Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9605 u cioe' : B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9312 jinformana kemm fil-fatt kienu l-ispejjeż tal-ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat u/jew inkriet? Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda, u jekk iva, kemm ġew jiswew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub dwar it-trasferiment tal-Ministeru tiegħi minn Cavalier House għal House of the Four Winds, Valletta u l-Uffiċju tad-Direttorat tal-EU fil-Furjana.
Spejjeż ta' ġarr - Lm 1,616
Xiri ta' għamara - Lm10,948
Alterazzjonijiet / xogħolijiet oħra - Lm19,193
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom permess ta' garaxxijiet li jżommu taxis ġo fihom? F'kull każ, x'inhu n-numru ta' taxis li jżommu f'kull garaxx? Kemm hemm persuni li jżommu taxi waħda f'garaxx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li filwaqt li sidien ta' vetturi self-drive u/jew garage hire irid ikollhom garaxx minn fejn joperaw, jiġifieri garaxx għas-servizz pubbliku, sidien ta' taxis ma għandhomx bżonn li jkollhom garaxx.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9833, jista' il-Ministru jikkunsidra li dawn it-toroq li ġejjin jiġu inklużi fil-pjan ta' tarmac mill-gvern ċentrali: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq ir-Ragħaj, parti minn Triq Bellic, Triq Ġdida fi Triq il-Wied (ħdejn il-boċċi club), Triq Alphonso Meli (Triq ġdida fi Triq Belt Valletta) u Triq Guże' Maria Camilleri (ukoll Triq Ġdida fi Triq Belt Valletta)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kaċċatur, Triq ir-Ragħaj, parti minnTriq Belliċ u Triq Alphonso Meli (Triq ġdida fi Triq Belt Valletta) huma nklużi fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali.
Rigward it-toroq l-oħra, il-periti ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport se jagħmlu spezzjoni biex jaraw jekk dawn għandhomx jiġu nklużi fil-programm.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-awtorita' dwar it-trasport sa l-aħħar ta' Novembru 2004 kellha tagħti lill-kunsilli lokali tal-Kumitat Konġunt Ċentrali magħmul minn Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Ħamrun, l-Imsida u tal-Pieta' is-somma ta' Lm4,800 għal ħlas ta' ċitazzjonijiet li diġa' nġabru mal-ħlas tal-liċenzji mill-istess awtorita'? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi waħdu għandu jieħu l-ammont ta' Lm10,490 imqassma kif ġej: Ġunju 2004 - Lm980.00, Lulju 2004 - Lm1,280.00, Awissu 2004 - Lm2,285.00, Settembru 2004 - Lm1,915.00, Ottubru 2004 - Lm2,300.00, Novembru 2004 - Lm1,730.00? Għaliex dan id-dewmien? Meta hemm il-ħsieb li l-problema tiġi rranġata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
: L-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta għandha l-inkarigu li qabel ma ssir kull tranżazzjoni tiġbor il-ħlas taċ-ċitazzjonijiet dovuti lill-Kunsilli Lokali.
Fl-aħħar ta’ kull xhar l-Awtorita’ talloka lura dawk il-flus miġbura lill-Kunsill Lokali rispettivament.
Dan isir billi l-MITTS joħroġ rapport dettaljat ta’ x’hemm dovut lil kull Kunsill Lokali. Peress li bħalissa qegħdin naqilbu s-sistema kompjuterizzata, dan ir-rapport ma qabilx mat-total ta’ flus miġbura mill-Awtorita’ u għaldaqstant il-flus għadhom ma natawx lill-Kunsilli Lokali.
Din il-problema qegħda tiġi solvuta mill-MITTS u mill-informazzjoni li tawna, hi li sa l-ahhar ta’ dan ix-xhar il-problema tkun solvuta u l-flus dovuti jingħataw lill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2865 li kienet imressqa fis-17 ta' Novembru 2003, li kienet titlob informazzjoni dwar kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali; kemm swew flus u jekk ir-rendikont jistax jingħata sena b'sena u triq bi triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport, it-toroq li saru fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant f’Ħal Kirkop huma kif jidher hawn taħt. Nixtieq inżid li din l-informazzjoni tista’ ma tkunx komprensiva minħabba li fil-passat ma kienux jinżammu records dettaljati dwar ix-xogħolijiet li jkunu saru.
Triq Sena Ammont
Triq Danny Cremona 2001 Lm93,000
Triq il-Karwija 2002 Lm 8,000
Triq il-Fieres 2002 Lm30,000
Fis-sena 2004 saru dawn it-toroq permezz ta’ l-iskema ta’ l-Lm75,000 mill-Kunsilli Lokali.
Triq Sena
Triq 9th April 1942 2004
Triq Giovanni Casar 2004
Triq Militar 2004
Triq 29 ta’ Mejju 1592 2004
Triq Aħfar 2004
Saru wkoll xogħolijiet f’Toroq arterjali li jmissu ma’ Ħal Kirkop li huma:
Triq l-Industrija (ħdejn l-SGS)
Kirkop Tunnels (bejn Kirkop u Luqa)
Triq il-Belt Valletta (bejn Mqabba u Kirkop)
Triq Dun Ġużepp Barbara/San Ġwann (Żurrieq/Kirkop/Safi)
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq tax-Xemx u l-Qamar, Fgura peress li għal sena oħra r-residenti ta' din it-triq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet minħabba l-istat ħażin tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tender għax-xogħolijiet ta' din it-triq ħareġ u ġie aġġudikat. Qed isiru l-koordinazzjonijiet meħtieġa mas-service providers biex ix-xogħol ikun jista' jibda minnufih.
Jista' il-Ministru ġentilment jinformana meta fi Triq Katerina Vitale fix-Xemxija se jingħata t-tarmac u jekk hux possibbli jitwaħħlu d-dwal neċessarji għax it-triq imsemmija tinsab fi stat ħażin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat qed iħejju program tax-xogħlijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsiru skond il-prijoritajiet li tirriżulta minn dan il-program.
Rigward id-dawl fit-triq hi responsabilta tal-Kooperazzjoni Enemalta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-inċident ikraħ li seħħ fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi dan l-aħħar, l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidrax illi tistalla speed cameras f'din it-triq illi kulma jmur qiegħda ssir perikoluża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, ser jaħdmu flimkien biex jidentifikaw il-possibilità ta’ miżuri li jistgħu jiġu ntrodotti biex itejbu is-sigurtà tat-triq inkwestjoni.
Billi ħafna studenti ta' l-Universita' qed jitilgħu minn Tower Street, Imsida u jaqsmu Triq Regjonali minn ħdejn il-mina biex jidħlu l-universita', jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tiskoraġġihom milli jagħmlu dan għaliex perikoluż ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser tanalizza l-problema u tniedi proposti sabiex dan l-abbuż ikun ikkontrollat. Il-proposti jkunu bbażati fuq miżuri sabiex teduka lil min qed jaqsam l-arterja f’din il-lokalità u anki sabiex tkun diffiċli biex dan jibqa' jsir.
Għawdex — Tnaqqis ta' tariffi fis-servizz ta' trasport pubbliku
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex mhux qed jiġu applikati tariffi ridotti fil-konfront tagħhom kif jiġu f'Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-operat tat-Trasport Pubbliku f'Għawdex jitħaddem b'mod differenti minn dak ta' Malta. L-operaturi Għawdxin għandhom konċessjoni u liċenzji sabiex jagħmlu xogħol relatat mat-turiżmu u xogħol privat ieħor bħala parti normali mix-xogħol tagħhom. Għalhekk l-operaturi Għawdxin ma jingħataw l-ebda sussidju fuq l-operat bħal guaranteed earnings subsidy li tingħata Malta lill-operaturi Maltin. Parti minn dan il-guaranteed earnings subsidy huwa kumpens għat-tariffi ridotti marbuta mal-Karta Anzjan u mal-pass ta' l-istudenti. Fl-istruttura tan-nollijiet f'Għawdex hemm tariffi ridotti għal studenti u ħaddiema li għalihom il-Gvern ma joħroġx permessi.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4060, 5259 u 9837, jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' dwar it-trasport qed isserraħ ras ir-residenti ta' Triq l-20 ta' Jannar, Gorg Borg u Mifsud Ellul f'Ħal Qormi li dan il-culvert ma jippreżenta l-ebda periklu meta nafu li l-ilma minn dan il-culvert żbokka f'xi residenzi? Jista' jikkonferma jekk dan il-culvert jgħaddix minn taħt bini eżistenti? Jekk iva, minn taħt liema? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-culvert? Meta tnaddaf l-aħħar dan il-culvert? Jippreżenta xi periklu lir-residenti dan il-culvert? X'assigurazzjonijiet jista' jagħti l-Ministru biex iserraħ ras l-istess residenti li ilmentaw mad-dipartiment?
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-program. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jagħmlu stima u survey tax-xogħolijiet meħtieġa.
Tarxien — Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant - Asfaltar
Question
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-Direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsiru skond il-prijorita li tirriżulta minn dan il-programm.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq Marjanu Gerada li tiżbokka fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-Direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsiru skond il-prijorita li tirriżulta minn dan il-programm.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Dun Gużepp Calleja f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsir skond il-prijorita' li tirriżulta minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq Leonardo Abela f'Hal Tarxien tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li qatt ma ġiet asfaltata u hija ta' periklu serju għal saħħet ir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li t-triq hija ta' detriment għal saħħet ir-residenti. Huwa għalhekk illi dan l-aħħar ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ix-xogħolijiet ikunu jistgħu isiru.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata parti minn Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li qed isiru mid-Direttorat u xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li qed isiru mid-Direttorat u xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-Direttorat.