Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8959 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta' oqbra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8626, jista' l-Ministru jindika mil-liema lokalita' ġejjin il-111 (mija u ħdax applikant) imsemmija fir-risposta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8626, ninforma lill-Onor. Interpellant li 111 (mija u ħdax applikant) imsemmija fir-risposta ġew mill-lokalitajiet hekk kif murija: Lokalita' Applikant _______________________________ Attard 4 B'Bugia 2 B'Kara 13 Gżira 7 Marsa 2 Mosta 4 Qormi 8 Rabat 5 San Gwann 3 Siggiewi 2 Sta Lucia 2 Sta Venera 3 Valletta 5 Zebbug 39 _____________________________ Ġiet irreġistrata applikazzjoni waħda minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Fgura, Għaxaq, Hamrun, Imsida, M'Scala, Paola, Qawra, Senglea, Sliema, Swieqi, Ta'Xbiex, Żejtun.
Leg 9 PQ #9082 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Operations manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) jekk huwiex minnu li fl-Isptar Monte Carmeli għadu kif wasal operations manager biex jaħdem hemm; b) jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex qed tieħu ħsieb il-maintenance kollu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli; c) jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk għadx hemm bżonn ta' WTO (Works Technical Officer) fuq il-Boiler House ta' l-Isptar Monte Carmeli, billi dawn qabel kienu dejjem jitmexxew minn STO (Sen. Technical Officer)? Jekk m'għadx hemm bżonn ta' WTO fuq il-Boiler House ta' l-Isptar Monte Carmeli, jista' l-Ministru jara li din il-persuni tiġi wtilizzata bl-aħjar mod possibbli bħal per eżempju fejn hemm xi nuqqas biex flus il-poplu jintnefqu aħjar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

a) Veru li wasal Operations Manager fl-Isptar Monte Carmeli u qed jieħu ħsieb il-maintenance kollu fl-isptar. b) Qed tiġi evalwata is-sitwazzjoni fil-Boiler House bl-iskop li jiġi deċiż in-numru ta` staff li hemm bżonn. Jekk jinstab li hemm xi nies żejda jew li qed jagħmlu xogħol mhux skond il-grad tagħhom dawn se jiġu utilizzati b'mod aħjar jew f'M.C.H. stess jew xi post ieħor.
Leg 9 PQ #8797 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet mil-lokalita' tal-Marsa għas-snin 1990 sa l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 1994 s'issa ġew ammessi 16 każ ta' 'overdose' f'persuni mill-lokalita' tal-Marsa fl-isptar San Luqa. It-terminu 'overdose' jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD-10 codes X40 - X44) Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 code E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64) Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10 - Y14) ______________________________________________ Sena Kategorija Numru _______________________________________________ 1994 A 0 B 1 C 1 Total 1994 2 ________________________________________________ _________________________________________________ 1995 A 1 B 0 C 3 Total 1995 4 _________________________________________________ 1996 A 0 B 0 C 4 Total 1996 4 _________________________________________________ 1997 A 0 B 0 C 3 Total 1997 3 _________________________________________________ 1998 A 1 B 0 C 1 Total 1998 2 __________________________________________________ 1999 (sa Mejju) A 0 B 0 C 1 Total 1999 1 __________________________________________________ _ L-informazzjoni mitluba ma kienetx tinġabar qabel l-1994.
Leg 9 PQ #8798 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Marsa — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew persuni fil-Berġa tal-Marsa għas-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li attendew fil-Berġa tal-Marsa huwa kif ġej: SENA PERSUNI ------------------------ 1997 9224 1998 8271 1999 (sa Ġunju) 3517 ------------------------
Leg 9 PQ #7987 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Anti-venoms

Question

Billi llum jista' faċilment fuq vapur jew ġo xi container kif ukoll permezz ta' importazzjoni llegali u/jew minn fuq xi ajruplan jista' jasal bil-moħbi jew b'mod illegali u mbagħad jaħrab xi speċi ta' annimal velenuż bħal sriep, skorpjuni, brimb jew xi rettila oħra, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' anti venoms hemm in stock ġewwa l-isptar illum f'każ ta' xi inċident u jekk hawnx persuni mħarġa biex jamministraw u jikkuraw dawk milquta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-'anti venomi' huma speċifiċi u għandhom expiry date qasira ma hux prattiku li ġewwa l-Isptar San Luqa jinżamm stock tagħhom. F'kas li jinqalgħu xi inċidenti ta` din il-kwalita` dawn ikunu ikkurati minn speċjalista tal-mediċina u l-'anti venomi' jista` jinġieb minn barra b'urġenza.
Leg 9 PQ #7990 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kunsill Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx rikjesta mill-kunsill mediku ħalli jiġi nvestigat kienx hemm ksur ta' etika minn xi persuni li jaħdmu fil-professjoni medika meta dawn daħlu bħala shareholders u xtraw sptar privat? Jekk saret ir-rikjesta, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-kunsill mediku fl-istħarriġ tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab informat li ma saret l-ebda talba lill-Kunsill Mediku skond kif titlob il-liġi dwar id-domanda ta`
Leg 9 PQ #7991 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li b'xi mod jew ieħor qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi operazzjoni jew intervent kirurġiku? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ilhom jistennew u x'tip ta' operazzjon jew intervent għandu jsir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7992 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sahha — Vista ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm wieħed irid idum jistenna biex isirlu appuntament għal vista ta' l-għajnejn f'kull health centre li hawn? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list f'kull health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-ġurnata tal-lum 17/6/98 in-next available appointment (kemm wieħed irid jistenna għall-appuntament) u n-numru ta' persuni fuq il-waiting list (jiġifieri li huma fuq il-listi tal-appuntamenti ġa meħuda) għal visti ta' l-għajnejn f'kull Ċentru tas-Saħħa huma hekk: _________________________________________ ____________________ Health Centre Next Available Appt. Numru ta' nies fil-waiting list ____________________________________________ __________________ Mosta 6 ta' Diċembru 719 Gżira 5 ta' Novembru 475 Paola 4 ta' Ottubru 624 Qormi 24 ta' Settembru 282 Floriana 21 ta' Diċembru 810 _____________________________________________ __________________ Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-appuntamenti waqgħu lura għax fi Frar irriżenja Optometrist u ma kienx possibli li jiġi provdut sostitut u f'Mejju l-Oftalmologu li kienet tattendi fil-klinika ta' Raħal Ġdid mardet u għadha ma daħlitx għax-xogħol. F'nofs Ġunju daħlu jaħdmu żewġ Optometrists part-time li bejniethom qed jaħdmu tlett sessions fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #8184 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karoza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru kif ukoll tad-diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru għal-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999. Fuq l-istess tabella hemm inkluż ukoll informazzjoni li tagħmel paragun ma nfieq f'petrol u diesel mill-Ministeru, diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru, f'perjodu simili taht l-amministrazzjoni ta' qabel
Leg 9 PQ #8601 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti fid-diversi sptarijiet minn Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u f'liema kategorija kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar trasferimenti fid-diversi sptarijiet mill-5 ta` Settembru 1998 sal-lum hija skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Minn total ta` 228 trasferiment li jidhru fuq il-lista, 180 minnhom saru fuq talba taghhom stess.
Leg 9 PQ #8724 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux rapporti dwar is-saħħa ta' studenti u/jew għalliem mill-iskola sekondarja subien li hemm viċin il-Power Station? Jekk fl-affermativ, x'kienu l-passi li ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rapport mill-awtoritajiet ta` l-iskola sekondarja tal-Marsa rigward każ ta` tniġġis minn nugrufun li seħħ fl-20 ta` Jannar li għadda. Mill-istħarriġ li għamel id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika irriżulta li dan l-inċident seħħ b`konsegwenza ta` tindif taċ-ċmieni ta` l-istess power station. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika mhux f`posizzjoni li jistabilixxi l-livelli ta` tinġis fl-arja u li jevalwa l-effett ta` dan it-tniġis fuq is-saħħa.
Leg 9 PQ #8112 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv? X'etajiet varji kellhom dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8113 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'food poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? X'ikkawża dan il-food poisoning u x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8117 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw wheelchairs għal użu ta' pazjenti li qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet governattivi? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' wheel chairs aċċessibbli u kemm minnhom qed jintużaw fil-mument fl-isptarijiet u barra l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-`wheelchairs` li jinxtraw huma għall-użu kemm tal-pazjenti rikoverati l-isptar u kemm biex jiġu mislufa lill-pubbliku. Fil-fatt din is-sena inxtraw 200 `wheelchairs'. Bħalissa hemm 1110 `wheelchairs' mislufa lill-pubbliku u madwar 80 li qegħdin jintużaw ġewwa s-swali u l-`out-patients' ta' l-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #8473 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Tibdil fl-istruttura ta' l-isptar f'Tal-Qroqq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jew f'isimha, għal tibdil fl-istruttura ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Liema minnhom ġew milqugħa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjonijiet li saru lil-Awtorita ta` l-Ippjanar għall-Proġett ta` l-Isptar il-Ġdid mis-7 ta` Settembru 1998 sal-llum huma kif skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu kkonsidrati mill-Awtorita ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #8516 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti li jintbagħtu barra

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li jinbidlu l-kriterji li fuqhom huwa stabbilit l-akkumpanjament ta' pazjenti li jintbagħtu barra minn Malta għal kura bħal, per eżempju, l-gvern iħallas għal persuna biex takkumpanja pazjent li ma jkollux aktar minn sitt snin? Jidhirlu li l-ebda pazjent li jkun sejjer għal kura barra minn Malta mhux f'qagħda ideali li jkun waħdu, aħseb u ara meta dawn ikunu tfal ta' 'l fuq minn tmien snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn mindu l-iskema li jintbagħtu pazjenti għall-kura barra minn Malta bdiet kważi ħamsin sena ilu, qatt ma kien hemm flus ivvotati fl-ebda `Budget` biex id-Dipartiment tas-Saħħa jħallas l-ispejjes tal-qraba ta` pazjenti. Jitħallas biss il-passaġġ ta` l-ajru tal-pazjent li jkollu karta roża; u fil-każ ta` tfal taħt is-sitt snin il-passaġġ ta l-ajru ta` l-omm jew tal-missier jitħallas BISS jekk it-tfal ma jkollhomx ħtieġa ta` tabib fil-vjaġġ għal kura barra. Is-suġġeriment ta l-Onor Interpellant ser jiġi studjat.
Leg 9 PQ #8626 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta' oqbra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8262, jista' l-Ministru jinformani kemm hemm oqbra available preżentement u kemm huwa l-għadd ta' oqbra li għad iridu jinbnew biex iċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija ta' Ħaż-Żebbuġ ikun magħluq għal oqbra privati? Kemm hu n-numru ta' applikanti li ntbagħtilhom avviż biex jersqu għal kuntratt ta' oqbra u ma weġbux għal din is-sejħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċimiterju ta` Sant` Andrija ta` Ħaż-Żebbuġ hemm 19 il-qabar fi stat avvanzat ta` kostruzzjoni. Hu ppjanat li tibda l-kostruzzjoni fuq sittax (16) il-qabar ieħor li meta jitlestew ikun eżawrit in-numru ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju li jkunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku. Min meta bdew jiġu milqugħa applikazzjonijiet għal xiri ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju sal-lum, kien hemm 111 applikant li ntbagħtilhom avviz sabiex jixtru qabar u baqgħu ma wieġbux.
Leg 9 PQ #8655 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptarijiet - security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar is-security guards fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa? Dawn se jibqgħu jduru? Jekk fl-affermattiv, kull meta se jintalbu li jibdlu l-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hija l-'policy' tat-Taqsima tas-Sigurta' u tad-Diviżjoni tas-Saħħa, illi s-Security Guards fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa darba kull sena fix-xahar t'Ottubru jduru b'rotazzjoni.
Leg 9 PQ #8711 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jinnega li hu jew uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa qegħdin fi trattativi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati dwar possibbilta' ta' operazzjonijiet jew trattamenti li jistgħu jsiru f'dawn l-isptarijiet jew kliniċi fuq pazjenti riferuti mill-gvern? Jista' jgħid jekk il-gvern iddeċiedix li jirriferi pazjenti għal operazzjonijiet/interventi/trattamenti fi sptarijiet privati, jekk dan huwiex sejjer isir b'negozjati diretti bejn sptar u gvern jew jekk hijiex sejra tingħata l-istess opportunita' lill-isptarijiet kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament ma humiex għaddejjin trattativi tax-xorta li qegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8712 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet privati — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja? Kemm minn dawn it-twelid kienu permezz ta' Cesarja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 1391 twelid fi sptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja. Minn dawn, 289 kienu permess ta` Ċesarja.