Jista’ l-Ministru jgħid min se jiddisinja s-sillabu tas-suġġetti vokazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programmi ta’ tagħlim vokazzjonali u kwalifiċi għall-iskejjel sekondarji qed jitfasslu lokalment mill-MCAST u l-ITS b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta. Is-sillabi ser jitfasslu matul din is-sena skolastika bis-sehem sħiħ ukoll tal-għalliema li bħalissa qed jgħallmu s-suġġetti vokazzjonali li jwasslu għall-kwalifiċi tal-BTEC bħala parti mill-proġett pilota.
Jista’ l-Ministru jgħid x’riżorsi se jintużaw u jekk hemmx flus allokati għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali? Jista’ jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż kapitali fl-iskejjel għall-bini ta’ laboratorji jew workshops għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti? X’għajnuna se tingħata lill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex ikunu jistgħu jinvestu fit-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Suġġetti vokazzjonali — konsiderazzjonijiet ta' saħħa u sigurtà
Question
Rigward it-tagħlim fis-suġġetti vokazzjonali, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-konsiderazzjonijiet ta' saħħa u sigurtà li qegħdin jittieħdu fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali fil-proġett pilota qed isir fil-laboratorji tas-suġġetti tat-Teknoloġija, tal-Home Economics, tal-Ikel, u fil-kassijiet. Għalhekk jaqgħu taħt il-konsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sigurta’ li hemm fis-seħħ fl-iskejjel. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-uffiċjali tal-Edexcel li kienu żaru l-iskejjel qabel inbeda t-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali biex jiċċertifikawhom bħala ċentri approvati li għandhom ir-rekwiżiti kollha – fosthom provvedimenti ta’ saħħa u sigurtà – biex fihom jista’ jsir it-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali tal-BTEC – li l-erbgħa li huma għandhom unitsobbligatorji ta’ tagħlim fuq is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma kien hemm l-ebda tweġiba mill-Ministeru dwar rapport li deher f'ġurnal lokali u l-allegazzjonijiet li saru dwar il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Stante li l-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada ma rċeviet l-ebda allegazzjoni ta' irregolarità direttament, dwar l-artiklu li deher fil-ġurnali lokali, f'dan l-istadju l-Fondazzjoni ma ħassitx li kellha bżonn tagħmel stqarrija.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mqabbda mil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mal-Ministeru u fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? X'inhu r-rwol tagħhom u kemm hi l-ispiża ta' kull konsulent?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa dwar kontijiet imħallsa diġà.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — dipartimenti f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — dipartimenti f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti/aġenziji jew entitajiet oħra li jinstabu f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-budget, li kien approvat f'April ta’ din is-sena, għal dawn id-dipartimenti/l-entitajiet ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid b'kemm ġie imnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-OnorevoliI Interpellant li f’Għawdex, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu estensjoni tas-servizzi edukattivi li bħalhom għandu f’Malta. Il-Kulleġġ t’Għawdex, taħt it-tmexxija ta’ Prinċipal, iwieġeb direttament lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi f’Malta. Hemm ukoll estensjoni tad-dipartiment tas-servizzi korporattivi li jinkorpora amministrazzjoni, finanzi u riżorsi umani li wkoll iwieġbu lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Korporattivi f’Malta.
Fil-baġit, il-Kulleġġ u d-dipartiment flimkien, jitqiesu bħala
Cost Centre
09, u l-baġit oriġinali għal dal-
Cost Centre
kien ta’ €16,012,000 li tnaqqas b’ammont ta’ €55,584.47. Għalhekk l-ammont rivedut huwa ta’ €15,956,415.53. Dan it-tibdil huwa dovut għal fatt illi dan il-
Cost Centre
kien taħt il-Ministeru għall-Għawdex qabel id-9 ta’ Marzu 2013. Meta dan il-
Cost Centre
ġie ttrasferit taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol, l-ammont ta’ €55,584.47 (€49,250 f’
personal emoluments
u €6,334.47 rikorrenti) ġew kollha ttrasferiti għall-vot tal-Ministeru għal Għawdex.
Taħt
Cost Centre 09 – Programmes and Initaitves,
l-ammont ta’ € 22,000 -Skola Sajf (Item 5316) gie trasferit għal
Cost Centre 04,
taħt il-Vot tal-Edukazzjoni
,
kif ukoll, l-ammont ta’ € 15,000 taħt Skola Sport Għawdex (Item 5399), ġie trasferit taħt il-Vot tal-Ministeru għal Għawdex.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ukoll għandha uffiċċju li tużah bħala estensjoni tas-servizzi li tagħti ġo Malta għall-klijenti Għawdxin tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħafna studenti għadhom ma bdewx il-lezzjonijiet taż-żfin fl-Iskola tan-Nadur f’Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-lezzjonijiet fl-iskola tad-Drama u z-Żfin fin-Nadur Għawdex, bdew nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru 2013. Il-lezzjonijiet li bdew huma f’dawn is-suġġetti fil-livelli imsemmija:
Drama Pre-junior (klassi waħda)
Drama junior (2 klassijiet)
Drama Intermediate (klassi waħda)
Community Dance (klassi waħda)
Modern Jazz (2 klassijiet)
Ballet recreational (3 klassijiet)
Ballet Grade 1 (klassi waħda)
Ballet Grade 5 (klassi waħda)
Ballet Grade 6 (2 klassijiet)
Ballet Grade 7 (2 klassijiet)
Ballet advanced (klassi waħda)
Ballet intermediate (klassi waħda)
Il-klassijiet li għadhom ma bdewx huma:
Ballet Pre Primary i (klassi waħda)
Ballet Pre Primary ii (klassi waħda)
Ballet Primary i (klassi waħda)
Ballet Primary ii (klassi waħda)
Ballet Grade 2 (klassi waħda)
Ballet Grade 3 (klassi waħda)
Ballet Grade 4 (klassi waħda)
Ir-raġuni ‘l għaliex dawn il-klassijiet fil-Ballet għadhom ma bdewx hu:
1) L-edukaturi (kollha part-time) li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għall-lezzjonijiet mitluba u
2) L-edukatrici li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhux kwalifikata li tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts.
3) L-edukatrici li hi kwalifikata u li kienet disponibbli biex tieħu il-klassijiet li għadhom ma bdewx ma setgħetx tibda tgħallem. Jirriżulta pero li nhar il-Ġimgha 11 ta’ Ottubru, din setgħet tapplika (u hekk għamlet) fejn applikat għas-sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013.
L-istudenti li għadhom ma bdewx il-lezzjonjiet kollha ġew avżati li minħabba li preżentement ma hemmx min jgħallem, dawn ikunu infurmati aktar ‘l quddiem hekk kif jinstab l-għalliem/a kwalifikat/a biex toffri t-tagħlim.
B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4840 u 4841, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun it-tnaqqis fiż-żewġ oqsma, jiġifieri kemm dak taż-żgħażagħ kif ukoll dak tal-isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-budget allokat għal din is-sena għal qasam taż-Żgħażagħ tnaqqas b’€40,000.
· Vote 15 – Item 6796 (Aġenzija Żgħażagħ) - €30,000 (minn €350,000 għal €320,000).
· Vote 15 – Item 5673 ( Youth Organisation Projects) - € 10,000 (minn €80,000 għal €70,000)
Il-
budget
allokat għal din is-sena għal qasam tal-iSport tnaqqas b’€250,000.
· Vote 15 – Item 5536 (Sports Tourism) - €50,000 (minn €350,000 għal €300,000).
· Vote 15 – Item 6772 ( Kunsill Malti ghall-iSport) - € 200,000 (minn €2,600,000 għal €2,400,000)
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li s’issa ħadu l-assistenza finanzjarja dovuta lilhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li għadhom ma ħadux l-assistenza finanzjarja dovuta lilhom għas-sena 2013 mill-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid jekk fadalx għaqdiet sportivi li saħansitra għadhom qed jistennew l-istess assistenza tas-sena 2012? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn l-għaqdiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stipendju lill-persuni li jirrepetu s-sena sabiex jidħlu l-università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda li “jibda jingħata l-istipendju lil dawk l-istudenti tal-Junior College, Higher Secondary u MCAST li jkunu jixtiequ jerġgħu jirrepetu s-sena bil-għan li jidħlu l-Università” hix se tibda tingħata minn din is-sena akkademika? Jista’ jagħti spjegazzjoni ta’ kif se jkun jaf li dawn l-istudenti li se jirrepetu għandhom il-ħsieb li jidħlu l-Università?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inizjattivi finanzjarji bħal ma qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jiġu mħabbra fil-budgets tal-Gvern.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3165, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-eżerċizzju li tindika b’mod ċar l-ammont tan-nefqa u dak li tinkludi n-nefqa tal-Gvern għal kull student? Min se jagħmlu dan l-eżerċizzju? Meta huwa fil-ħsieb li jkun lest?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju se jsir għas-sena d-dieħla.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3163, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ studenti f’kull klassi tal-kulleġġi tal-istat? Jista’ jgħid jekk iqisx din il-medja bħala waħda ideali? Jekk le, x’inhi l-medja ta’ popolazzjoni studenteska f’kull klassi li l-Ministru jqis ideali? Xi pjanijiet għandu biex jersaq aktar lejn din il-medja ideali? Sa meta fi ħsiebu jilħaq din il-medja ideali? Jista’ jikkonferma jekk hux beħsiebu li jbiddel il-kulleġġi sat-tmiem din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3163 u 3164, jista’ l-Ministru jkun aktar speċifiku u jgħid jekk għandux pjanijiet u studju dwar l-impatt finanzjarju u loġistiku ta’ kieku tiġi applikata rata ideali ta’ studenti f’kull klassi?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3157, jista’ l-Ministru jikkonferma li lanqas m’għandu studji dwar l-impatt finanzjarju u loġistiku li se jkollha d-deċiżjoni tal-introduzzjoni tal-middle schools fil-kulleġġi tal-istat? Jekk mhux il-każ, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalina t-tfal jiġu l-ewwel. Skejjel żgħar li jifformaw komunita' umana huma l-aħjar għall-iżvilupp edukattiv. Qed nimmobilizzaw ir-riżorsi neċessarji biex ikollna skejjel medji u sekondarji ta' daqs uman.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali f’investimenti kapitali mill-2008 sal-lum li saru sabiex titwettaq l-istrateġija tal-e-learning? Fiex tikkonsisti dan l-infiq? Kemm intużaw Fondi Ewropej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Minisiteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - MCAST
Tabella 'B' - Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada
Tabella 'Ċ' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Ta' min jinnota li għalkemm il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ma tat l-ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija, fl-2005 sar pagament lil din il-kumpanija ta' €116.47c għall-spejjeż legali ta' każ fil-Qorti.
Barra minn hekk, mill-istess Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ saru numru ta' pagamenti fuq bażi individwali lil persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari Nru. 2104, liema persuna tifforma parti mill-kumpanija ndikata mill-Onor. Interpellant f'din il-mistoqsija.
Issa li l-Ministru kkonferma li mill-ħames skejjel ġodda li se jinbnew f’dawn il-ħames snin, imiss dawk ta’ Ħal Kirkop, San Pawl il-Baħar u l-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li kienu ppjanati li jinbnew u issa minħabba deċiżjoni ta’ tibdil mhumiex se jinbnew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pjan tal-iskejjel ġodda li se jinbnew fil-ħames snin li ġejjin għadu qed jinħadem. Dan ukoll fid-dawl tal-konsultazzjoni li għaddejja bħalissa dwar il-Kulleġġi.