Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ tal-ilma tad-dawl tal-inkwilini, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jiġu ċċekkjati mill-korporazzjonijiet responsabbli peress li minkejja li diġa' sar rapport minnhom għadu ma ġara xejn?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti xahar b'xahar u lokal b'lokal, li għadhom ma waslux għand il-konsumatur?
Liema huma dawk il-kontijiet li jridu jitqassmu lill-konsumatur? Ta' liema xhur u f'liema lokalitajiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, ma narax il-ħtieġa li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha toqgħod tiġbor dawn id-dettalji kollha, meta l-ħin u r-riżorsi umani involuti jistgħu jiġu utilizzati aħjar.
Tajjeb li ngħid li huwa l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li sa l-aħħar tas-sena l-'backlog' tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkun ġie 'cleared'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mis-securities tal-Maltacom mhux qed jingħataw il-vacation leave annwali ntitolat lilhom?
Jaf il-Ministru li minn fost il-ħaddiema hemm min għandu vacation leave annwali akkumulat ta' tliet snin? Jista' jikkonsidra li tingħata għażla lill-ħaddiema jekk jitħallsux jew inkella jingħatawx bħala leave il-ġranet dovuti lilhom?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17749 dwar accountants u awdituri din tikkonċerna l-Ministeru per se u mhux lill-entitajiet ikkonċernati, tista' ġentilment twieġeb mill-ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultalix li l-Ministeru per se uża s-servizzi ta' konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri biex isir monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 11974?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-kontijiet ghadhom ma inghalqux, mhux possibbli li f`dan l-istadju tinghata twegiba ghall-ewwel parti tal-mistoqsija.
Jiena nfurmat li s`issa n-`NOVITA` thallset somma ta` Lm48,036,603. Il-hlas zejjed li rceviet din il-kumpanija kien jammonta ghal Lm3,001,017. Il-bicca l-kbira ta` din is-somma thallset ghal xogholijiet li l-kumpanija ghamlet fuq il-Junction Quay bejn terminal u iehor, liema xogholijiet ma kienux jiffurmaw parti mill-kuntratt.
L-ahhar parti tal-mistoqsija hija kwistjoni ta` natura legali u fil-prezent qed tigi trattata.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17434?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni Enemalta ma zzommx record tan-numru ta` fabbriki li jkunu milquta minn nuqqas fil-provvista ta` l-elettriku. Madanakollu l-Korporazzjoni ghandha records dwar in-numru ta` Zoni Industrijali involuti. Ghaldaqstant in-numru ta` Zoni Industrijali effettwati minn nuqqas fil-provvista ta` l-elettriku bejn Jannar u Gunju ta` l-1999 u bejn l-istess xhur ta` din is-sena kien kif gej:
1999
HSARAT SWITCHING XOGHOLIJIET TOTAL
MALTA 21 13 8 42
GHAWDEX 3 1 - 4
2000
HSARAT SWITCHING XOGHOLIJIET TOT AL
MALTA 17 35 15 67
GHAWDEX - 3 - 3
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar overall ta' turbina Nru. 7 tal-Power Station tal-Marsa?
X'kien jirriżulta dak iż-żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ahhar overhaul magguri tat-turbina numru 7 saret fl-1994. Dan kien jikkonsisti fi ftuh u spezzjoni tat-turbina, tiswijiet u bdil ta` partiiet fejn mehtieg, kif ukoll testijiet dwar il-kundizzjoni ta` l-istess turbina.
Huwa ppjanat li `major overhaul` iehor isir is-sena d-diehla. Fil-fatt diga` saru preparamenti billi gew ordnati partijiet tat-turbina li jridu jinbidlu.
Fl-ahharnett ta` min jinnota li manutenzjoni ohra fuq it-turbina u l-impjant assocjat maghha jsir fuq bazi regolari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17612?
Response (BONNICI, JOSEF)
Inserrah mohh l-Onorevoli Interpellant li l-vettura li tintuza ghat-trasport tal-haddiema tal-Port Hieles fuq il-lant tax-xoghol ghandha kollox in regola u skond il-ligi.
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal it-Triq A.M. Valperga, Fgura speċjalment l-area ta' quddiem il-Mina ta' Bormla, peress li ftit li xejn jeżisti dawl u qed ikun suġġett għal abbużi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti?
Meta saru dawn l-applikazzjonijiet?
Meta se jiżdiedu fanali/bozoz ġodda?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17668?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghat-turbini tal-gass.
Dawn it-turbini huma ddisinjati li jahdmu bil-gas oil (diesel) bhala fuel u l-pjan tal-Korporazzjoni Enemalta hu li dan it-tip ta` fuel jibqa` jintuza. Qed jigi kkunsidrat ukoll progett ta`pipeline ta` gass naturali, li jekk jigi attwat, il-fuel uzat fit-turbini tal-gass jinbidel f`wiehed ta` gass naturali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il-ħsarat mill-1995 sal-lum?
Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1995 sal-lum?
Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?
Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1995 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu?
Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dak li ghidt waqt is-Seduta numru 333 meta wegibt il-mistoqsija numru 17520, li hija identika ghal dik ta` llum, bid-differenza li f`din il-mistoqsija l-perjodu huwa ta` hames snin flok ta` ghaxra, japplika ghal din il-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16575?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta` Settembru 1999 u s-6 ta` Gunju, 2000, kien hemm tnax-il kaz ta` hsara fuq cables taht l-art li saret jew setghet saret minn kuntratturi. Mhux dejjem jista` jinghad min kien responsabbli ghall-hsara peress li f`diversi okkazjonijiet il-hsara tizviluppa xi granet wara li l-cable ikun intlaqat. F`kull kaz isir rapport lill-pulizija fl-ghassa tal-lokal fejn tkun saret tali hsara sabiex wara li jsir l-istharrig mehtieg ikunu jistghu jittiehdu passi legali kontra l-kuntrattur involut.
Id-dettalji dwar dawn il-kazi hija kif gej:
DATA LOKALITA` KUNTRATTUR SPIZA
INVOLUTA
15.09.1999 A ttard, Lija Calex Contractor Lm 666
19.09.1999 Mriehel Lortan Zammit f`isem Lm1147
Santa Venera Paul Zammit
Qormi
21.10.1999 Hal-Far Mhu x maghruf Lm 400
Qrendi
Zurrieq
03.12.1999 Ha l-Far Mhux maghruf Lm 400
Qrendi (probabbilment kien
Zurrieq qed jaghmel xoghol
ghall-MDC
06.12.1999 B ahrija Ivan Borg (Enemalta) Lm 530
10.01.2000 Kirkop, Luqa Anthony Aquilina Lm 600
(Enemalta- Suspett)
18.02.2000 Wied il-Ghajn Charles Giordimaina Lm 390
(privat)
10.05.2000 Marsa , Luqa, Mhux maghruf
Qormi (probabbilment kien Lm 600
qed jahdem ghall-W.S.C.)
13.05.2000 Birkirkara E . Bonavia (kien qed Lm 554
Iklin jahdem ghal AX
San Gwann AX Construction)
19.05.2000 Mgarr, Rabat Kuntrattur tal-Maltacom Lm 390
22.05.2000 Gharghur Maksar Ltd. Lm 460
24.05.2000 Mellieha Polidano Brothers Lm 628
B'riferenza għall-uffiċji li l-METCO se tiftaħ fil-Linja, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jiswa lil METCO dawn l-uffiċċji?
Kemm se jkun hemm ħaddiema u x'esperjenza se tkun meħtieġa għal dawn il-ħaddiema biex imexxu l-għanijiet ta' dawn l-uffiċċji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond stimi li saru, huwa kkalkolat li l-ufficcju tal-Libja ser jiswa madwar Lm42,000 fl-ewwel sena u madwar Lm35,000 fis-sena matul is-snin ta` wara. Peress li dan huwa l-ewwel ufficcju barrani tal-METCO dawn l-istimi jistghu jigu riveduti skond ic-cirkostanzi u l-bzonnijiet.
Huwa mahsub li l-ufficcju jkun immexxi minn persuna wahda b`assistenza amministrattiva ta` persuna ingaggata mill-post fejn ser jinfetah l-ufficcju.
L-esperjenza li tista` tkun mehtiega minn min ser imexxi l-ufficcju, fost affarijiet ohra, tinkludi konoxxenza sewwa ta` l-industrija Maltija, xoghol prattiku fil-promozzjoni tal-kummerc barrani kif ukoll familjarita` mal-Libja kemm bhala suq kif ukoll bhala pajjiz.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri li taw is-servizzi tagħhom lill-ministeru f'xi stadju jew ieħor ta' din il-leġislatura f'dik li hi monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali?
Tista' tagħti lista kompresiva tagħhom?
Kif ġew magħżulin?
Kemm tħallsu kull wieħed għal assignment/s li kellhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
B`mod generali l-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici juza` lill-MIMCOL biex isir monitoring jew tracking tal-performance tad-diversi azjendi u korporazzjonijiet parastatali.
Naturalment, f`certu kazi, numru ta` entitaljiet jitolbu s-servizz tat-tip li ghalih qed issir riferenza fuq bazi individwali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm qtugħ ta' dawl mhux previst fix-xahar ta' Ġunju u Lulju din is-sena?
Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ u liema inħawi ġew milquta b'dan il-qtugħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17497?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-coin-box terminals jinbieghu minn diversi hwienet, peress li s-suq taghhom huwa liberizzat u ghalhekk persuna ma ghandhiex il-htiega li bilfors tirrikorri ghand il-Maltacom biex tikseb is-servizz ta` dan l-apparat.
Meta abbonat ma jhallasx kont tat-telefon tal-Maltacom sad-data stabbilita` fl-istess kont, jintbaghtu `reminder`. Jekk jinjora dan ir-reminder, il-linja tigi `ristretta`, jigifieri jkun jista` biss jircievi telefonati, pero` ma jkunx jista` jaghmilhom. Jekk jippersisti li ma jhallasx, il-linja ssir `temporary out of service` jew disconnected fejn allura s-servizz jinqata` ghal kollox.
Bejn Dicembru 1999 u Mejju 2000, in-numru ta` kazi xahar b`xahar kien hekk:
XAHAR SERVIZZ RISTRETT SERVIZZ MAQTUGH
Dicembru 1999 21 35
Jannar 2000 3,835 818
Frar 2000 59 6
Marzu 2000 3,429 777
April 2000 37 13
Mejju 2000 42 11
Ta` min jghid ukoll li filwaqt li l-Maltacom ma tiehux gost tirrestringi jew taqta` servizz, hija fid-dmir li tigbor flusha tas-servizz li tkun tat lill-abbonat taghha. Tant hu hekk li, biex ma tohloqx problemi socjali, min ma jkunx jista` jhallas il-kont jew kontijiet kollha f`daqqa, jinghata l-possibilta` li jhallas bin-nifs, skond programm ta` pagament.
Jista' l-Ministru jindika meta se jkunu lesti l-inkjesti dwar x'mar ħażin u x'jista' jsir 'il quddiem biex nevitaw ċirkostanzi li wasslu biex iż-żewġ power stations jieqfu flimkien bħalma ġara nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li inkjesti ta` din ix-xorta ma jistghux jigu konkluzi f`perjodu ta` ftit granet. Barra minn hekk wiehed irid joqghod attent li ma ssirx pressjoni zejda u bla bzonn fuq dawk li jkunu qed jaghmlu inkjesta li tirrigwarda qasam daqshekk vitali bhalma hu dak ta` l-energija elettrika.