To ask the Minister how many cases have there been before the Courts of Magistrates whereby the court converted itself into a Drug Court in terms of Article 8(1) of Chapter 537?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2015 kien hemm 60 talba għal konverżjoni u sa issa 12 ġew riferuti lil-Bord. Fl-2016 kien hemm 20-il talba u tlieta minnhom ġew riferuti għall-Bord.
S’issa kien hemm 5 każi fejn il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, ikkonvertiet f’Qorti dwar id-droga.
To ask the Minister whether there have been any recommendations by the Drug Offenders Rehabilitation Board to the Courts of Magistrates on the rehabiltation of an offender?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-każi li ġew referuti lil Bord, il-Bord tar-Rijabilitazzjoni irrakkomanda trattament ta’ rijabilitazzjoni li ġie aċċettat mill-individwi. F’każ wieħed biss, l-individwu rrifjuta assistenza mingħand il-Bord tar-Rijabilitazzjoni.
Jista’ l-Ministru jindika x’festivals hemm ippjanati mill-Arts Council Malta, għal din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
F’dawn l-aħħar snin ġew implimentati diversi programmi artisticinu kulturali li pproduċew riżultati sinifikattivi. L-iskala u l-impatt soċjali ta' dawn il-programmi qed jattiraw ħafna attenzjoni pożittiva.
Il-kunċett ta’ “festivals” kien seminali fil-proċess ta' implimentazzjoni ta' din l-iskema kulturali.
Il-Kunsill Malti għall- Arti imbarka fuq pjan strateġiku ta' ħames snin (2016 - 2020) u ser jiġi żgurat li l-festivals jkun fiċ-ċentru tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' aġenziji u organizzazzjonijiet kulturali barranin.
Il-Festivals jipprovdu opportunita’ ta’ parteċipazzjoni lill-pubbliku filwaqt li jservu ta’ beneficċju għall-kommunita’.
Nistgħu nidentifikaw ħames benefiċcji prinċipali: il-Festivals jagħtu lis-soċjeta’ sens ta’ identita’ filwaqt li jiċċelebraw it-tradizzjoni u joħolqu sens ta’ inklużjoni. Barra minn hekk, il-Festivals joħolqu sens ta’ kburija nazzjonali fejn kull persuna tħossha membru sħiħ taċ-ċittadinanza ta’ pajjiżha.
Il-Festivals iservu wkoll biex jirriġeneraw il-lokalitajiet fejn jittellgħu u u jsaħħu s-sens komunitarju. Finalment, il-Festivals joffru pjattaforma lill-artisti biex jesponu x-xogħol tagħhom filwaqt li joħolqu interazzjoni bejnhom u l-udjenzi tagħhom.
Dawn l-attivitajiet kulturali joffru spazji li fihom isseħħ interazzjoni kreattiva bejn l-artisti lokali u dawk internazzjonali.
Rwol ieħor importanti tal-Festivals huwa li jistimula lill-udjenzi u jimmottivahom biex jipparteċipaw. Huwa ppruvat li attivitajiet bħall-Festivals mhux biss għandhom valur ta’ rikreazzjoni iżda jservu wkoll biex jipprovdu opportunitajiet u benefiċcji soċjali u ekonomiċi, filwaqt li joħolqu inċentivi soċjali u kapital kulturali.
Għal din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti għandu ppjant il-festivals li ġejjin:
· Għanafest World Music Festival 10 - 12 ta’ Ġunju
· Malta International Arts Festival 8 – 18 ta’ Lulju
· Jazz Festival 21 – 23 ta’ Lulju
· Kunċert Rock 29 ta’ Lulju
· Karnival tas- Sajf dati għad iridu jiġu mħabbra
· Notte Bianca 1 ta’ Ottubru
· The Three Palaces Music Festival 4– 13 ta’ Novembru
Din is-sena, il-Malta International Arts Festival flimkien mal-Għanafest, il-Jazz Festival u n-Notte Bianca, kollha organizzati mill-Kunsill Malti għall-Arti ġew onorati bl-EFFE label 2015-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu d-dokumentarji li saru b’kollaborazzjoni bejn il-PBS u l-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jkun hemm aktar dokumentarji ta’ din ix-xorta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li b’riżultat ta’ ftehim li ntlaħaq bejn il-PBS u l-Universita’ ta’ Malta, ġie żviluppat l-ewwel dokumentarju minn serje, LAB TO LIFE bil-għan li tingħata attenzjoni lill-proġetti ta’ riċerka mill-aqwa li bħalissa qegħdin isiru fid-diversi dipartimenti tal-Universita’. L-ewwel dokumentarju fis-serje, jiffoka fuq it-Talassemija. Barra dan id-dokumentarju, diġa’ bdew jinħadmu tliet dokumentarji oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kollaborazzjonijiet li jeżistu ma’ entitajiet internazzjonali għat-taħriġ ta’ membri tal-Ġudikatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Fit-18 ta' Frar ta' din is-sena, ġie inawgurat il-bidu tal-proġett propost mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u l-Ambaxxata tal-Irlanda f'Malta, intitolat "Improve Quality of Prosecution and Protection of Victims of Trafficking through the Justice System in the Republic of Malta”Il-Gvern ta' Malta huwa ddeterminat li jieħu l-miżuri kollha kontra t-traffikar tal-persuni u fil-fatt kien hemm progress notevoli fl-indirizzar tal-kwistjoni tat-traffikar tal-bnedmin billi ttieħdu passi prekawzjonarji kontra t-traffikar sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-identifkazzjoni tal-vittimi tat-traffikar u jiġu implimentati miżuri ta' protezzjoni għal dawk identifikati.
F'dan ir-rigward, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja l-Gvern Irlandiż, b'mod aktar speċifiku l-Ambaxxata tal-Irlanda f'Malta għall-inizjattiva meħuda flimkien mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni li jimpenjaw ruħhom li janalizzaw il-ħtiġijiet tas-sistema ġudizzjarja u taħriġ ipprovdut lill-imħallfin u l-prosekuzzjoni. It-titjib tar-rati tal-prosekuzzjoni u ż-żieda fin-numru ta' każijiet identifikati ta' traffikar mis-sistema ġudizzjarja Maltija huma wħud mill-riżultati mistennija. Dawn ir-riżultati ser jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ġustizzja ugwali u ġusta għall-benefiċċju tas-soċjetà Maltija u se tkompli tissolidifika l-impenn tal-Gvern u tal-IOM fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem għas-snin li ġejjin.
Belt Valletta — Attivitajiet tal-lejliet l-ewwel tas-sena - attendenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenza għall-attivitajiet imtella’ fil-Belt Valletta f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena, mis-sena 2011 sal-2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dawn l-attivitajiet ta’ għeluq tas-sena, li issa saru mistennija ferm mill-poplu Malti, jiġu organizzati b’kooperazzjoni bejn id-dekasteru tiegħi, il-Ministru għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, Fondazzjoni Valletta 2018 u G7 Events u jinkludu diversi avvenimenti fosthom kunċerti minn artisti lokali u anke kunċert mill-Orkestra Nazzjonali.
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni Valletta 2018 illi rekords ta’ dawn l-attivitajiet bdew jinżammu mill-Fondazzjoni mis-sena 2013. Jidher minn dawn ir-rekords li l-popolarita’ ta’ dawn l-attivitajiet żdiedet minn sena għall-oħra. Fil-fatt, għalkemm numri preċiżi ta’ attendenza huma diffiċili biex jinġabru, fl-2013 hu kkalkolat li kien hemm attendenza ta’ 40,000 persuna u fl- 2014 kien hemm attendenza ta’ 50,000 persuna. L-aħħar edizzjoni ta’ dawn l-attivitajiet mhux talli żammet l-istess udjenzi iżda żdiedet b’mod sostanzjali u qabżet l-aspettativi li kellna aħna u laħqet is-70,000 persuna.
Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw semmhom biex il-Belt Valletta issir kalamita għall-attivitajiet li jagħtu spinta lill-ekonomija tal-belt kapitali tagħna fix-xhur tax-xitwa.
Heritage Malta u l-Università ta’ Malta – memorandum of understanding
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-Memorandum of Understanding iffirmat bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta u x’benefiċċji se jkunu qed igawdu minnhom iż-żewġ istituzzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li permezz tal-Memorandum of Understanding bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta iż-żewġ istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod reċiproku mir-riżorsi tekniċi, akkademiċi u umani rispettivi tagħhom, speċjalment fid-Diviżjoni tal-Konservazzjoni ta’ Heritage Malta u fil-laboratorji tal-Fakulta tal-Ambjent Mibni, fid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Metallurġija u l-Materjali, u fid-Dipartiment tal-Kimika tal-Università.
Il-ftehim jistabbilixxi wkoll qafas sabiex jiġi pprovdut tagħlim u servizzi ta’ żvilupp professjonali, kif ukoll użu reċiproku tar-riżorsi fil-libreriji rispettivi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Applikazzjoni għal ċittadinanza – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jindaga l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ applikazzjoni għaċ-ċittadinanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż u ninsab infurmat illi l-applikazzjoni in kwistjoni waslet fl-istadju finali ta’ dan l-ipproċessar. Eventwalment, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jinforma lill-applikant dwar l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.
Jista’ jgħid xi proġetti kapitali Heritage Malta għandha ppjanati għax-xhur li ġejjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għal din is-sena Heritage Malta (HM) qed taħdem fuq dawn il-proġetti:
Fondi Nazzjonali (Vot Kapitali)
· Tkomplija tar-restawr tal-faċċati u t-turretti, u titjib estensiv fil-faċilitajiet tas-sala tal-Mużew Marittimu fil-Birgu.
· Tibdil tas-saqaf tal-asbestos u restawr tal-faċċati u l-aperturi tal-bitħa interna tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
· Tkomplija tax-xogħol ta’ restwar tal-bitħa principali, u sala ġdida għall-wirja permanenti fil-Palazz tal-Inkwizitur.
· Xogħol estensiv ta’ restawr fil-volti li jagħtu għall-bitħa prinċipali kif ukoll fil-bitħa sekondarja tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali (Palazz Vilhena).
· Tisħiħ tas-sistemi ta’ sigurta fit-tempji ta’ Ħal Tarxien, l-Imnajdra u Ħaġar Qim, fejn se jiġi nstallat ukoll
‘environmental monitoring station’
ġdid.
· Xogħol ta’ tisbiħ fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien, il-Katakombi ta’ San Pawl, il-Forti Sant Anġlu u Sant Iermu bħala tkomplija u tisħiħ tal-proġetti ko-finanzjati mill-ERDF.
Proġetti tal-UE
· Fil-frattemp, HM qed taħdem fuq tliet proġetti possibbilment ko-finanzjati mill-ERDF, li jiswew madwar €5 miljun kull wieħed. Dawn huma MUŻA (Mużew tal-Arti fil-Berġa tal-Italja), il-Mużew t’Għawdex (flimkien mal-MGOZ), u l-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru (flimkien mad-Direttorat tar-Restawr).
· Tkomplija tal-bdil tas-servizzi infrastrutturali fl-Ipoġew (madwar €1 miljun ko-finanzjat mill-fondi Norveġizi – EEA).
Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha involuti għal hidma kontinwa li Heritage Malta qedgha tagħmel biex inkomplu nippreservaw u nippromwovu l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, sabiex b’hekk jkun aktar aċċessibli għall-udjenzi varji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza għall-Baroque Festival tal-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-raba’ edizzjoni tal-International Baroque Festival kienet tikonsisti f’ġimagħtejn ta' mużika sabiħa bejn is-16 u t-30 ta’ Jannar u inkluda 25-il avvenimenti f'disa' postijiet differenti madwar il-Belt Valletta. L-attendenza totali għall-Baroque Festival 2016 kienet ta’ 6753.
Prodott u ġestit mit-Teatru Manoel il-Festival kull ma jmur qed jiżdied fil-popolarita’ tiegħu u issa jattira appoġġ lokali b'saħħitu u udjenzi internazzjonali.
Artisti lokali li pparteċipaw f’din l-edizzjoni tal- Baroque Festival jinkludu Joanne Camilleri, il-Orkestra Filarmonika ta' Malta u Vibe (Valletta International Baroque Ensemble). Il-festival kellu wkoll avvenimenti iddisinjati speċifikament għat-tfal bħal treasure hunt fit-Teatru Manoel nniffsu.
Organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-kultura – fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fl-ammont ta’ fondi allokati biex jingħataw lill-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-kultura, u jekk iva, kemm kien dan l-ammont?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Nies li żaru siti storiċi u mużewijiet ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni żaru siti storiċi u mużewijiet ta’ Heritage Malta fl-open days li ġew organizzati fl-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s’issa din is-sena Heritage Malta organizzat żewġ open days. L-ewwel waħda kienet fil-31 ta’ Jannar fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku. Dakinhar is-siti u l-mużewijiet kollha (minbarra l-Ipoġew) f’Malta u Ghawdex kienu miftuħin għall-pubbliku mingħajr ħlas, u attendew 12,227 viżitatur.
It-tieni okkazjoni kienet fit-28 ta’ Marzu, fl-okkazjoni tal-450 sena tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt Valletta, meta l-mużewijiet kollha tal-Belt kienu miftuħa mingħajr ħlas. Dakinhar attendew 6,212 viżitatur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet lil Heritage Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-ahhar sitt xhur (minn Novembru 2015 sa April 2016) Heritage Malta irceviet 65 donazzjoni. Detallji dwar dawn id-donazzjoniiet qegħdin jitqedgħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-kunċerti ppjanati mill-Orkestra Nazzjonali għas-sitt xhur li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir min-naħa tal-Orkestra Nazzjonali biex tilħaq udjenzi usa?
Response (BONNICI, OWEN)
L- Orkestra Filarmonika ta’ Malta għandha skedati għas-sitt xhur li ġejjin dawn il- kunċerti:
Data
Isem il- Kuncert
Teatru
Surmast
15-Apr-16
MPO Orchestral Concert Series 3
Teatru Manoel
Mro Wayne Marshall
23-Apr-16
Opera - Il Barbiere di Siviglia
Teatru Aurora, Gozo
Mro Colin Attard
29-Apr-16
Family FanFare with the MPO (Ghat tfal tal-iskejjel kollha)
Dar il - Meditterran
30-Apr-16
Family FanFare with the MPO (Għall-familji bit-tfal)
Dar il - Meditterran
06-May-16
MPO Orchestral Concert Series 4
Teatru Manoel
Mro Michael Laus
07-May-16
MPO Orchestral Concert Series 4 (Private Corporate Concert)
Teatru Manoel
Mro Michael Laus
08-May-16
MYO Percussion Ensemble
Teatru Manoel
13-May-16
MPO Chamber Orchestra Series concert 3
Robert Samut Hall
Mro Brian Schembri
14-May-16
MPO Chamber Orchestra Series concert 3
Robert Samut Hall
Mro Brian Schembri
27-May-16
MPO Orchestral Concert Series 4
Teatru Manoel
Mro Kaspar Zehnder
05-Jun-16
Organ Recital Series 3
Robert Samut Hall
Organist - Hugo Agius Muscat
08-Jun-16
VIAF Inaugural concert
St George's Basilica, Victoria
Mro Joseph Vella
18-Jun-16
MPO Soloist Gala Concert
Dar il - Meditterran
Mro Brian Schembri
23-Jun-16
St John's Day Concert
St John's Cathedral
Mro Michael Laus
02-Jul-16
MPO MYO Concert
Pjazza Teatru Rjal
11-Jul-16
VIAF Closing Choral and Orchestral Concert
St George's Basilica, Victoria
Mro Joseph Vella
16-Jul-16
Arts Festival
Mro Brian Schembri
TBC
Classics Under the Stars
Girgenti Palace
TBC
Joseph Calleja in Concert
Fosos, Floriana
TBC
03-Sep-16
Cliff Zammit Stevens
Pjazza Teatru Rjal
10-Sep-16
Rockestra
MFCC
Mro Sigmund Mifsud
18-Sep-16
Esplora Opening Ceremony
MCST Bighi, Kalkara
20-Sep-16
Independence Concert
MCC
30-Sep-16
Opening Season Concert - Joint concert with Teatru Manoel
Teatru Manoel
Mro Brian Schembri
L- Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO) qegħda tikkolabora ma’ entitajiet differenti biex tilħaq udejnzi ġodda u varji. Riċenti l-MPO flimkien mal- Orkestra taż-Żgħażagħ ħadmu fuq proġett bit- titlu MYO Buttterfly , fejn ittella kunċert ta’ mużika Maltija ġewwa Dar il- Meditterran għal konferenzi. Dan il- Kunċert kien miftuħ għall- pubbliku kollu u kien bla ħlas, iżda l-udjenza ntalbet tagħmel donazzjoni żgħira b’risq Puttinu. Dan il-kunċert serva biex attendew għalih nies illi qatt qabel ma kienu attendew kunċert tal-MPO u għalhekk nemmnu li bi proġetti simili nistgħu nilħqu udejnzi ġodda.
Simili ta’ dan il-proġett, hemm pjanat kolloborazzjoni ma’ Lisa Marie Foundation f’ Ġunju li ġej, fejn l- MPO ser itella kunċert ġewwa ir-raħal tal- Mellieħa. Dan il proġett , apparti li ser isservi biex jinġabru flus għal din l-entita, ser ikun vetrina ta’ dak kollu li toffri l- Orkestra Nazzjonali lin-nies , li uħud minnhom qatt m’ attendew kunċert ta’ mużika klassika tal- MPO.
Produzzjonijiet bħal Disney Fantasia li ttellet fi Frar li għadda serviet biex bis-saħħa tal-animazzjonijiet ta’ Disney, ittela kunċert ta’ mużika klassika għal familja kollha, fejn kien hemm attendenza numeruża tat-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom. B’dan il-kunċert qegħdin inresqu t-tfal minn eta żgħira lejn il-mużika klassika.
Produzzjoni oħra mmirata lejn it-tfal hija Family Fan Fare, fejn it-tim tal-produzzjoni ta’ CBeebies mill-Ingilterra flimkien mal-MPO ser jieħdu tfal jesperjenzaw avventura fid-dinja tal-mużika klassika. B’sodisfazzjon kbir, l-MPO tinnota li l-biljetti għall-ewwel serata ittieħdu kollha mill-iskejjel fi ftit żmien minn mindu ħarġu għall-bejgħ.
Rockestra hija produzzjoni oħra li tilħaq firxa wiesa ta’ nies, kemm żgħażagħ kif ukoll nies akbar fl-eta.
L- MPO matul dan l-istaġun ħadem sehem fi programmi ta’ kull ġimgħa fuq it-televiżjoni, fejn uffiċjali tal-MPO ikunu mistiedna f’dan il programm u jinfurmaw in-nies fuq kunċerti li ser jittellgħu kif ukoll jippreżentaw features fuq strumenti varji tal-orkestra. Dawn il-features, li saru bil-Malti u li għandhom kontenut għoli ta’ informazzjoni edukattiva u teknika fuq l-instrument, intlaqaw tajjeb u qegħdin ukoll disponibli għall-pubbliku fuq il-Youtube channel tal- MPO.
Finalment l- Orkestra b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali qiegħda tniedi diversi Flash mobs fejn mużiċisti tal-Orkestra jmorru jdoqqu fl-irħula. Dan hu mezz ieħor kif jistgħu jintlaħqu udejnzi ġodda.
Nemmnu li dawn il-produzzjonijiet u l-inizzjativi varji li semmejt qegħdin iżidu l- udejnzi li jattendu għall-kunċerti tal- MPO. Xhieda ta’ dan huwa iż-żieda li rajna tan-nies li attendew il-kunċerti tagħna, partikolarment f’dan l-istaġun. Hu l-hsieb li l- Orkestra Nazzjonali tkompli tinvesti kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fil-kwalita tal-produzzjonijiet li ttella.
Jista' l-Ministru jgħid kemm baqagħlu bil-ħsara l-lift li ilu wieqaf diversi jiem u li jinsab fil-bini prinċipali tal-Qrati tal-Ġustizzja?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif appena rrizulta li l-lift kien bil-ħsara ġie msejjaħ is-Supplier sabiex isewwi. Irrizulta li parti mill-apparat tal-lift trid tinbidel għal spiza ta €749.12. Is-Supplier infurmana li l-apparat li għandu bzonn jinbidel irid jinġieb minn barra minn Malta. L-Amministrazzjoni qegħda kontinwament tagħmel pressjoni fuq is-Supplier sabiex il-lift jissewwa mingħajr aktar dewmien. Ninsab infurmat li l-apparat se jasal sal-gimgħa dieħla. Malli tasal din il-parti jibdew it-tiswijiet immedjatament.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li saret fil-5 ta’ Marzu 2015 u ċjoè wara iktar minn ħames snin miżżewweġ lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li hi ċittadina Maltija, għadha mhux approvata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż u ninsab infurmat illi l-applikazzjoni in kwistjoni waslet fl-istadju finali ta’ dan il-proċess. Eventwalment, l-applikant ikun infurmat dwar l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ rigward ID Card ġdida tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kienet marret fl-Uffiċini ta’ Identity Malta, Taqsima tal-Karti tal-Identita’ fl-2014, u għarfithom li kienet tilfet il-karta tal-identita’ tagħha u għaldaqstant biex tinħarġilha karta tal-identita’ ġdida kellha tħallas il-multa li hemm stipulata fil-liġi. Meta l-uffiċjali responsabbli mill-ħruġ tal-karti tal-identita’ kienu qed jipproċessawlha l-karta tal-Identita’ l-ġdida sabu li billi kienet twieldet barra minn Malta u qatt ma kienet irregolarizzat il-pożizzjoni tagħha mad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza, ma setgħux joħorġulha l-karta tal-identita’. Il-persuna kkonċernata kienet debitament infurmata illi biex tinħarġilha karta tal-identita’ Maltija, l-ewwel trid tmur fl-Uffiċju taċ-Ċittadinanza.