Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8475 għax-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena il-WSC kellha tiġbor Lm5,647,984 għall-kontijiet ta' l-ilma minn 152,898 kontijiet.
Minn Jannar sa Novembru 2004 saru 1,561 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm950,481.38, waqt li hemm 73 standing orders li jammontaw għal Lm49,232.18. Dawn l-arranġamenti mhumiex maqsuma f'kategoriji, u jkopru ammonti dovuti għall-elettriku u għall-ilma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kordin Grain Terminal minn Ottubru 1996 sal-lum? F'liema grad daħlu? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (inkluż il-management) mal-Kordin Grain Terminal? Jista' jaqsamhom skond kull grad ta' kull impjegat? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-istess azjenda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Adeodato Gatt - pressa ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' l-ilma ġewwa Triq Adeodato Gatt, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u mhux Maltin li wrew interess? Liema huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel? Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u mhux Maltin li wrew interess? Liema huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies?
Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra, flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u cioe' jinformani min huma r-rappreżentanti tal-gvern fuq il-bord ta' l-MDP?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Bord ta' L-M.D.P. huma Dr.Ian Micallef u Ms. Caroline Curmi.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9470 u 9538 u cioe' jista' il-Ministru jara li jiġi nvestigat kont ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qabel kien ikun Lm80 u issa tela' għal Lm379?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9815.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar u qed isir overtime mill-marketing department tal-PBS mill-eżerċizzju tar-re-structuring 'il hawn, xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' siegħat ta' overtime li sar mis-Sales & Marketing Dept., minn Setttembru 2004 l'hawn huwa kif ġej, għall-eqreb siegħa:
Ottubru ħamsa w sebgħin
Novembru mija u tmintax
Diċembru mija u tlieta w erbgħin.
Ta' min jgħid li dawn it-tlett xhur huma l-iżjed xhur li fihom ikun hemm xogħol f'dan id-Dipartiment minħabba n-numru kbir ta' reklami li jkun hemm f'dawn iż-żminijiet tas-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maħtur il-Kumitat ta' l-Istrina u fuq liema kriterji jintgħażlu l-membri?
Jista' jgħid min huma ċ-chairman u l-membri ta' dan l-imsemmi kumitat u jindika, jekk hu l-każ, liema minn dawn il-membri huwa rappreżentant tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumitat ta' l-Istrina jiġi magħżul kull sena mill-Bord tad-Diretturi tal-PBS.
Il-Bord ta' l-Istrina għas-sena 2004 kien kompost mill-Maġistrat J. Padovani Grima bħala Chairperson u żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi li huma : Ms. Sylvia Sciberras u Mr. Michael Fenech. Il-Bord ikun mgħejjun minn Accountant indipendenti, is-Sur Raphael Aloisio. Il-membri jintgħażlu a bażi ta' l-integrita tagħhom.
L-Istrina huwa programm tal-PBS li jsir kull sena bil-għan li jinġabru flus għall-Community Chest Fund u Għaqdiet Filantropiċi.
Gozo Channel Co. Ltd. — Għawdxin b'familjari rikoverati Malta
Question
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 5272 dwara skemi tal-Gozo Channel għal persuni li jużaw il-Gozo Channel frekwentement minħabba mard, peress li l-Ministru kien irrisponda li l-Gozo Channel ser tibqa' taqdi l-obbligi soċjali tagħha, jista' jgħid u jispjega għaliex dawn il-persuni ġew informati li mill-1 ta' Jannar 2005 ser jitwaqqfulhom dawn l-iskemi u mhux se jibqgħu jibbenefikaw mill-priority boarding?
Ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa trattament inuman fil-konfront ta' dawn in-nies u tal-familji tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fil-P.Q. 5272, il-kumpanija ser tibqa' tgħin lil min verament għandu bżonn għajnuna speċjali billi teżamina kull każ fuq il-merti tiegħu, minflok is-sistema preċedenti fejn kull min jiddikjara li qed jivvjaġġa lejn Malta minħabba raġuni ta' mard kien jingħata l-biljetti b'xejn.
Minn naħa l-oħra, l-iskema ta' Priority Boarding baqgħet hemm, u ser ikompli jingħata lill-pazjenti meta jippreżentaw id-dokumentazzjoni neċessarja.