Awtorità tad-Djar – Kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar, ġietx xolta? Jekk huwa hekk x’kienet ir-raġuni li wassal għal dan ix-xoljiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv illum hija vakanti. Il-pożizzjoni timtela meta u jekk ikun hemm il-ħtieġa.
Awtorità tad-Djar – Paga, Benefiċċji u Perkaċċi tad-Deputat Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’paga, perkaċċi u benefiċċji kien hemm marbuta mal-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-paga, benefiċċji u l-perkaċċi li kienu marbuta mal-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv huma is-segwenti:-
Salarju Annwali €33,853
Allowanc
e
tal-Karozza €4,659
· Sa massimu ta’ 5%
Performance Bonus
tal-paga annwali fis-sena (din diġà kellha bħala impjegata tal-Awtorità).
· Assigurazzjoni tas-Saħħa għall-impjegat/a, raġel/mara u dipendenti diretti (din diġà kellha bħala impjegata tal-Awtorità).
· Serviżż ta’ Mobile Phone
Awtorità tad-Djar – Kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar hijiex waħda fuq bażi ta’ perijodu definit jew perijodu indefinit? Fil-każ kemm hu t-terminu marbut ma’din il-kariga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv kienet waħda ta’ ‘position of trust’ u għal żmien definit ta’ sena.
Awtorità tad-Djar – Kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid biex inħolqot il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar intalbux il-permessi mill-awtoritajiet konċernati inkluż il-PAHRO u l-Finanzi? Mingħand min intalbet l-awtorizzazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, peress li l-kariga kienet waħda ta’ ‘Position of Trust’ allura, din il-ħatra saret skont il-proċeduri normali li jintużaw f’dawn il-każijiet u li ilhom stabbiliti is-snin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9782 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward istallar ta' lift minħabba kwistjoni ta' saħħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi dwar twaħħil ta’ lift, kif ukoll xi każijiet oħra simili, issa ġew riferuti lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità għall-approvazzjoni tagħha qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni lill-MEPA. Il-każ qiegħed fil-lista ta’ każijiet ta’ priorità għolja. Peress li hemm numru ta’ każijiet simili pendenti, hu ppjanat li, kemm-il darba jingħata permess mill-MEPA u tingħata t-tender biex isiru x-xogħlijiet, dan il-lift ikun istallat.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Tista’ tagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Applikazzjoni għall-akkomodazzjoni — każ ta' individwu
Question
Minħabba li l-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament, għandhom diffikultajiet ta' saħħa u finanzjarji serji, jista' l-Ministru jara kif din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni tista' tingħata attenzjoni immedjata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija lid-dettalji dwarha ingħataw separatament ma ngħatatx xogħolijiet minn dan il-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Pazjenti bl-isklerożi multipla – servizz ta’ fiżjoterapija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jdaħħal is-servizz tant bżonnjuż ta' fiżjoterapija fir-residenza stess tal-pazjenti li jbatu bl-isklerożi multipla minħabba li dawn qegħdin jiffaċċjaw tbatija kbira biex imorru mid-dar għall-outpatients fl-isptar għal dan is-servizz, għal ftit minuti biss?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura fid-djar tal-pazjenti qed tigi evalwata.
Peress li fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hemm persuni li jbatu minn mard kroniku, jista’ jgħid jekk it-talba biex jiġi stallat lift hijiex se tiġi aċċettata? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta dan ix-xogħol se jsir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan l-istess każ diġa saru numru ta’ mistoqsijiet parlamentari fil-passat, fosthom PQ 2573 datata 29.09.2008, PQ 23543 datata 08.02.2011 u PQ 30802 datata 01.12.2011. Ir-residenti tal-appartamenti kollha fil-blokk imsemmi kienu ġew mgħarrfa b’ittra li ġġib id-data tat-18 ta’ Ġunju 2002. l-installazzjoni tal-lift ma kinitx teknikament possibbli minħabba wisgħa ristretta tat-tromba tat-taraġ. Il-bitħa wkoll ma setgħetx takkomoda l-lift għax kienu ser jiġu ristretti d-dawl u l-arja għat-twieqi kif ukoll l-ispazju meħtieġ għall-manutenzjoni tas-servizzi ta’ katusi u pajpijiet mal-ħitan tal-istess bitħa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet applikat għar-relief imma għadha ma rċeviet xejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali permezz ta' ittra datata 28 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9572 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa u li issa ġiet rifertua lilu u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn il-kartuna r-roża minħabba l-mard li għandha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali permezz ta’ ittra datata 29 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b’diżabilità fiżika jew mentali f’Malta u Għawdex? X’inhi l-età tagħhom? Kemm minn dawn għandhom impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn jinsabu f’istitut privat, jew tal-Gvern? Jeżisti record assessment li jkun fih il-persentaġġ ta’ diżabilità tagħhom u jekk jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kundizzjonijiet tal-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-benefiċċji li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu b’mod separat, fiż-żmien li fih għamel jaħdem fil-Ministeru li huwa responsabbli minnu? Jista’ jgħid minn meta sa meta kien jaħdem fil-Ministeru? Jista’ jgħid x’karigi kien jokkupa? Jista’ jindika jekk matul dan iż-żmien kienx hemm tibdil f’dawn il-kundizzjonijiet u l-benefiċċji? Jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena ta’ kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda mill-kundizzjonijiet u l-benefiċċji li kien hemm fil-kuntratt tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Post tal-Gvern — problema ta' saqaf - każ ta' individwu
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9577, jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kien hemm xi żvilupp fuq il-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif ġie miftiehem waqt spezzjoni riċenti, għandha tiġi ffissata l-ġurnata meta l-kuntrattur għandu jibda x-xogħol.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9365 u 8744 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed tingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatement ġiet mogħtija xogħlijiet li jammontaw għall-€41,269.13. Minn dan l-ammont, xogħlijiet li jammontaw għall-€2,023.30 kienu b’direct order.