Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b’kategorija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b`kategorija, kienu bħal ma se nsemmi.
BUPA Hospital Category
Xagħar
CMO Major+ Major Inter Minor Unknown
Total
Dec-13
147 283 474 1163 1125 2
3194
Jan-14
193 402 574 1606 1547 9
4331
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet xahar b’xahar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 konsulent b’konsulent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Diċembru 2013 u Jannar 2014, konsulent b’konsulent, qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei – pazjenti jistennew fuq stretcher
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? Jista’ jagħti d-dettalji ġurnata b’ġurnata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li tħallew jistennew fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 huw kif misjub fit-tabella li qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? F’liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rikjesta dwar pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’sar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti.
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. Matul Diċembru 2013 u Jannar 2014 attendew 322 persuna fil-klassijiet tal- “weight management” u 482 persuna l-klassijiet tal-aerobika.
Il-membri tad- Direttorat ippartecipaw fuq basi regolari f’ programmi fuq ir –radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-gimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet.
Saru presentażżjonijiet lill- nies ta’ Mosta, Santu Wistin, B’kara, Naxxar, Isla, Qrendi, Zurrieq, Fgura, Pembroke (atleti), MEPA, gruppi ta’ genituri u tfal fl-iskejjel.
Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed. Jagħmlu ukoll konsultazzjonijiet lill-persuni li ikollhom bżonnijiet speċjali.
Tlesta l-Politika dwar l-Ikel u n-Nutrizzjoni li gie varat fi Frar ghall-konsultazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħataw l-ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xahar ta’ Diċembru 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fid-9 ta’April 2014, għall-mistoqsija parlamentari numru 8090.
Occupational Health and Safety Authority – management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Occupational Health and Safety Authority għax-xahar ta’ Diċembru 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fid-9 ta’April 2014, għall-mistoqsija parlamentari 8090.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta’ Diċembru 2013? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta’ Diċembru 2013? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei – persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, ġimgħa ġimgħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi nuqqas ta’ ħaddiema fis-servizzi li jingħataw mill-Isptar Monte Karmeli u fil-komunità? F’liema skala/professjoni u f’liema servizzi hemm nuqqas ta’ ħaddiema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema jiġu identifikati f’eżerċizzju li jsir flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi u mal-Uffiċċju għar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Publika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Jiġu kkunsidrati talbiet mid-diversi servizzi tas-saħħa inkluż dawk iddedikati lis-saħħa mentali, u dawn ikunu jinkludu firxa wiesgħa ta’ skali u professjonijiet.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4965 tal-11-il Leġislatura, li kienet tgħid hekk: “Billi l-ġurnali rrappurtaw li 130,000 persuna fis-sena jkollhom xi forma ta' problema ta' saħħa mentali f'Malta, u dan ifisser li madwar 30% tal-poplu Malti jkollu xi forma ta' problema mentali kull sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?”, jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn Maltin li għandhom xi forma ta’ problema mentali u f’liema lokalitajiet jgħixu dawn in-nies?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tat-tim ta’ outreach fil-komunità? X’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz? Hemm lista ta’ stennija ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali biex jirċievu dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tim tal-Outreach jikkonsisti f`infermieri psikjatriċi, ħaddiema soċjali, assistenti psikologi u care workers.
Dawk in-nies li jiġu rilaxxati mill-isptar psikjatriku u jkollhom bżonn t’assistenza intensiva fil-komunita minħabba problemi kumplessi jew minħabba n-natura tal-marda mentali jiġu riferuti lill dan is-Servizz. Is servizz lil-pazjent jiġi offrut fid-dar tiegħu/tagħha.
Is-Servizz ta’ l-
Outreach
jużaw is-sistema tal-
key worker
fejn kull pazjent jiġi allokat membru mit-tim sabiex tiġi aċċertata li l-bżonnijiet kumplessi tal-persuna jiġu indirizzati kif ukoll li jkun hemm l-kontinuita’ tal-kura.
Ir-rwol tal-
keyworker
huwa li jaħdem fi sħubija mal-pazjent sabiex joħolqu
careplan
li tkun magħmula apposta għall-bżonijiet ta`kull individwu fejn l-aspetti kollha tal-ħajja tal-persuni jintlaħqu sabiex jgħixu kwalita’ ta’ ħajja tajba fil-komunita’.
Il-persuni li jirċievu dan is-servizz jiġu riferuti min konsulent psikjatriku.
Hemm 107 persuni jistennew biex jirċievu dan is-servizz.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8797 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li bħalissa qed tokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Parlamentari kellux/għandux xi rwol fil-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn it-13 ta’ Marzu 2013 u l-ħatra tiegħu ta’ Segretarju Parlamentari? Jista’ jgħid xi ħlasijiet ingħata għal dan l-irwol/rwoli jekk inhu l-każ inkluż perkaċċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8797, li l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel referenza għaliha, għadha tgħodd.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8797, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni, inkluż perkaċċi jekk inhu l-każ, taċ-chairperson li kien hemm qabel dak preżenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-remunerazzjoni hija dik ta’ chairperson Kliniku li jaħdem fil-katagorija ta’contract B.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, u jagħti d-dettalji tar-remunerazzjoni u l-perkaċċi li qed jingħata jekk inhu l-każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairman tal-Enemalta huwa Dr Charles Mangion. Ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji li jirċievi huma simili ta’ dawk ta’ ‘chairpersons’ (‘non-executive’) preċedenti.
Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. Id data meta ngħata;
b. L-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. Il-valur tiegħu;
d. It-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. Il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u
f. X’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.