Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Fond possession and use

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut mil-liġi dwar possession and use?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba hija fl-affermattiv. Il-Fond imsemmi ġie esproprjat taħt it-titolu ta' pussess u użu permezz ta' dikjarazzjoni tal-Gvernatur tat-23 ta' Settembru 1949.

Talbiet ta' estradizzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ġew milqugħa? Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' kienet il-persuna li dwarha tkun saret it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-nunri 3722, 5712 u W117, ninsab infurmat illi minn Settembru ta' l-2004 'l hawn, ma sarux talbiet ta' estradizzjoni.

Joint office — Ċnus fuq artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra kemm jinġabru flus fi ċnus fuq dawk l-artijiet li qabel kienu tal-knisja? (Tal-joint office) Jista' jgħid kemm ċnus mhux qegħdin jitħallsu u x'passi qed jittieħdu jew beħsiebu jieħu kontra dawk li ma ħallsux u dawk li mhux qegħdin iħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, li twaqqaf bl-iskop li jivverifika l’informazzjoni kollha dwar l-proprjeta trasferita lill-gvern mill-Entijiet Ekklesjastiċi, għadu ma temx il-funzjoni tiegħu. Fil-fatt sallum id-Dipartiment għadu qiegħed jirċievi mingħand l-Entijiet Ekklesjastiċi korrezjonijiet li jinkludu żidiet jew tnaqqis ta’ proprjeta minn Annex 8 u għal din ir-raġuni d-Dipartiment ma jistax jipprovdi informazzjoni eżatta dwar kemm huma dovuti ċnus fuq artijiet li qabel kienu tal-Knisja. Madanakollu l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel l-aħjar li jista biex jiġbor ċnus li mhux jitħallsu u fejn hemm ħtieġa jibgħat ittri uffiċċjali. Dan qiegħed jagħti riżultati tajbin kif jidher mill-figuri li qiegħed nuri hawn taħt: SenaAmmont LmPerċentaġġ ta' arretrati miġbura 2002350,22714% 2003388,67728% 2004502,67547%

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fidi ta' ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ċenswalisti li applikaw biex jifdu ċ-ċens ta' fejn joqogħdu mill-2002 sal-lum? Kemm hu n-numru ta' ċenswalisti li fdew iċ-ċens mill-2002 sal-lum? Kemm hu n-numru f'kull belt u raħal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-każ tad-Dipartiment tal-Artijiet, li beda jilqa` applikazjonijiet għal fidi ta’ ċnus wara l-Avviż Legali Numru 1002 tas-sena 2004 s’issa applikaw 12 li minnhom infdew tnejn minn Paola. Fil-każ ta’ l-Uffiċċju Konġunt, jien infurmat li, taħt l-iskema ta’ fidi ta’ ċnus mħabbra fil-Budget Speech ta’ Novembru 2001, id-Dipartiment irċieva 3,688 applikazzjoni, li minnhom s’issa ġew ipproċessati 2,280, kif qed jingħad hawn taħt: a) 460 applikazzjoni huma invalidi; b) 1,255 applikanti ġew infurmati bil-prezz tal-fidi; c) 255 applikanti oħra ġew infurmati li d-dipartiment għad irid jirċievi dokumentazzjoni; d) 310 applikazzjoni ġew finalizzati u sar il-kuntratt relattiv tal-fidi, u Tabella li turi l-lokalijiet tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.

Dipartiment ta' l-artijiet — Kalkara - Ċimiterju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet it-talba sabiex iċ-ċimiterju militari li jinsab fi Triq il-Missjoni Taljana, Kalkara, jinħariġlu l-permess tad-dipartiment ta' l-artijiet issa li l-kawża ċivili spiċċat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kawża ċivili għadha ma spiċċatx u tinsab differita quddiem l-Assistent Ġudizzjarju għad-29 ta' April 2005.

CCF — Tfittxija għal drogi/alkoħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm-il tfittxija saret f'dawn l-aħħar sitt xhur mill-SRT fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal drogi u xorb alkoħoliku? Kemm instabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-membri ta' SRT ta' kuljum jagħmlu numru sostanzjali ta' tfittxijiet. Dawn isiru fuq dawk il-persuni li jintbagħtu l-ħabs, fuq kull priġunier li jkollu bżonn imur il-Qorti, xi klinika, sptar jew fuq prison leave kemm qabel joħorġu kif ukoll meta jirritornaw. Dawn imsemmija jammontaw għal madwar medja ta' 40 kuljum. Minbarra dawn isiru ukoll tfittxijiet fiċ-ċelel tal-priġunieri, ħwienet tax-xogħol, btieħi u reception areas. It-tfittxijiet ma jsirux biss għal xorb alkoħoliku u drogi, isiru għal kull ħaġa li hija projbita li tkun fil-pussess tal-priġunieri. F'dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm erba' każi ta' sejbiet ta' inbid magħmul mill-frott mogħti lill-priġunieri stess, u erbatax-il sejba ta' trab li huwa suspettat li huwa droga.

Parlament Ewropew/Kunsill Ewropew — 2000/35/EC directive

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex tiġi mplimentata d-direttiva 2000/35/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2000 "on combating late payment in commercial transactions"?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għamel konsultazzjonijiet mal-Malta Enterprise u mal-Ministeru tal-Finanzi. Konsegwentement, qed isir id-drafting ta’ l-emendi neċessarji u l-ħsieb hu li dawn jiddaħħlu fil-Kodiċi Kummerċjali.

Mosta — Boċċi Club

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara l-każ tal-Mosta Boċċi Club fejn qed isir awment fiċ-ċens għall-Lm150 sabiex dan jitnaqqas għal wieħed ta' Lm50, peress li l-membri li hemm fil-club illum huwa ta' 25 ruħ u għalhekk mhux possibbli li jiġi mtella' għal dan l-ammont?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ċ-ċens ta' Lm150 ma jistax jitnaqqas peress li l-għotja u l-abbozz tal-kuntratt ġiet approvata b'Riżoluzzjoni tal-Parlament li għaddiet fit-28 ta' Ġunju 2004 f'Seduta Nru. 144.

Pulizija — Visas għal ċittadini Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika xahar b'xahar minn Lulju 2004 sal-lum il-pulizija kemm irċeviet talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata Maltija f'Beijing u kemm minnhom ġew approvati, xahar b'xahar? X'kien it-total ta' visa applications rifjutati minn dak iż-żmien 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi, xahar b'xahar, hu kif jidher hawn taħt: Sena Xahar Talbiet Approvati Rifjutati 2004 Lulju Awissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru 388 320 247 211 281 340 344 297 209 185 228 224 44 23 38 26 53 116 2005 Jannar Frar Marzu* 373 146 146 138 84 84 235 62 62 * Sat-30

Pulizija — Abbużi fl-ipproċessar tal-visas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-allegazzjoni ta' abbużi fl-ipproċessar tal-visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata ta' Malta f'Beijing?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhux konkluża.

Pulizija — Ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l-ministeru ta' l-affarijiet barranin għadda lill-pulizija taħt il-firma ta' l-ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina dwar il-proċeduri addottati meta jkun hemm talbiet għall-visas lill-Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta bħala studenti ta' l-Ingliż?

Response (BORG, TONIO)

Ma nħossx li huwa opportun illi dokumenti mgħoddija lill-pulizija fil-kors ta' investigazzjoni għandhom ikunu pubblikati.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Kemm huma nisa u kemm huma rġiel? X'ċittadinanza għandhom fil-preżent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa l-bilanċ ta' flus li l-gvern għandu jħallas fuq proprjeta' li xtara mingħand sidien privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bilanċ ta' flus li l-Gvern għandu jħallas fuq proprjeta' li xtara mingħand sidien privati huwa ta' Lm23,403,488.00. Dan l-ammont jista' jiżdied minħabba kawżi pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitraġġ u minħabba ħlas ta' danni kif ukoll reviżjoni fl-istimi.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Dħul tal-Gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern miċ-ċnus, qbiela u kera, eċċ. li daħħal mir-raba', art, proprjeta', eċċ. matul l-2004? Kemm fil-fatt kien stmat li kellu jdaħħal f'ċifra globali skond ir-records tad-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul tal-Gvern miċ-ċnus, qbiela u kera etc, li daħħal mir-raba, art, proprjeta' etc, matul is-sena 2004 kien ta' Lm10,994,683. Skond l-estimi tad-Dipartiment ta' l-Artijiet id-dħul fis-sena 2004 kien stmat li kellu jkun ta' Lm7,515,000.

Xiri/Bdil ta' Art mill-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin - mill-1999-2005 - kemm sar bdil ta' art bejn il-gvern u l-privat? Min kienu l-owners u f'liema lokalitajiet? Jista' jgħid ukoll kull biċċa art x'valur kellha meta ġiet valutata? Mingħand min ħa l-art il-gvern u xi proċedura ntużat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn in-1999 u llum kien hemm disa’ drabi fejn sar tpartit ta’ art tal-Gvern ma’ art ta’ sidien privati. Id-dettalji ta’ kull kaz huma kif gejjin: 1. Art tal-Gvern fl-Iklin u fin-Naxxar valutata għal Lm1,127 ma’ art fl-Iklin valutata għal Lm1,057, proprjeta’ Ekkleżjastika. Dawn il-proprjetajiet ġew valutati skond l-Artiklu 10(3) tal-Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta. 2. Art tal-Gvern fil-Fgura valutata għal Lm25,000 fis-17 ta’ Awissu 1999 ma' art fil-Fgura valutata għal Lm20,344, proprjeta’ ta’ Landscape Properties Ltd. 3. Art tal-Gvern fil-Qawra valutata għal Lm60,000 fid-29 ta’ Novembru 1999 ma' art fl-Imrieħel valutata għal Lm52,800 proprjeta’ ta’ Easysell Properties Ltd. 4. Art tal-Gvern f'San Pawl il-Bahar valutata għal Lm44,000 fit-3 ta’ Jannar 2001 ma' art f’San Pawl il-Baħar valutata għal Lm42,148.70, proprjeta’ ta’ Salvatore, Carmela, Francesca u Antonio Debono. 5. Art tal-Gvern f’San Giljan valutata Lm180,000 fit-2 ta’ Mejju 2001 ma' art f’San Ġiljan valutata Lm193,500 proprjeta’ ta’ Fairsights Developments Ltd. 6. Art fil-limiti ta’ Victoria, Għawdex valutata Lm50,000 fil-21 ta’ Marzu 2000 ma' art f’Victoria, Għawdex valutata Lm50,000, proprjeta’ tal-Kurja t’Għawdex. 7. Id-dirett dominju temporanju ta’ tlett propretajiet tal-Gvern f’tas-Sliema valutati Lm50,000 fis-26 ta’ Diċembru 2002 ma' art fl-Imsida valutata Lm40,729, proprjeta’ ta’ Vassallo Builders Group Ltd. 8. Art tal-Gvern fil-Mellieħa, Mqabba, Naxxar u Birkirkara globalment valutati għal Lm1,738 ma' diversi biċċiet ta’ art f’Birżebbuġia, Naxxar, Gudja u San Pawl il-Baħar valutati għal Lm1,842, proprjeta’ Ekkleżjastika. Dawn il-proprjetajiet ġew valutati skond l-Artiklu 10(3) tal-Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta. 9. Art tal-Gvern f’Victoria Għawdex valutata għal Lm400,000 fil-15 ta’ Marzu 2004 ma' proprjeta’ Marsalforn, Għawdex valutata għal Lm274,800, proprjeta’ ta’ Emvic Ltd. Dan it-tpartit jista' jsir biss fil-kuntest ta' ħlas ta' kumpens għal esproprijazzjoni jew taħt il-Ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede.

Uffiċċju Konġunt — Fidi ta' Ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx talba quddiem l-uffiċċju konġunt biex jinfeda jew jinxtara ċ-ċens tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament? X'se jiġri mill-inkwilin li jabita fl-istess fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt ma rċieva ebda talba għal fidi taċ-ċens jew xiri tal-fond li dwaru ingħataw id-dettalji separatament. Għalhekk, l-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tapplikax.

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' Trabi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu f'Malta u Għawdex separatament matul l-2003 u l-2004? Kemm kienu bniet, kemm kienu subien u kemm kienu tewmin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madankollu ġejt mogħti din l-informazzjoni bid-dettalji kif murija hawn taħt: Numru ta' Live Births: 2003 Malta Għawdex Subien Bniet Subien Bniet 1,875 1,852 148 161 +Minn dawn kien hemm 50 Twins u 3 Triplets. Ta' dawn ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex. Sat-30 ta' Settembru 2004 f'Malta u Għawdex f'daqqa twieldu 1,444 subien u 1,329 bniet. Dawn huma figuri proviżorji. Ġejt infurmat li l-figuri finali u dettaljati bħal dawk ta' 2003 ikunu lesti għall-aħħar ta' Marzu 2005.