B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2683 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid jekk huwiex minnu li ħadd ma attenda minn naħa Maltija għal-laqgħa tal-OSCE għall-police experts?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba impenji u prijoritajiet oħra il-Pulizija ma setgħetx tattendi għall-laqgħa tal-OSCE.
Mellieħa — Bini ta' pompa tal-petrol f'art pubblika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fiż-żmien li ġej id-dipartiment ta' l-artijiet japprova li art pubblika fil-Mellieħa tintuża biex fuqha tinbena pompa tal-petrol - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li qed jopponi għaliha l-kunsill lokali tal-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tikkunsidra jekk tiddisponix mill-proprjeta` li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll illi t-Taqsima taf li l-Awtorita` tal-Ambjent u tal-Ippjanar ħarġet permess biex tinbena pompa tal-petrol fuq l-istess art.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi li kisru l-liġi din is-sena u x'għamlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2003, ittellgħu 175 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew convicted of a criminal offence din is-sena? Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-convictions u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm 3,103 persuna li nstabu ħatja ta` reati kriminali mill-Qorti. Dawn instabu ħatja tar-reati u ngħataw pieni kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut bil-liġi tal-possession and use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtara dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 2020 u Nru. 2031.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq probation u sentenza ta' ħabs sospiża llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Probation fil-preżent hemm 368 persuna fuq Ordni ta` Probation filwaqt li hemm 57 persuna b`Sentenza Sospiża b`Ordni ta` Superviżjoni. Hemm ukoll 30 persuna taħt Ordni Proviżjorja ta` Superviżjoni filwaqt li qed jinkitbu 40 rapport ta` qabel is-sentenza.
Nies involuti fl-isport — Teħid ta' sustanzi llegali
Question
Wara li fil-programm sportiv GRANDSTAND tal-PBS ta' l-20 ta' Ottubru, il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-bodybuilding u t-tabib tal-kumitat olimpiku Malti u tabib ieħor imdaħħal fl-isports tkellmu ċar u fit-tul dwar li qed jittieħdu sustanti llegali minn ħafna sportivi biex imorru aħjar fl-isport, ma jaħsibx il-Ministru li dan għandu jiġi nvestigat mill-pulizija? Jaf li l-istess sinjuri stqarrew li jafu li ħafna minn dawn is-sustanzi li jittieħdu mill-isportivi huma importanti llegalment u/jew li jinbiegħu minn xi spiżjara anke mingħajr riċetti?
Jaf ukoll li stqarrew li pilloli llegalment qed jinbeigħu minn ċerti gyms?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kummenti li saru waqt il-programm imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kienu ġeneriċi. Infurmat ukoll illi fejn jirriżulta lill-Pulizija illi jkun hemm xi abbuż minn dawn is-sustanzi, jittieħdu passi skond il-liġi.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1147 rigward it-talba għall-ħruġ ta' liċenzji ta' impjieg dwar il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba li saret dwar il-persuna barranija li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant hija biex din taħdem f`Coffee Shop.
Ninsab infurmat ukoll li din it-talba ma tistax tintlaqa` minħabba li mhiex il-policy li barranin jingħataw permess biex jaħdmu fi stabbilimenti simili.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru hold-ups din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant diġa` ingħata f`diversi Tweġibiet preċedenti, ċioe` fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 521, 523, 525, 527, 529, 1509, 1511, 1513, 2547 u 2549.
Inġibditli l-attenzjoni, illi n-numru ta` hold ups fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2547, bi svista, ġie mogħti li fix-xahar ta` Settembru kien hemm hold up wieħed minflok tnejn. Għaldaqstant, it-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2547, għandu jkun dak li qiegħed nagħti f`din it-Tweġiba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u għaliex? Kemm saru mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċ-ċitazzjonijiet li saru mill-gwardjani lokali hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena, il-Pulizija għamlet 51,989 ċitazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jiġu nominati surġenti maġġuri fil-korp tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi l-proċedura li qed tiġi addottata? Kemm hemm postijiet vakanti f'dan ir-rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb li jinħatru Surġenti Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija, wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet attwali tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.
Jista' il-Ministru jgħid, issa li tlestew l-interviews għall-assistenti kummissarji u supretendenti ġodda u ntbgħatu r-riżultati, x'għad fadal isir qabel ma joħorġu l-promozzjonijiet? Kemm kien hemm li qagħdu għall-interview għal kull kariga? Kemm se jiġu appuntati f'kull rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 18-il Supretendent li għamlu interview għal kariga ta` Assistent Kummissarju, filwaqt li għal kariga ta` Supretendent kien hemm 21 Spettur. F`dan il-proċess qed tkun segwita il-proċedura stabbilita għall-promozzjonijiet fis-Servizz Pubbliku, liema proċess għadu mhux finalizzat.
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mikrijin lid-dipartiment? Kemm intefqu flus f'telefonati fuq mobile phones? X'kariga għandhom l-uffiċjali li għandhom mobile phone?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma għandux mobile phones bil-kuntratt.
Id-Dipartiment għandu 6 mobile phones li jintużaw kif ġej:-
Wieħed jintuża mid-direttur, wieħed mis-surġent ta` l-uffiċċju amministrattiv, wieħed mis-surġent ta` SRT u tlieta għal użu ġenerali.
Matul din is-sena sal-31 ta` Ottubru 2003 saret spiża ta` Lm220 (mitejn u għoxrin lira) għal dawn is-sitt mobiles. Matul dan il-perijodu kien hemm wieħed mill-mobiles jintuża mill-aġent Direttur sa Ġunju 2003.
Minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta' priġunieri sentenzjati, jista' il-Ministru jgħid kemm-il priġunier barrani ntbagħat lura f' pajjiżu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta` priġunieri sentenzjati u ċioe` mill-15 ta` Ottubru 2003, ma kien hemm l-ebda priġunier li ntbagħat lura pajjiżu.
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Priġunieri - After Care
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif qed taħdem is-sistema ta' l-after care għall-priġunieri fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi?
Response (BORG, TONIO)
Dawk li jkunu fuq programm ta` droga u jiskontaw is-sentenza jiġu offruti l-opportunita` li jkomplu jmorru għal Counselling ġewwa is-SATU. Jiġu ukoll offruti ċ-ċans li jattendu għall sessions li jsiru regolamenti b`tema soċjali u anke fuq droga.
Fir-rigward tal-priġunieri l-oħra, isir ħafna xogħol biex jinstabilhom xogħol qabel ma jiskontaw is-sentenza u għal dawk li ma jkollhomx fejn jabitaw isir ix-xogħol neċessarju biex jinstabilhom akkomodazzjoni xierqa. Jingħatalhom tagħrif fejn għandhom jirikkorru meta jkollhom kwalunkwe tip ta` problemi.
Diversi priġunieri jiġu riferuti lill-aġenziji Appoġġ u Sedqa biex jitkompla x-xogħol li jkun inbeda waqt li jkunu fil-Faċilita` speċjalment fejn ikun hemm problemi ta` tfal.
L-Aġenziji l-oħra li jipprovdu programmi ta` kura, speċjalment kontra d-drogi u l-alkoħol, kollha għandhom after care programme għal wara li persuna tispiċċa l-programm.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003) kemm kien hemm persuni li ffurmaw parti mill-SRT fil-ħabs? Kemm irċevew overtime u allowances l-istess membri ta' l-SRT matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin indikati, in-numru tal-membri ta` SRT u l-allowances u overtime li rċevew kienu kif jidher hawn taħt:-
Sena
Numru ta` persuni
Overtime
Allowances
1999
20
Lm28,816
Lm29,609
2000
23
Lm50,081
Lm34,453
2001
24
Lm59,727
Lm49,149
2002
24
Lm61,113
Lm41,538
2003
(Jan-Oct)
26
Lm36,033
Lm32,686
Dawn il-membri ta` l-SRT minbarra x-xogħol ta` sigurta`, jagħmlu ukoll xogħol f`diversi dipartimenti oħra bħal Debituri, il-Main Gate u l-Gate House.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'Għawdex għad m'għandniex Nutar tal-Gvern? Jista' jara li sakemm jiġi maħtur Nutar tal-Gvern fir-Reġistru Pubbliku, Għawdex, in-nutar li jiġi minn Malta jiġi iktar ta' spiss biex il-back log ta' xogħol jonqos?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċeduri biex jiġi appuntat Nutar tal-Gvern għal Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru għal Għawdex. Sakemm dan il-post huwa vakant, xogħol ta` kuntratti meħtieġa f`Għawdex qed jinħadem mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, Malta.
Rigward il-"backlog", jiġifieri ħruġ ta` kopji, ġie appuntat Aġent Arkivist għal Għawdex li jonqsu jieħu l-ġurament tal-ħatra qabel ma jkun jista` jagħmel dan ix-xogħol.