Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja ta' tmienja minn nies mill-Fgura u tarbija fil-futur li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata fond alternattiv?
Awtorita' tad-djar — Post tal-gvern - sussidju fuq il-kera
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna separata bi tlett itfal ġiet imċaħħda milli tieħu sussidju fuq il-kera f'fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tieħu sussidju fuq il-kera tal-fond indikat, liema sussidju jkun rivedut kull sentejn skond kif provdut fil-kuntratt relattiv.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tgħix f'post mhux addattat għal dawn iż-żmienijiet, tiġi allokata fond mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Jekk fin-negattiv, id-dipartiment x'soluzzjoni qed joffri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru tagħha għandux il-ħsieb li jbiddel il-lift antik fil-binja li d-dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, wara li inġinier iċċertifika li dan il-lift f'post tal-gvern huwa perikoluż għal min jużah?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar għal stallar ta' lifts, (Skema V) hi ntiża għall-blokki tal-Gvern fejn joqgħodu inkwilini li għandhom diżabilita' ta' mobilita'.
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni biex jiġi stallat jew jinbidel lift taħt din l-iskema fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4439 fis-seduta tat-23/02/04 dwar il-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002, tista' il-Ministru tgħid jekk il-verifika li kellha ssir inbdietx u jekk iva, fiex waslet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-verifika li għaliha għamel referenza l-Onor. Interpellant għadha għaddejja.
Djar ta' l-anzjani — Kontribuzzjonijiet miġbura mingħand l-anzjani
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-bidu ta' din is-sena sal-ġurnata tal-lum mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fid-djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati permezz tal-private public partnership; d) mill-Home Help/Care Service? Minn dan it-total kollu li nġabar, x'ammont għadda s'issa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tara kif inħadmet is-somma li qegħda tingħata lill-persuna indikata under seperate cover bħala children's Allowance u dan minħabba l-fatt li din il-persuna ma' ħadmitx fis-sena 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kkomunika bil-miktub mal-persuna ndikata dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li l-informazzjoni dwara qed tintbagħat separatament ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' provdut ma jappartjenix lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji tal-persuna konċernata.
Tista' il-Ministru tara x'inhi l-possibilita' li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament tkun tixtri l-garage mikri lilha mill-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar lesta li toħroġ il-garage indikat għall-bejgħ bl-offerti. Il-kerrej preżenti jingħata l-jedd ta' l-ewwel rifjut.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li applikanta quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata post alternattiv? Jekk m'hemmx tama, x'soluzzjoni qed joffri d-dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux applikazzjoni pendenti minn xi persuna li tgħix fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li ġenitur, mara li tinsab tistenna tarbija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata fond tal-gvern? Tista' il-Ministru tgħid kemm għandha kmamar abitabbli din l-applikanta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant flimkien ma' oħrajn simili.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi ta' natura personali u ma jidhirlix li għandha tiġi ppublikata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari u r-risposta ta' ittra annessa li qed jintbagħtu separatament, tista' il-Ministru tgħid tistax il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tagħmel talba biex tidher quddiem il-bord ta' l-appell biex tiddefendi l-każ tagħha? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali reġa' ikkomunika bil-miktub mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġiet imċaħħda milli tibbenefika mis-servizz care & repair u ġie propost lilha mill-Awtorita' tad-Djar biex tapplika għal skema 'W'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna li tapplika għal għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair tingħata għażla jekk tkunx trid li x-xogħol isir taħt supervizzjoni ta' l-Awtorita' wara li toħroġ tender, jiġifieri taħt l-inizjattiva tal-care and repair, jew tkunx trid li x-xogħol isir minn kuntrattur imqabbad mill-applikant stess taħt Skema ta' l-Awtorita'.
Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għażlet li xogħolijiet isiru minn kuntrattur imqabbad minnha. Għalhekk mhux il-każ li l-persuna ndikata ġiet imċaħda li tibbenefika mill-inizjattiva tal-care and repair meta kienet hi stess li għażlet li x-xogħol isir taħt Skema W.
Peress illi xi żmien ilu kien hemm il-ħsieb li ċ-ċentru Detox jiġi ttrasferit band'oħra u peress illi għadda ħafna żmien minn dakinhar, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għadux deċiż li jagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jirriżultalix li kien hemm il-ħsieb li ċ-Ċentu tad-Detox Out-Patients fi Gwardamangia jiġi trasferit għal band'oħra. Fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn sar x-xogħol konsiderevoli ta' bini u refurbishment fil-post. Iżda d-Detox In-patients ser jiġi trasferit għal band'oħra fil-futur qarib.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli toħroġ l-assistenza soċjali fil-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din bagħtet id-dokumenti kollha rikjesti biex tiġġustifika l-każ tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid: 1) kemm hemm nies li qed jirċievu l-pensjoni ta' l-eta (old age pension) bħalissa; 2) kemm hemm nies li qed iħallsu l-NI bħalissa; 3) in-numru ta' tfal li twieldu f'dawn il-gżejjer kull sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin; 4) x'kienet il-mortality rate għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena; 4) x'inhu l-ammont ta' NI miġbura sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni li kienu qed jirċievu pensjoni ta' l-eta' mhux kontributorja (old age pension) f'Ġunju 2004, kien ta' 3,822.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija fir-rigward tas-snin mill-1994 sal-1997. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 1998, ir-responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għaddiet taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Floriana — Triq il-Kapuċċini - Bini ta' units tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid lil min hu maħsub li jiġu allokati l-units fil-blokka tal-gvern li għadha kif inbniet fi Triq il-Kapuċċini, fil-Floriana? Kemm hemm units b'kollox, min se jalloka dawn il-units, id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali jew l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fiħ 8 appartamenti b'kamra tas-sodda waħda. Nofs dawn l-appartamenti ser jiġu allokati lill-anzjani tal-lokalita' u n-nofs l-ieħor lill-anzjani barra l-Furjana.
Dawn l-appartamenti ser jiġu allokati kollha mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Awtorita' tad-djar — Applikazzjoni bil-file no: H 18293
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew mogħtija punti għall-applikant bil-file no: H 18293? X'tama hemm li dan l-applikant jiġi allokat post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-persuna konċernata lit-taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Ninsab infurmata li d-Dipartiment qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant flimkien ma' oħrajn simili.