Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3251 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ security guards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1707 jista’ l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà, inkluż ir-rata komputata fis-siegħa ta’ kull kuntratt, peress li huwa poġġa biss in-numru tal-kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għaldaqstant, fir-rigward tal-MFIN, EPD, FIAU, Lottu, Borża ta’ Malta, tad-Dwana, tat-TeŻor, l-NSO u l-Bank Ċentrali r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #1546 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #1669 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Minimum Wage – tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1043 u jagħti numru, anke approssimattiv, ta' kemm huma dawk li se jgawdu mill-proposta tal-baġit ta' 0% taxxa għal dawk li huma fuq il-minimum wage? Kemm hu stmat li se tiswa din il-miżura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ser igawdu minn tnaqqis ta’ taxxa bil-miżura biex dawk li huma fuq il-minimum wage ma jeħlux taxxa huwa stmat madwar 3,700 u t-taxxa involuta hija madwar €125,000.
Leg 12 PQ #1670 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Xiri tal-Ewwel Residenza – rifużjoni ta’ taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1044 u jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 1044.
Leg 12 PQ #3243 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv
Leg 12 PQ #915 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — każijiet riferuti lill-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każijiet in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jispeċifika għal liema perjodu ta zmien irid din l-informazzjoni.
Leg 12 PQ #2252 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – ħatra ta’ manager

Question

Peress li huwa magħruf li ftit jiem biss wara l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu fit-Taqsima tal-Communications tal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) tħabbret ħatra ta’ persuna fil-grad ta’ manager, jista’ l-Ministru jispjega b’liema mod saret din il-ħatra? Meta saret is-sejħa għall-applikazzjonijiet, meta saret l-għażla u fuq liema kriterji ntgħażlet din il-persuna? Jista’ jgħid ukoll min hi din il-persuna u fejn kienet taħdem sa ftit ġranet qabel ma bdiet taħdem f’dan l-uffiċċju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi r-risposta se tingħata f seduta oħra.
Leg 12 PQ #2139 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi ma ingħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru, dipartimenti entitajiet, aġenziji u awtoritajiet lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mis-sena 2000 sal-lum.
Leg 12 PQ #3124 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għall-Finanzi

VAT fuq xiri ta’ hearing aids

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-batteriji għall-hearing aid issa hux jitħallas VAT fuqhom meta jinxtraw?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li batteriji għall-hearing aid titħallas il-Vat fuqhom meta jinxtraw, mhux biss issa iżda sa minn meta ilu fis-seħħ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Leg 12 PQ #1310 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti — għajnuna lill-għaqdiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet imwiegħda għajnuna lill-għaqdiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn Settembru 2012 u Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #1311 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

kummissjoni mogħtija lill-każini tal-baned

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kummissjoni fuq il-bejgħ mill-banek tal-lottu li jingħata lill-każini tal-baned, din is-sena ma ngħatax bejn Jannar u Frar li għadda, hekk kif kien isir kull sena? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-kummissjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għall perjodu Lulju sa Dicembru 2012, fuq il-bejgħ mill-Banek tal-Lottu li jingħata lill-Każini tal-baned u assoċjazzjonijiet ħareġ u dawn l-assoċjazzjoniet diġà bdew jirċievu ċ-ċekkijiet .
Leg 12 PQ #2523 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Scrappage Scheme għal karozzi

Question

Peress li l-Ministru tal-Finanzi żamm il-budget għall-2013 li kien propost mill-Gvern preċedenti, jista’ jgħid meta l-Gvern se jiftaħ l-iskema tal-iscrappage tal-karozzi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iScrappage Scheme qiegħda fis-seħħ.
Leg 12 PQ #1285 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2124 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onor interpellant illi ma nghatat ebda konsulenza lill-individwu msemmi mill- Ministeru tieghi jew xi dipartiment , aġenzija u awtoritajiet li jaqghu daht id dekasteru tieghi.
Leg 12 PQ #2518 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħi minn Marzu 2013 ‘l hawn hija kif ġej: Stationery - €1,877 Printing - €513.97 Kull xiri sar permezz ta’ direct orders . Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll illi dan il-Ministeru ġie provdut b’4 kompjuters u 6 laptops li ġew mikrija mill- Malta Information Technology Agency (MITA) u finanzjati permezz ta’ Leasing Contract li l-Gvern Ċentrali għandu mal–fornituri. Dan il-Ministeru m’għandux dettalji ta’ dan il-kuntratt. Ma kien hemm ebda xiri ta’ apparat ieħor għax il-Ministeru baqa’ juŻa l-istess network setup , printers eċċ uŻati mill-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #2978 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

Każini Filarmoniċi – persentaġġ minn bejgħ mill-booths tal-lottu

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1775, jista’ l-Ministru jippronunzja ruħu rigward meta l-każini filarmoniċi se jirċievu l-persentaġġ dovut lilhom minn bejgħ mill-booths tal-lottu fil-każini rispettivi tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onor Nterpellant illi l -pagament li qed jirreferi għalihom ħarġu u ċ -ċekkijiet inbagħtu bil-posta
Leg 12 PQ #3029 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: TONIO FENECH To: Ministeru għall-Finanzi

Public Contracts Review Board

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se jerġa’ jitwaqqaf il-Public Contracts Review Board u kemm fadal każijiet pendenti sal-aħħar ta’ Mejju 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-Public Contracts Review Board reġa twaqqaf b'effett mill-1 ta' Ġunju 2013. Sad-data tal 31 ta Mejju 2013 kien hemm wieħed u tletin (31) każ li kienu għadom pendenti.
Leg 12 PQ #3051 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Kontijiet ta’ tfaddil bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu kontijiet ta’ tfaddil bankarji, savings accounts u fixed term accounts b’mod separat, matul l-2011 fil-banek li huma liċenzjati li joperaw bħala tali hawn f’Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellan li n-numru ta’ kontijiet savings accounts ma’ banek liċenzjati f’Malta żdied bi 30,443 matul is-sena 2011, filwaqt li n-numru ta’ fixed term accounts żdied b’7,213 fl-istess perjodu.
Leg 12 PQ #3052 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Kontijiet ta’ tfaddil bankarji – flus depożitati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus ġewwa l-kontijiet ta’ tfaddil bankarji (savings accounts + fixed term accounts), matul l-2012 fil-banek li huma licenzjati li joperaw bħala tali hawn f’Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żieda fl-aggregat ta’ savings accounts u fixed term accounts miżmuma ma’ banek liċenzjati f’Malta matul l-2012 kienet ta’ €2,308.6 miljun. Din il-figura tinkludi depożiti interbankarji.
Leg 12 PQ #882 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

BOV — bidla taċ-chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dak li spiċċa minn chairman tal-Bank of Valletta (BOV) kellux isir jaf b’dan mill-gazzetti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat