Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żurrieq — Triq Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jordna illi Triq Luca Zurki, Żurrieq, ma tibqax fl-istat ta' abbandun li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi tal-Korporazzjonijiet ta` l-Ilma jridu jinbidlu f`din it-triq li fil-fatt it-tarf tagħha għadu qiegħed jiżviluppa. Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Qormi — Triq Manuel Dimech - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-pelican lights li suppost kellhom jiġu nstallati fi Triq Manwel Dimech, Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u d-Dipartiment tat-Toroq fil-preżent qegħdin fil-fażi li jiddeterminaw il-post eżatt fejn dawn it-`Traffic Lights` għandhom jitwaħħlu.

Traffiku

Question

Billi dan l-aħħar dehru artikoli fil-gazzetta li jgħidu fi żmien ftit tas-snin se jkun hawn problema kbira ta' konġestjoni ta' traffiku ġo ċerti major arterial roads, jista' l-Ministru jgħidilna x'qed jagħmel id-dipartiment biex isolvi din il-problema li diġa' qed toħloq problemi llum bin-numru kbir ta' veikoli li hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni hu konxju mill-problemi ta` konġestjoni ta` traffiku li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Il-Ministeru mill-bidu nett beda jieħu l-passi meħtieġa biex joħloq aktar ordni u sigurta` fuq it-toroq tagħna. Fost ħafna miżuri li ttieħdu ta` min isemmi: a) ħidma kontinwa biex jogħla l-livell, minn kull aspett, tas-sistema tat-trasport pubbliku, b) pjan biex il-livell ta` sewqan jogħla għal dak internazzjonali, c) pjan biex jiġi stabbilit Direttorat għat-`Traffic `Management, d) preparazzjoni ta` rapport komprensiv għall-`upgrading of road network` ta` Malta u Għawdex, e) introduzzjoni ta` liġi li biha tinħoloq Awtorita` ta` Trasport li permess ta` l-Awtorita` ikun hemm iktar koordinazzjoni bejn is-setturi kollha li għandhom sehem fl-organiżżazzjoni u t-tmexxija tat-trasport. Ta` min isemmi li dak li ġie rraportat mill-ġurnalisti intqal waqt seminar organizzat mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, propju fil-kuntest li l-Ministeru jħoss li hemm bżonn nagħmlu ħilitna kollha biex fil-ġejjini nkunu nistgħu nilqgħu l-isfidi li jinħolqu bil-konġestjoni tat-traffiku.

Msida — Triq Ċensu Farrugia

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif se tiġi żviluppata l-area ta' madwar Triq Ċensu Farrugia, Msida?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li l-pjanti ta` l-iżvilupp ikunu ppreparati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żurrieq — Triq Franġisk Zahra - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq Franġisk Zahra fiż-Żurrieq li ilha li ġiet formata madwar għaxar snin sal-lum għadha fi stat ta' abbandun liema bħalu u dan meta kien hemm żmien fejn anke l- ħaddiema kienu ntbagħtu pero' reġgħu tneħħew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li x-xogħol f`din it-triq isir mill-Kunsill Lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żurrieq — Triq Franġisk Coleiro

Question

Peress li Triq Franġisk Coleiro, Żurrieq, iffurmat ruħha 15-il sena ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq titlesta ħalli b'hekk r-residenti ma jibqgħux isofru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Fgura — Triq tal-Karmnu

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent li qed ikollhom jgħaddu minnu r-residenti fi Triq il-Ġdida, fi Triq tal-Karmnu, Fgura, peress li t-triq hija fi stat diżastruż għall-aħħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14552.

Għawdex — Rabat - Traffic lights

Question

Jaf il-Ministru li t-traffic lights fil-junction ta' Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex, ħdejn l-għassa tal-pulizija ilhom bil-ħsara sa minn qabel l-elezzjoni ta' l-1998? X'inhi r-raġuni li ma ssewwewx? Meta se jissewwew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien ġie mitlub biex iħejji pjan tas-sistema tat-`traffic flow` għaż-żona ta` Triq ir-Republika bħal alternativa għall-użu tat-`traffic lights` li qed jirreferi għalihom l-Onor. interpellant. Dan il-pjan ġie sottomess lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, u l-Bord qiegħed jistenna risposta minn għand il-Kunsill biex jikkonferma li din is-sistema tat-traffiku ġdida hija aċċettabli għar-residenti ta` l-inħawi.
Leg 9 PQ #14952 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Tiswija ta' toroq

Question

Jikkonferma l-Ministru li ħarġu sejħiet għall-offerti biex issir il-formazzjoni ta' toroq fi Triq P. Schembri, Triq Vittmi tal-Gwerra u Triq is-Sorijiet, kollha toroq f'Ħal Tarxien? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm applikanti u jista' jgħid jekk diġa' ntgħażilx il-kuntrattur li se jaħdem ix-xogħol? Meta hu l-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saret sejħa għall-offerti w ntefgħet offerta waħda. Din l-offerta issa qed tiġi aġġudikata.

Toroq — Xogħol ħażin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' toroq ta' bejn l-1987 u l-1996 li jirriżulta li sar xogħol ħażin fuqhom, u wara perjodu taż-żmien reġa' sar xogħol fuq l-istess toroq a spejjeż tal-kuntratturi li għamlu x-xogħol ħażin? F'dan il-kuntest, jista' l-Ministru jgħid fuq kull triq x'kienet tammonta l-ispiża? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm jammontaw it-toroq li sar xogħol ħażin fuqhom fl-istess perjodu u wara perjodu taż-żmien reġa' sar xogħol fuq l-istess toroq a spejjeż tal-gvern Malti? F'dan il-kuntest, jista' l-Ministru jgħid fuq kull triq x'kienet tammonta l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13318.

Toroq — Patching

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xogħol ta' manutenzjoni (patching) ta' toroq f'Malta u Għawdex sena b'sena u f'ammont totali mill-1987 sal-1996?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13318.

Toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xogħol ta' bini ta' toroq ġodda f'Malta u f'Għawdex sena b'sena u f'ammont totali mill-1987 sal-1996? Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13318.

PTA — Ta' Xbiex

Question

Jista' l-Ministru jara illi xi karozzi tal-linja illi jkunu ġejjien mil-Belt lejn tas-Sliema jgħaddu minn Ta' Xbiex biex tonqos it-tbatija tar-residenti minn Ta' Xbiex illi jkunu marru lejn il-Belt b'tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nitlob lill-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku tiddiskuti din il-proposta mal-Kunsill Lokali ta` Ta` Xbiex.
Leg 9 PQ #14761 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-aħħar sena (sal-31 ta' Ottubru, 1999) fil-post fejn Triq id-Dejma tingħaqad ma' Triq S. Anard, Ħal Tarxien? Jista' jgħidilna jekk hemmx xi ħsieb li l-karozzi li jkunu ġejjin min-naħa ta' Ħaż-Żabbar ma jitħallewx jidħlu lejn Ħal Tarxien minn dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti, jien infurmat li għalissa m`hemmx ħsieb li karozzi li jkunu ġejjin minn naħa ta` Ħaż Żabbar ma jitħallewx jidħlu lejn Ħal Tarxien mill-post indikat. Jien infurmat ukoll li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu l-passi biex jiġu eleminati l-perikli f`din il-`junction`.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Batterija, Wied il-Għajn tingħata t-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Żurrieq — Triq Sardinella - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u mwittija Triq Sardinella fiż-Żurrieq? Meta se jiġi mwaqqa' ħajt li qiegħed jimpedixxi l-aċċess minn Triq is-Sardinella għal ġo Triq Bubaqra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żona għad qed isir l-iżvilupp fiha w fil-preżent hemm aċċess minn sqaq. Jien infurmat ukoll li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultat minn dan il-programm.

Żurrieq — Triq Maria Faruge - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara l-fatt li Triq Maria Faruge, Żurrieq, li ilha li nfetħet sa minn qabel l-1984, għadha sal-lum mingħajr wiċċ u dan b'inkonvenjent u preġudizzju kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żona għad qed isir l-iżvilupp fiha w għalhekk d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Żurrieq — Triq Kalanġ Buġeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Kalanġ Buġeja, Żurrieq, hix se tiġi rranġata peress illi din it-triq tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor. Interpellant għad irid isir xogħol fuq it-tibdil tal-`house services` mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma. Terz biss tat-triq għadu mhux asfaltat, u għalhekk ix-xogħol fiha isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm ta` asfaltar ta` toroq simili ma Malta kollha li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara flimkien mal-Kunsilli Lokali, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Hompesch, Fgura, tkun tista' ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari Nru. 14637.
Leg 9 PQ #14810 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq id-Dejma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-parti tat-triq man-naħa tad-djar ta' Triq id-Dejma, Fgura, li tinsab quddiem l-iSwan Laundry? Meta se ssir, peress li issa diġa' ilha 13-il sena mħarbta?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`hemmm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14380.