Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet tal-gvern tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu permezz ta' Cesarja kull sena? Kemm kienet in-neonatal mortality rate kull sena? Kemm kienet l-ispiża mediċinali kull sena fid-dipartiment ta' l-obstetrics?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Ninsab infurmat li l-istatistika li talab l-Onorevoli Interpellant għas-snin mill-1995 sal-1998 għall-Isptar San Luqa (Karin Grech) u l-Isptar Ġenerali ta` Għawdex hi kif tidher hawn taħt:
1995 1996 1997 1998
Numru totali ta` twelid 4873 4631 4345 4120
Twelid b'Ċesarja 823 801 815 834
Neonatal mortality rate 6.0 9.0 6.3 3.9
(għal kull 1000 twelid ħaj)
2. Mhux possibli li nagħti l-figuri għas-snin 1989 sa 1994 għaliex f'dawk is-snin l-istatistika kienet tinġabar b'mod globali u mhux maqsuma sptar sptar.
3. Dwar l-ispiża mediċinali kull sena fid-Dipartiment ta` l-Obstetrija, din l-informazzjoni sa issa ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet/interventi fuq il-qalb jew arterji tal-qalb kull sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm intbagħtu pazjenti barra minn Malta kull sena għal operazzjonijiet/interventi fuq il-qalb? Kemm kienet l-ispiża totali kull sena? Kemm hemm fuq il-waiting list?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ġiet mikrija l-Lithotripter? Meta sar l-ewwel intervent? Kemm-il intervent sar sal-lum? Kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list għal trattament b'din il-makna? Kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn l-interventi inkluż l-ispeċjalisti u l-infermiera?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) għandha vettura tat-tip Rover kulur aħdar? Jekk iva, meta nxtrat din il-karozza? Kemm inxtrat? Ħarġet quotation jew inxtrat b'direct order? Għalfejn inxtrat din il-karozza? Min kien jagħmel użu minn din il-vettura? Meta ġiet ritornata allura l-FMS? Illum min qed jagħmel użu minn din il-karozza, l-FMS jew il-Ministeru?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li daħlu l-Isptar San Luqa għaliex kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol bejn il-perjodu ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena?
Kemm minnhom kienu nisa, irġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma hux magħruf in-numru ta' ħaddiema li daħlu l-Isptar San Luqa għax kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol peress li ma jinżammux dawn id-dettalji fir-records ta' dawn il-każi. Iżjed informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispsondi l-mistoqsija parlamentari numru 7589?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni dwar kemm intbagħtu pazjenti għal X-Ray ġimgħa b'ġimgħa fl-aħħar sena mill-Isptar Monte Carmeli hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7591?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Sessjonijiet ta' Gruppi
Numru Data ta'bidu Numru ta'nies mistiedna Numru li attendew
________________________________________ _________________________
1 7 Marzu 1998 57 18
2 7 Mejju 1998 56 13
3 17 Settembru 1998 57 10
4 20 Jannar 1999 55 33
______________________________________________ ___________________
Is-Sessjonijiet 1,2,3 ħadu parti fihom dawn l-individwi:
Mr Joe Sant Deputy Nursing Officer
Mr G. Xuereb Dietitian
Mrs P. Camilleri u
Mrs C. Delicata Gobey Podologists
Is-Sessjoni 4 ħadu parti fihom dawn l-individwi:
Dr J. Azzopardi Konsulent
Mrs Moira Grixti Deputy Nursing Officer
Mr J. Sammut Dietician
Mrs P. Camilleri u
Mrs C. Delicata Gobey Podologists
Ta' min jinnota li fir-raba sessjoni il-proporzjon ta' nies li
attendew kien it-tripplu ta' dak ta' qabel minħabba sforzi aħjar
li qegħed isiru biex jitħajru iktar nies jattendu.
Sessjonijiet fuq bażi individwali.
__________________________________
Kull pazjent li jiżviluppa id-dijabete ta' Tip 1 jiġi struwit fuq bażi ndividwali flimkien mal-familja tiegħu fuq id-dijabete. 41 persuna bbenifikaw minn dan is-servizz f'dan iż-żmien.
Ta' min jinnota li hemm kooperazzjoni sħiħa bejn id-Dipartiment
tas-Saħħa u l-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete f'dik li hi edukazzjoni tal-pazjenti. Din ta' l-aħħar torganizza sessjoni edukattiva għall-membri tagħha darba fix-xahar. L-individwi li jikkontribwixxu għal dawn is-sessjonijiet ta' tagħlim huma fil-biċċa kbira tagħhom impjegati li jaħdmu fil-klinika tad-dijabete. L-Għaqda toħroġ ukoll magażin edukattiv li għandu ċirkulazzjoni ta' 900.
Diversi membri tad-dipartiment jieħdu sehem regolari fuq programmi
edukattivi li jixxandru fuq il-mezzi tax-xandir.
Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni numru 2498/99 sottomessa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fir-rigward ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jista' l-Ministru għaldaqstant iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni sottomessa kif ukoll kull pjanta u dokumentazzjoni li akkumpanjat din l-applikazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-applikazzjoni Numru 2498/99 tikkonsisti f'`outline application for alterations and extensions' għall-Isptar il-Ġdid.
L-applikazzjoni sottomessa bil-pjanti qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega x'wassal għad-deċiżjoni li ċ-child care centre ta' l-Isptar San Luqa jingħalaq nhar ta' Ħadd? Jikkonsidra l-Ministru li dan iċ-ċentru jibda jiġi operat mill-care workers, jekk dan hu possibbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-deċiżjoni li c-Child Care Centre ta` l-Isptar San Luqa jinghalaq nhar ta` Ħadd, ittieħdet għax ma kienx qiegħed isir użu tajjeb minn dan il-post nhar ta` Ħadd.
Il-possibilta` li dan iċ-Ċentru jibda jiġi operat mill-care workers hija waħda mill-possibiltajiet u qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-X-Ray machine fil-health centre tar-Rabat, Malta, ilha tmien xhur bil-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħalma diġa għidt fir-risposta għal mistoqsija numru 6582, il-ħsara kienet fit-tubu tal-X-Ray. Dan kien ġie ordnat minn barra, w'issa wasal, imma mingħajr l-istruzzjonijiet mingħand il-manifattur, ta' kif għandu jsir t-tħarriġ (breaking-in) tiegħu. Għalhekk xogħol bih ma' jistax isir għalissa, biex ma jkunx hemm riskju ta' ħsara lill-pazjent jew lill-magna ta' l-X-Ray.
Jista' l-Ministru jikkonferma li appuntament għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa ta' madwar ħames xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma illi l-appuntament għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa ta' madwar sitt xhur.
Dan irriżulta minħabba n-nuqqas ta' optometrists li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Dawn naqsu minħabba riżenji u mard u ma kienx possibli li jiġu sostitwiti u bħalissa għandna biss Optometrist waħda li tagħmel tlett sessions fil-ġimgħa u żewġ Optometrists part-time li bejniethom jagħmlu tlett sessions oħra fil-ġimgħa biex ikopru iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nurses, nursing aides u health assistants li jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nurses, nursing aides u health assistants li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara huma:
1. Joseph Galea, Nursing Officer li jaħdem roster B (7.00am - 6.00pm), B, off. Is-Sur Galea huwa i/c mill-Amministrazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa.
2. Joseph Sacco, Health Assistant, li jaħdem roster A (7.00am - 8.00pm), off, A, off. Dan jagħmel reception duties u tindif tal-post.
3. Health Assistant miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta bir-roster jaħdem/tahdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara mit-8.00am sal-11.00am fl-off ta' Joseph Sacco u jagħmel/tagħmel reception duties.
4. Staff Nurse, Mrs Said, tassisti lit-tabib fil-klinika kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.00am.
Background Info:
Mario Saliba, Hospital Auxiliary, jaħdem fis-Sezzjoni tal-Podoloġija waqt il-ħin tal-ftuħ tal-klinika mit-Tnejn sas-Sibt.
George Pace, Hospital Auxiliary, jaħdem fl-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa mit-Tnejn sas-Sibt waqt il-ħinijiet tal-ftuħ (7.30am - 2.30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibt mis-7.30pm sas-1.00pm).
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Malta għandniex mard li jittieħed? X'inhuwa?
Hemm xi persuni li ġiebu l-mard minn barra, jew barranin li ħadu l-mard min Malta?
X'passi qed jieħu l-gvern biex dan il-mard ma jinfirix?
Jista' jgħid wkoll jekk kienx hemm imwiet b'mard li jittieħed u kemm kien l-mwiet u l-eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli nterpellant li bħal f'kull pajjiż ieħor fid-dinja jeżisti mard li jittieħed. Dak il-mard li huwa ta' mportanza pubblika huma notifikabbli bil-liġi. Nixtieq nirreferik għar-rapport li joħroġ fl-aħħar ta' kull sena minn dan id-Dipartiment u dak li nħareġ fl-1998 qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
In-numru ta' persuni barranin notifikati li ħadu mard minn Malta fis-sena 1998 kien ta' 100. In-numru ta' persuni (Maltin u barranin) li ġabu l-mard minn barra kien ta' 64.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jieħu l-passi kollha meħtieġa skond it-tip ta' infezzjoni. Is-Sezzjoni tat-tħaris tal-mard tieħu passi li jinkludu nvestigazzjoni tal-każ, testijiet, contact tracing, u spezzjonijiet fejn meħtieġ.
In-numru ta' mwiet ikkaġunat minn mard infettiv irrapportat lid-Dipartiment tas-Saħħa kien ta' ħdax, bl-etajiet kif ġej:
36, 50, 33, 54, 60, 63, 14, 63, 15, 41, 81.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, billi din sejra għall-agħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-operazzjoni meħtieġa ma hix ta` natura urġenti l-pazjenta qiegħda fuq il-waiting list. Id-data għall-operazzjoni tagħha għadha ma ġietx iffissata.
Jista' l-Ministru jagħti analisi ta' l-ispejjeż sena b'sena mill-1 ta' Jannar, 1993 sa Ottubru 1996 fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal: (1) secretarial fees (apparti impjegati fulltime tal-FMS); (2) consultancy fees; (3) professional fees; (4) public relations? Min kienu l-persuni jew kumpanniji jew assoċjazzjonijiet li ħadu xi forma ta' ħlas taħt kull sezzjoni? Kemm kien il-ħlas għal kull persuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, mill-1 ta' Jannar sal-lum, tatx xogħol lill-individwi għal xogħol segretarjali, konsulenza, professjonali jew ta' public relations lill-indiviwi li mhux impjegati jew għandhom kuntratt ma' l-istess fondazzjoni? Jekk fl-affermattiv, min kienu? X'xogħol ġie offrut lilhom? X'kien il-ħlas tax-xogħol li sar f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tat lill-individwu mill-ewwel ta` Jannar sa llum hu kif ġej:
Individwu Isem Ammont Tip ta`
Kumpanija (Lm) xogħol
__________________________________________________ _
Professional ITS Limited 40.00 Sage Support
Services Nobel Mantrich 994.00 ISO 9002 Cert.
Public Relations Marika Fsadni 150.00 Promotional
Brochure and
New Corporate
Image
Jista' l-Ministru jgħid x'pagi, allowance u benefiċċji oħra qed jiġu offruti lil kull membru preżenti tal-bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond l-istatut eżistenti tal-F.M.S. il-membri ma jirċevux rinumerazzjoni. Għalhekk ma ġewx offruti l-ebda pagi, allowance u benefiċċji oħra lill-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli, mill-1 ta' Mejju, 1999 sal-lum? X'tip huma? Kemm ġew jiswew? Għal użu ta' min inxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw mill-1 ta' Mejju 1999 sal-lum huwa kif ġej:
________________________________________ _________________________
Dept. Kemm inxtraw X'tip Kemm ġew Għall-użu ta'
karozzi ġodda huma jiswew min inxtraw
mill-1/5/99
sal-lum
________________________________________________ _________________
F.M.S. 2 Fiat Brava LM14,960 Impjegati ġodda:
1.9 TD SX Dr Kenneth Grech
Perit Martin Attard
Montalto
________________________________________________ _________________
Diviżjoni
tas-Saħħa 1 KIA Klarus LM7669 Direttur Generali
________________________________________ _________________________