Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti Klandestini — Kura f'ċentri tas-saħħa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il talba saret matul is-sena 2004 mill-immigranti klandestini fil-kustodja tal-Forzi Armati ta' Malta sabiex jittieħdu għall-kura f'xi ċentru tas-saħħa jew sptar tal-gvern, jew kemm-il darba nħasset il-ħtieġa li jsir hekk? Kemm kien hemm immigranti li nżammu għal xi żmien l-isptar u mhux sempliċement ittieħdu għal viżta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ talbiet li saru matul is-sena 2004 minn immigranti rregolari fil-kustodja tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jittieħdu għall-kura f’xi ċentru jew sptar tal-Gvern kien madwar tletin persuna kuljum. Minn dawn it-talbiet, madwar tmintax-il persuna li kienu jitqiesu ta’ prijorità aktar minn oħrajn inqas urġenti kienu jittieħdu f’ċentri tas-saħħa tal-Gvern sabiex jingħataw attenzjoni medika. Matul is-sena kollha, tmienja u tletin immigrant irregulari kienu nżammu għal xi żmien l-isptar għal aktar kura. Tajjeb li wieħed isemmi, li mit-3 ta’ Novembru 2004, tabib tal-Gvern tpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ immigranti rregulari fil-Barrack ta’ Ħal-Safi sabiex ikunu jistgħu jirċievu kura fil-post fejn qed jinżammu. Minkejja dan, numru ta’ immigranti għadhom jiġu riferuti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gvern.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tat-Teżor

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-anzjan - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li la ħa s-somma mingħand il-gvern u lanqas il-pensjoni tat-Teżor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi skond ir-records tat-Taqsima Pensjonijiet tat-Teżor, il-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, m’hijiex pensjonant tat-Teżor. Biex persuna tkun pensjonant tat-Teżor trid tkun eliġibbli taħt il-provvedimenti ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93). Tnejn minn dawn il-provvedimenti jistabbilixxu li persuna mpjegata tal-Gvern; · Trid tkun ġiet appuntata mal-Gvern qabel il-15 ta’ Jannar 1979, u · Ikollha minimu ta’ servizz ta’ għaxar (10) snin fil-każ ta’ non-industrial u ħmistax (15) –il sena għal min hu fi grad industrijali.

AFM — Road blocks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Forzi Armati ta' Malta matul is-snin 2000-2004 sena b'sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ Road Blocks li saru mill-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-2000 u 2004 sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Sena F’Malta F’Għawdex 2000 759 86 2001 496 103 2002 90 78 2003 55 57 2004 36 42 Total 1436 366

AFM — Membri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif inhu maqsum it-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta skond is-sezzjonijiet differenti, eż: skwadra marittima, ta' l-ajru, revenue security corps, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

AFM — Membri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' membri li jiffurmaw il-Forzi Armati ta' Malta skond ir-ranks differenti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. In-numru ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta skond ir-ranks differenti tagħhom huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Rank Numru Brigadier 1 Kurunell 1 Logutenent Kurunell 6 Maġġur 21 Kaptan 27 Logutenent 27 Warrant Officer I 11 Warrant Officer II 29 Staff Sergeant 41 Surġent 94 Bombardier 186 Lance Bombardier 273 Gunner 903 Total 1620 2. In-numru totali ta’ rankijiet indikat hawn fuq jinkludi fih 138 membru li jiffurmaw il-Korp tar- Revenue Security . 3. Barra minn dan in-numru, il-Forzi Armati ta’ Malta jimpjegaw ta’ Malta jimpjegaw 150 ruħ oħra pajżana f’impieg mal-Gvern. Il-figuri mogħtija hawn fuq huma kif kienu sal-31 ta’ Diċembru 2004.

AFM — Membri

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xiftijiet differenti li jaħdmu l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tip u l-ħinijiet tax-xiftijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Xift Kummenti Day/Night/Rest/Off Ix-xift jikkonsisti minn ġurnata xogħol ta’ tnax-il siegħa, lejl xogħol ta’ tnax-il siegħa, ġurnata mistrieħ segwita b’ġurnata Off . Day/Rest/Off Ix-xift jikkonsisti minn ġurnata xogħol ta’ erbgħa u għoxrin siegħa segwita b’ġurnata mistrieħ u ġurnata Off .

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-msitoqsija parlamnetari 9746 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru u cioe' konxju l-Prim Ministru li kawża tad-dazji, tariffi u kwoti li ddaħħlu fuq l-importazzjon ta' prodotti ta' l-ikel u ta' materja prima ta' l-ikel, illum l-istess gvern u l-konsumaturi daħlu fi spiża fenominali biex jiġi ssussidjat direttament u indirettament dak li pajjiżna qed ikollu jimporta bi prezz ogħla artifiċjalment mis-swieq internazzjonali? Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm qed jiswa lill-gvern u lill-konsumatur dan is-sussidju li qed iħallsu artifiċjalment fuq l-ikel tal-ħajja ta' kuljum fuq prodotti li pajjiżna ma jipproduċix minħabba d-daqs ta' l-art tal-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-Trattat tas-Sħubija fejn hemm indikat dak li ġie nnegozjat ma’ l-Unjoni Ewropea u l-livelli ta’ sussidji kkontemplati għal diversi prodotti.

Popolazzjoni tal-gżejjer Maltin

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin fil-31 ta’ Dicembru 2004 imqassma f’irġiel u nisa? Kemm kienu jgħixu f’Għawdex u kemm ukoll kienu l-irġiel u n-nisa? Mit-total tal-popolazzjoni fil-31 ta’ Dicembru 2004, jista’ jelenka kif inhuma mqassma fl-etajiet differenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatiska (NSO) għad irid jirċievi data li tirrigwarda twelid u mwiet lejn tmiem is-sena 2004 it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ikun jista’ jingħata b’akkuratezza ikbar lejn l-aħħar ta’ Marzu 2005.

Ċensiment nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li ċ-ċensiment nazzjonali mhux se jinżamm din is-sena u jekk fin-negattiv, jagħti spjega għal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratturi — Ħlas għal Xogħlijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtoritajiet Governattivi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10027 u cioe' jgħid kemm hemm awtoritajiet tal-gvern? Liema huma? Kemm swiet lill-gvern kull awtorita' fl-2003 u fl-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Taxable turnover

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien it-taxable turnover rigward il-VAT għas-snin 2003 u 2004 f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total tal-bejgħ taxxabbli għal skop ta’ VAT, skond kif rappurtat fil-prospetti tal-VAT li ntbagħtu sad-19 ta’ Jannar 2005, għall-perjodi ta’ taxxa li jagħlqu matul l-2003 u l-2004 huwa kif ġej: 2003 2004 Malta Lm1,750,019,979 Lm1,595,614,790 Għawdex Lm62,853,423 Lm55,811,448 Dawn il-figuri jibqgħu jinbidlu minħabba li l-prospetti tal-VAT għal dawn is-snin jibqgħu jidħlu kontinwament, wara d-data hawn fuq imsemmija.

Tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Ministru jgħid b'kemm ġie kkalkolat li se jtejjeb il-produttivita' ekonomika u allura jservi ta' inċentiv għall-investiment it-tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema? B'liema metodu ta' riċerka ħarġet din il-konklużjoni? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Allavolja l-Gvern diġà esprima ruħu f’dan ir-rigward, naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li, f’dan l-istadju ta’ diskussjonijiet bejn il-partijiet involuti fuq dan is-suġġett, ma tkunx prudenza li jiġu ttratti dawn il-mistoqsijiet li żgur li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmilhom fl-interess nazzjonali.

Ex membri parlamentari — Pensjoni tas-servizz

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ex membri parlamentari qegħdin attwalment jieħdu l-pensjoni tas-servizz li taw bħala prim ministri, ministri, segretarji parlamentari u membri tal-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bdiewa — Final witholding tax

Question

Jista' il-Prim Minsitru jgħid jekk il-final witholding tax ta' 3% fuq il-bdiewa mħabbra fil-budget 2003 ġietx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, kif qegħda titħaddem din it-taxxa? Din it-taxxa tapplika għal bdiewa full timeu part-time? F'każ tal-part-time, din it-taxxa teżenta lil dawn il-persuni li jiddikjaraw id-dħul tagħhom fil-formola tar-returns f'Ġunju jew inkella it-TA22 tal-15 ta' Frar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi għall-użu Trasport Pubbliku — Premium ta' l-insurance

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10015 u cioe' jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l-insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — Solar Water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9914 u 10016 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Kuntratti — Tenders għal toroq li saru f'Ħal Qormi

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' tenders li ħarġu u l-ammonti li bihom ġew mogħtija, għal toroq li saru bit-tarmac f'Ħal Qormi mill-1994 sal-lum? Jista' jagħti r-rendikont triq bi triq u sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni Self-Employed — Ħlas ta' l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7661 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8833.