Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum li fuqu se jkunu qed jitħarrġu u jitgħallmu r-rekluti li se jiġu aċċettati għall l-ingaġġ li jmiss fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-curriculum tal-kors ta’ taħrig għar-reklutaġġ li jmiss għall-kuntistabbli tal-pulizija, qed ikun rivedut u aġġornat mill-Bord tal-Akkademja tal-Pulizija flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Korp.
Korp tal-Pulizija – Prosecutional Unit – persuni stazzjonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hi stazzjonata fil-Prosecutional Unit tal-Pulizija fil-preżent? Kemm kien dan il-complement f'din it-taqsima f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin fil-Legal Office tal-Korp tal-Pulizija kien hemm stazzjonati Supretendent u Spettur. Minn dan is-sajf ġie wkoll stazzjonat surġent.
Korp tal-Pulizija – pulizija jsegwu kors fl-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentament fil-Korp tal-Pulizja li qegħdin isegwu kors fl-Università?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li bħalissa, m'hemm l-ebda ufficjal tal-Pulizija li qiegħed sponsorjat ufficjalment mill-Korp sabiex isegwi xi kors fl-Universita', filwaqt li f’Gunju ta’ din is-sena, 29 Spettur bi prova, temmew kors ta' Diploma in Policing fuq bażi part-time, fejn kienu ntbgħatu mill-istess Korp skont il-kundizzjonijiet tal-inġaġġ tagħhom biex, jekk jgħaddu mill-eżamijiet, ikunu appuntati Spetturi fil-Korp.
Infurmat ukoll li hemm , 9 membri oħra tal-Korp li nnotifikaw lit-Taqsima tar-Riżorsi Umani li kienu ser jibdew kors fl-Universita' u dan waqt il-ħin liberu tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol qed jagħmel kull spettur fil-Korp tal-Pulizija fil-ġimgħa? Kemm-il siegħa ta' disturbance allowance hu intitolat għaliha kull spettur? X'inhi r-rata ta' dan il-ħlas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-Ispetturi fil-Korp tal-Pulizija, bħal membri oħra tal-Korp, jaħdmu 46 siegħa fil-gimgħa. Pero’ minħabba in-natura tax-xogħol tagħhom dawn jibbenefikaw minn disturbance allowance sabiex jikkompensa għall ħin li jkunu meħtiega jagħmlu aktar mill-ħin normali tagħhom. Din titħallas bil-perċentwali tal-paga basika ta’ Spettur bir-rata kif gej:
Sigħat aktar minn 46
Rata tal-allowance
1 sa 3 sigħat
1%
4 sa 6 sigħat
2%
7 sa 9 sigħat
3%
10 sa 12 il-siegħa
4%
13 sa 15 il-siegħa
5%
16 sa 19 il-siegħa
6%
20 sa 24 siegħa
7%
25 sa 29 siegħa
8%
30 sa 35 siegħa
9%
Aktar minn 35 siegħa
10%
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-Pulizija, jew fond użat mill-Pulizija, hu b'kirja mill-privat? Liema huma?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 post mikrija mingħand il-privat li huma użati bħala Għases tal-Pulizija. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet:
Attard
Kalkara
San Giljan
Għasri
Birkirkara
Kirkop
San Gwann
Nadur
Dingli
Luqa
San Pawl il-Baħar
Xewkija
Fgura
Marsa
Valletta
Iz-Zebbuġ
Għargħur
Marsaxlokk
Xgħajra
Gudja
Qrendi
Ħaz Zebbuġ
Imqabba
Safi
Zurrieq
Korp tal-Pulizija — Trasferiment ta’ Pulizija lejn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jghid jekk ġewx trasferiti Pulizija lejn Għawdex mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tiġi imwieġba l-mistoqsija u filkas, kemm u għala?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi bejn il-11 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 11-il membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti lejn Għawdex. Dawn kienu kollha fuq il-lista sabiex jitilgħu iservu Għawdex fuq talba tagħhom, skond il-proċedura interna tal-Korp.
Korp tal-Pulizija — Central Delivery Unit – Pulizija stazzjonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Pulizija jinsabu stazzjonati fis-Central Delivery Unit tal-Pulizija, biex jitqassmu r-riferiti tal-Qorti u xogħol ieħor konness?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp li huma assenjati xogħol mas-Central Delivery Office, liema Taqsima tal-Korp tqassam notifiki tal-Qorti u xogħol ieħor relatat, f’Malta
Forzi Armati ta’ Malta – Legal Section — drafting ta’ leġiżlazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qattx kienet involuta u attiva, b’mod dirett jew indirett
, fit-tfassil (
drafting
) ta’ leġiżlazzjoni matul iż-żmien li fih ħadem mal-Forzi Armati ta’ Malta minkejja li qatt ma ħadem fi ħdan il-Legal Section tal-istess Armata? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn il-leġiżlazzjonijiet li ħadem fuqhom u jgħid meta sar it-tfassil ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li il-Forzi Armati ta’ Malta mhijiex konxja li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, qatt kien involut fit-tfassil ta’ leġiżlazzjonijiet matul iż-żmien li fih ħadem mal-Forza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jintużaw biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed isir użu minn tliet vannijiet biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s’issa fuq l-Akkademja l-ġdida f’Ta’ Kandja u f’liema stadju wasal dan il-proġett?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi s’issa in-nefqa relatata mal-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja hija ta’ €686,476, filwaqt illi l-bini tal-blokk fejn hemm il-lecture rooms u l-ufficji tal-amministrazzjoni qedin preżentament jiġu atrazzati bl-affarijiet mobbli illi hemm bżonn
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u f’kemm-il okkażjoni l-Pulizija għamlu użu minn taser guns waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioe’ mill-2009 s’issa kien hemm 14-il każ fejn il-Pulizija għamlu użu minn taser gun waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri impjegati mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? F'liema grad huma maqsuma dawn il-membri u kemm hemm membri f'kull grad?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fid-Dipartiment hemm 130 impjegat fil-preżent kif jidher hawn taħt:
01 Head
03 Managers
01 Marine Engineer
05 Station Officers
02 Principals
01 Assistant Principal
25 Leading Assistance and Rescue Officers
85 Assistance and Rescue Officers
01 Executive Officer
03 Officers in Scale 14 (Detention Service Officers)
01 Communicator
02 ESTS Students (apprenticeship scheme)
01 Police Constable serving as Driver to Head of CPD
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġieba li ingħatat għall-mistoqsija numru 1934 magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Preżentament hemm 30 membru fil-Korp tal-Pulizija assenjati fit-Taqsimiet tas-Snajja. Matul dawn l-aħħar 10 snin kien hemm 34 membru tal-Korp li spiċċaw, li tul dawn is-snin ġew sostituti bi 32 membru.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda konsulenza mal-imsemmija kumpanija.
Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tat-traffiku jkollhom ilbies protettiv komdu biex jilqgħu għall-exhaust tal-karozzi meta jkunu qed jikkontrollaw it-traffiku f’toroq arterji?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-membri fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija diġà qed jingħataw maskri sabiex jintużaw waqt li jkunu qed jidderiġu t-traffiku fit-toroq.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Total ta’ konsulenti mid-9 ta’ Marzu 2013, hemm 7:
1
Justice Unit – Part time
€ 15,014.74 p.a
2
Justice Unit – Full time
€ 38,299.56 p.a
3
EU Affairs – Part time
€ 13,521.50 + € 2,329.38 (car allowance) p.a
4
Film Industry – Full time
€ 27,043.00 p.a
5
Citizenship & Expatriate – Part time
€ 19,167.46 p.a
6
Citizenship & Expatriate – Part time
€ 18,169.06 p.a
7
Identity Malta Agency – Full time
€ 37,035.96 p.a
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt ingħata l-Kap il-ġdid tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS li ismu qed jintbagħat separatament u kemm dan qed jitħallas f'salarju, allowances u perkaċċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna hux se tkun qed titħallas extra għal kull programm li se tkun qed tippreżenta fuq l-istazzjon nazzjonali u jekk iva, għal kemm jammonta dan il-ħlas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Salarju tal-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS:
Grade
Basic Salary
Allowance / Entitlements
Manager News
€42,000
Editorial, Performance Bonus, Car, Fuel, Mobile, Internet, TV, Health Insurance
Il-ħlas għal produzzjoni u preżentazzjoni tal-programm f’din l-iskeda huwa ta’ €300 għal kull programm.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — riklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur ma kien hemm l-ebda kampanji ta’ riklamar u sponsorship fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali.