Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm HGT sticks huma ntitolati kull xahar tfal taħt is-16-il sena li huma dijabetiċi fuq l-insulina?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Kif ġie stabbilit mid-Direttorat tas-Servizzi Farmaċewtici, it-tfal taħt is-16-il sena huma ntitulati għal pakkett wieħed (ta’ 50) HGT sticks fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-pilloli Zometa, użati fil-kura tal-kanċer se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tal-Gvern? Jista’ jieħu azzjoni minnufih biex dan ikun malajr kemm jista’ jkun?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li z-Zolendronic acid m’hijiex pillola imma Vjala, u din tinsab fl-isptarijiet fejn tingħata lill-pazjenti.
Applikazzjoni għall-Karta s-Safra – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu li applika għall-karta s-safra tal-mediċina (Schedule 5) iktar minn xahrejn u għadu bla risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li applika għall-karta s-safra u għadu bla risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1981, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jużaw iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum? Twettaq il-pjan li kellu jsir biex jiġu estiżi dawn iċ-Ċentri li qed joffru kura speċjalizzata? Fejn se jitwaqqfu ċ-ċentri l-ġodda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 304 persuna li jużaw iċ-Ċentri tas-Saħħa Mentali ta' matul il-Jum: 47 iż-Żejtun, 42 Bormla, 75 Raħal ġdid, 87 Floriana, 53 Qormi.
Il pjan biex jiġu estizi dawn iċ-ċentri qed jiġi atwat biċ-ċentru ġdid ta' Matul il-Jum li se jitwaqqaf fil-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu servizz bħala psychiatric outpatients? X’inhuma r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull professjonist li qed jgħin lil dawn il-persuni biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Psychiatric Out Patients iseħħu f'Mater Dei Hospital, Gozo General Hospital Floriana, Paola, Cospicua, Qormi u Mtarfa Mental Health Clinics.
L-appunatmenti jkunu prinċipalment mat-tobba (psikjatri, trainees tal-psikjatrija u tobba oħra). Huma jagħmlu d-dijanjosi tal-pazjenti, jikkuraw b'mediċi fejn ikun hemm bżonn u jirreferu għal membri oħra tat-
team
li jkunu preżenti.
Membri oħra tat-
team
jikkunsitu :
1.
Nurses
(jagħtu
injection depots
u jassistu t-tobba),
2.
Social Workers
(jgħinu lil pazjenti fl'aspetti soċjali),
3.
Psychologist
(jiprovdu terapija)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7493, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 59 il l-azzjoni industrijali li jmorru lura mill-2010.
Union
Period
Number of Directives
MUMN
September 2010 todate
45
UHM
May, 2012 todate
8
GWU
Years todate
5
MAM
August, 2013
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti intitolati għall-mediċini b’xejn taħt is-sistemi tal-kartuna s-safra u tal-kartuna r-roża (separatament), xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ngħatat f’mistoqsija parlamentari 6535
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4203 u 5338, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-ingaġġ ta’ impjegati/professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa, kategorija b’kategorija għas-sena 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4203, fejn indikajt li ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Infurmat ukoll li l-vakanzi li għandu bżonn il-Ministeru jiġu ppreżentati lil dawn iż-żewġ entitajiet bil-għan li jintlaħaq qbil.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5342 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmatli l-konsulenti kollha kif riferuti fit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 4177 huma mħallsa minn fondi pubbliċi. M’għandi xejn aktar xi nżid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5343 u ċjoè b’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4177.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5494, għal kull każ indikat jista’ l-Ministru jgħid:
għalxiex ma nħarġitx tender jew request for quotation;
jekk hux se jerġa’ jiġi mġedded mingħajr sejħa pubblika; u
min hu l-kuntrattur involut f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7047 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Nursing tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li b’referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4328, il-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Nursing and Midwifery Services fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5492 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Human Resources tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Human Resources fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Sejħa għal Allied Health Practitioner – pubblikazzjoni tar-riżultat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5495 u jgħid meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tas-sejħa marbuta mal-Allied Health Practitioner (Skala 7) u meta dawn se jiġu ingaġġati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-riżultati inkwistjoni ġew publikati fit-13 ta’ Jannar 2014.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5498 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuna konċernata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sa issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt għaliex għadu għaddej il-proċess ta’ release mis-Servizz Pubbliku fuq bażi ta’ Public policy.