarr ikollhom dar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi sa wara l-elezzjoni tal-1998 ma kienu għadhom saru ebda pjanti u permessi meħtieġa dwar id-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa u fid-dawl tal-interess li dejjem qiegħed jikber tas-settur privat f'investimenti ġodda fil-qasam tal-anzjani, il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bdew jaraw kif seta' jingħata bidu għall-proġett li fih kien jinkludi l-bini tad-Dar tal-Anzjani bħala joint-venture mas-settur privat. Huwa maħsub li dan il-proġett, li għandu jinvolvi mhux biss l-area li kellha fuqha tinbena d-dar iżda area kbira ta' art li tmiss magħha, jinkorpora fih kemm l-aspett soċjali kif ukoll l-aspett kummerċjali u turistiku. Mill-aspett soċjali il-ħsieb huwa li minn barra Dar tal-Anzjani, jkun hemm ukoll sheltered homes u Day Centre mhux għall-anzjani biss iżda wkoll għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. It-taħdidiet mal-Planning Authority diġa' nbdew u qegħdin fi stadju avvanzat. Huwa ttamat li l-pjanti neċessarji u l-permessi meħtieġa għal dan il-proġett ikunu finaliżżati fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni Għawdxin li daħlu mal-Gvern jew korporazzjoni/aġenzija tal-Gvern minn Ottubru 1998 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux ser tkun introdotta xi tip ta' sistema ta' palm reading għal dawk li jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skond il-Business Plan tagħha, l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qiegħda tistudja l-possibilita' li tintroduċi s-sistema ta' finger recognition għal dawk li jirreġistraw għax-xogħol kull ġimgħa. F'dan ir-rigward, reċentement il-Korporazzjoni għamlet sejħa lil dawk id-ditti li lesti jipprovdu sistema bħal din. Deċiżjoni finali għad trid tittieħed.
Jista' l-Ministru jara li ic-cheque tal-mard u l-arretrati ta' kopja pensjonanta li l-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Peress li l-inkwilini ta' 3 Eric Brockman Street, Ta' Ġiorni, San Ġiljan jixtiequ jixtru d-dar fejn joqogħdu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm min-naħa tal-gvern li jkunu jistgħu jagħmlu dan? B'liema prezz se jkunu jistgħu jixtruha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li wara li ntalbet u nġiebet l-awtorita' meħtieġa mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-inkwilin indikat ippreżenta d-dokumenti meħtieġa, f'qasir żmien l-Awtorita' tad-Djar ser tibgħat il-perit tagħha biex jevalwa l-fond. Hekk kif issir din l-evalwazzjoni, l-Awtorita' tkun tista' tistabbilixxi l-prezz tal-post skond id-dħul ta' l-applikant u tibgħat għall-inkwilin biex jiġi ffirmat il-konvenju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ex ħaddiema (labourers) tad-Dejma humiex se jibqgħu fl-istess skala ta' salarju? Għaliex l-iskali tal-ħaddiema ma jitilgħux awtomatikament bħal dawk ta' l-iskrivani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li f'kull każ fejn id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jitlob ħlas lura fuq ħlas ta' xi benefiċċju mħallas żejjed, ikun hemm spjegazzjoni ta' kif wasal għall-konkluzzjoni ta' ħlas żejjed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jagħti spjegazzjoni bil-miktub ta' kif wasal għall-ammont ta' benefiċċju mħallas żejjed. Persuna tiġi wkoll infurmata kemm hu l-bilanċ li jkun fadal jitħallas ma' kull ċekk li jintbagħat. Dan isir sakemm tinġabar is-somma kollha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ikun ikkalkulat jekk persuna hux intitolata għall-għajnuna supplimentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena ta' benefiċċju li tibda f'Lulju, l-Allowance Supplimentari titħallas lil dawk il-kapijiet ta' familja li ma jirċevux l-Allowance tat-Tfal, u li d-dħul tagħhom ma kienx aktar minn Lm3,770 fil-każ ta' koppja miżżewġa, u Lm3,270 fil-każ ta' persuna waħedha fis-sena kalendarja preċedenti. Dan l-ammont jinkludi kull dħul barra l-ammont imħallas bħala kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali. F'każ ta' Pensjonanti, d-dħul ikun dak stmat għas-sena kurrenti.
Il-ħlas isir hekk:
Fil-każ ta' koppja fejn id-dħul totali tal-familja kollha ma jaqbiżx Lm3,770 fis-sena, jitħallsu 1.5% tad-differenza bejn Lm10,270 u d-dħul totali tal-familja. Il-massimu ta' ħlas ikun ta' Lm120 fis-sena (Lm2.30 fil-ġimgħa).
Fil-każ ta' persuna li tgħix waħedha fejn id-dħul totali tagħha ma jaqbiżx Lm3,270 fis-sena, jitħallsu 1% tad-differenza bejn Lm8,270 u d-dħul totali tagħha. Il-massimu ta' ħlas ikun ta' Lm60 fis-sena (Lm1.15 fil-ġimgħa).
Fejn id-dħul ikun anqas minn Lm2,270, l-ammont li jitħallas, jinħadem bl-istess persentaġġi daqs li kieku d-dħul kien Lm2,270.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ikun ikkalkulat jekk persuna hux intitolata għal għajnuna tal-mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji tal-kap tal-familja kkonċernat isiru fuq:
a) Il-valur kapitali ta' kull proprjeta' immobbli, urbana, (minbarra d-dar residenzjali);
b) Flus il-bank jew fl-idejn.
Nispjega li f'każ ta' persuna waħedha dan il-valur kapitali ma jridx jeċċedi l-ammont ta' Lm4,000, u f'każ ta' koppja ma jridx ikun aktar minn Lm7,000.
Barra minn hekk, id-dħul kollu fil-ġimgħa tal-membri kollha ta' dik il-familja jkun kkalkulat skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, u li m'għandux jeċċedi r-rata ta' l-iskala għal dik il-familja kif stabbilit fis-Seba' Skeda ta' l-istess Att.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħix jekk jistgħax jikkunsidra l-possibilita' tal-introduzzjoni ta' lift fi block 15B, R.Caruana Dingli Str, San Ġwann H.E. billi l-inkwilina fi flat 14 tbgħati minn heart condition?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għall-lifts minn persuni b'diżabilita' li għandhom problema ta' mobilta' meta dawn il-każijiet ikunu kkonfermati bħala tali mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Ninsab infurmat li b'danakollu saret spezzjoni mill-Awtorita' tad-Djar fil-post indikat fil-Mistoqsija biex tiġi nvestigata l-possibilta' li jiġi stallat lift. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li t-tromba tat-taraġ hi żgħira wisq biex dan jista' jsir.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjan nieqes mid-dawl li applika taħt skema tal-Housing Authority, jieħu l-flus li hu intitolat għalihom? Jista' dan l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament jiġi infurmat personalment bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar diġa' ħadet passi biex isiru aktar pagamenti mill-ħlas dovut lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.