Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun/Sta Venera — Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli skolastiċi ta' l-iskejjel primarji A u B tal-Ħamrun u ta' Sta Venera iltaqgħux darba fix-xahar u jekk issottomettewx rapport amministrattiv u finanzjarju lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skond kif mitlub mil-liġi ta' l-edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista'jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti u tar-rapporti amministrattivi finanzjarji mindu twaqqfu l-aħħar kunsilli skolastiċi 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10020, ladarba skond ir-risposta li ta l-Ministru ma jagħrafx l-importanza tad-domanda, li l-għan tagħha kien li wieħed jara kif qed jintnefqu flus il-poplu u jekk humiex jintnefqu fl-aħjar mod, jista' jagħti l-figuri globali tal-flus li ntnefqu f'safar mill-universita' fis-snin 2002, 2003 u 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol — Biċċerija

Question

Matul is-sena li għaddiet, kemm-il darba uffiċjali responsabbli mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol għamlu żjara fil-biċċerija, minħabba li saru rapporti dwar il-ħsara li qed jikkawża għal saħħet il-ħaddiema l-inċineratur il-qadim li qed jitħaddem minkejja li huwa kkundannat? X'rapporti saru lid-dipartiment konċernat mit-tmexxija tal-biċċerija? Jista' il-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol irċeviet rapport wieħed biss, li sar b'mod verbali dwar dħaħen mill-inċineraturi. Dan kien nhar it-2 ta' Diċembru, 2004. In vista ta' dan ir-rapport membri minn din l-Awtorita' għamlu spezzjoni l-għada u cioe nhar it 3ta' Diċembru, 2004. Waqt l-ispezzjoni, ntalab li jsir 'risk assessment' taż-żewg inċineraturi waqt li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet tal-użu, kif ukoll li għandhom jkunu ndikati l-miżuri rimedjali jekk jirriżultaw meħtiega. Dwar l-aħħar mistoqsija dwar kemm saru rapporti lid-dipartiment konċernat mit-tmexxija tal-biċċerija, dan ma jaqax taħt il-kompitu ta' dan il-Ministeru, għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba.

Skejjel — Studenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u indipendenti separatament fil-31 ta’ Diċembru 2004? Jista’ jgħid kemm f’kull każ hemm barranin jattendu dawn l-iskejjel? Tinżamm statistika ta’ kemm minn dawn l-istudenti għandom ċittadinanza doppja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Numru ta' Studenti Jattendu Barranin Ċittadinanza doppja Skejjel Statali: Kindergarten u Primarja 22,553 216 Sekondarji 18,280 132 40,833 348 Skejjel tal-Knisja 16,976 37 25 Skejjel Indipendenti 8,205 537 86 Informat ukoll li ma tinżammx statistika kemm minn dawn l-istudenti barranin għandhom ċittadinanza doppja fil-każ ta' l-iskejjel ta' l-Istat.

FTS — Periti/inġiniera

Question

Jista' il-Ministru jelenka lista sħiħa ta' periti jew inġiniera li ġew imqabbda mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għas-snin 2002, 2003 u 2004; Tista’ tiġi elenkata n-natura ta' xogħol li huma kienu mqbbda jagħmlu? Jista’ jgħid jekk ġewx imqabbda permezz ta' direct order, tender jew xi forma ta' special direct order? X'kien il-valur invoiced minnhom? Kemm tħallsu? Il-ħlas kien kopert bil-permess tal-Ministeru tal-Finanzi? Kien hemm bżonn ta' permess? Min kien l-oriġinatur tad-direct order (jekk tikkonċerna direct order)?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li dawn il-mistoqsijiet jiffurmaw ukoll is-suġġett tal-verifika li qed issir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, tweġiba tingħata f'xi stadju ieħor opportun.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Statementing Board

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb it-tielet parti ta' mistoqsija parlamentari 10026 u cioe' kemm sewa lid-dipartiment dan il-board kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas kollu li l-Membri tal-'Istatementing Board' irċevew matul is-snin huwa dan li ġej :- Sena Ammont Totali 2001 Lm1,526.34 2002 Lm5,702.24 2003 Lm6,217.10 2004 Lm 842.10 Għas-snin mill-1998 sal-2001, il-Membri tal-istess Bord ma rċevew l-ebda ħlas.

Middle Sea Insurance — Auxiliary Worker

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li taħdem bħala auxiliary worker attached mal-Middle Sea Insurance qiegħda tingħata biss madwar Lm20 fix-xahar u dan tul din l-aħħar sena? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jara li dan il-każ jiġi ndirizzat minnufih?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba li jridu isiru investigazzjonijiet effettivi dwar il-kontenut tal-Mistoqsija, risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel ta' l-Istat — Rapporti dwar serq

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti fl-ewwel term skolastiku dwar serq minn skejjel ta’ l-Istat? Jista’ jgħid minn liema skejjel sar u x’insteraq? X’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' mhijiex reġistrata mal-kunsill Malti għall-isport, jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jappunta liaison officer fuq il-kumitat ta' tmexxija ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' kif għandu dritt li jagħmel skond l-istatut ta' l-istess assoċjazzjoni li permezz tiegħu din l-assoċjazzjoni ngħatat art tal-gvern f'Tigne' għal skopijiet sportivi u kulturali? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista’ jgħid meta se jwettaq din il-ħatra? Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, jista’ jgħid għaliex mhux se jagħmel din il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Kunsill Malti għall-Isport ser jimplimenta l-parti tal-liġi dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet sportivi, iddeċidejt li nikkonsidra l-materja imqanqla fil-Mistoqsija meta dan il-proċess ikun eżawrit.

Skejjel — Bormla - Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla u jekk hux se jsir l-underground car park? Issa li ilu programmat għal ħafna snin, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-FTS ma għandha l-ebda pjanijiet biex issir Underground car park fil-ground imsemmi. Jidher li l-applikazzjoni li ġiet ippreżentata lill-MEPA għal din il car park saret mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet.

Birgu — Skola Primarja Santu Rokku

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-verandi li għalihom jagħtu l-klassijiet isirulhom xi tip ta' ilqugħ minħabba l-kesħa li jħossu kemm it-tfal kif ukoll l-għalliema ta' l-iskola primarja S.Rokku, Birgu? Jista' jara wkoll li dak li jsir isir b'mod li ma jibqax jidħol l-ilma tax-xita?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt il-proposta lill-FTS għall-konsiderazzjoni tagħhom.

Skejjel ta' l-Istat/Knisja — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10025 u cioe' jgħid kemm kien hemm facilitators fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja tul is-snin 1994 sa Diċembru 2004? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn il-facilitators kull sena? Kemm hemm tfal fl-iskejjel governattivi u tal-knisja li għandhom facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Fi Skejjel tal-Gvern Fi Skejjel tal-Knisja Numru ta' Personnel fuq xogħol ta' Facilitator 809 300 Numru ta' Tfal li qed jingħataw dan is-servizz 1044 389 Spiża Totali (Gross) 2000 Lm145,621.528 2001 Lm164,419.526 2002 Lm170,613.637 2003 Lm997,487.847 2004 Lm1,539,638.852 Informazzjoni dwar l-ispejjeż totali fi Skejjel tal-Knisja għadu qed jinġabar u jingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali ta' l-Universita' għax-xiri ta' kotba/periodicals matul is-sena 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża totali ta' l-Universita' ta' Malta għax-xiri ta' kotba/periodicals matul is-sena 2004 kienet ta' Lm542,578 li kienu maqsuma hekk :- Spiża Totali f'Lm Prodott Universita' Junior Programmi ta' Żvilupp ta' ta' Malta College Riċerka Riżorsi Personali Kotba 62758 6021 52055 133848 Periodicals' 260606 1103 10753 15434 Informat ukoll li Lm60,114 intefqu f'kotba u Lm252,306 intefqu f'periodicals għall-Librerija.

Marsa — Kumpless sportiv

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk ġiex kommunikat lill-ministeru tiegħu li hu responsabbli mill-isport xi tibdil fil-konfini tal-kumpless sportiv tal-Marsa kif propost mill-MEPA minħabba tkabbir propost fil-korsa tal-golf? X’kienet ir-reazzjoni tal-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma sar l-ebda kommunikat lill-Ministeru jew il-Kunsill Malti għall-Isport dwar ir-rapport tal-MEPA fuq il-korsa tal-golf.

Junior College — Laboratorji

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji għall-użu ta’ l-istudenti fil-Junior College fl-Imsida? Kemm intnefqu flus fuq tagħmir ġdid f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena mill-1999 ’il hawn? Jista’ jelenka x’tagħmir inxtara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma laħaqx inġabar it-tagħrif kollu mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Msida — Junior College

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’studenti li bħalissa qed jattendu l-Junior College fl-ewwel u fit-tieni sena separatament? Kemm huma ġuvintur u xebbiet? Kemm qed jirrepetu l-ewwel jew it-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Studenti fl-ewwel sena li qed jattendu fil-Junior College f'din is-sena : Subien - 667 Bniet - 963 Total - 1630 Studenti fit-tieni sena li qed jattendu fil-Junior College f'din is-sena : Subien - 573 Bniet - 887 Total - 1460 Studenti fl-ewwel sena li qed jirrepetu fil-Junior College f'din is-sena : Subien - 66 Bniet - 52 Total - 118 Studenti fit-tieni sena li qed jirrepetu fil-Junior College f'din is-sena : Subien - 88 Bniet - 61 Total - 149.

Junior College — Studenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li kienu bdew jattendu l-Junior College fil-bidu ta’ din is-sena skolastika u li fil-fatt issa jew telqu għal kollox u ma baqgħu jattendu l-ebda Sixth Form oħra jew inkella telqu biex imorru f’Sixth Form oħra? Fejn qed jattendu issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Studenti fl-ewwel sena tal-Junior College li ma komplewx bil-kors wara l-ewwel term - 57 Studenti fit-tieni sena tal-Junior College li ma komplewx bil-kors wara l-ewwel term - 13 Informat ukoll li m'għandiex informazzjoni fejn qed jattendu dawn l-istudenti la darba telqu mill-Junior College.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jikkonferma l-Ministru li sar ftehim bejn l-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u l-klabb tal-waterpolo tan-Neptunes għal waqt li tkun magħluqa l-pixxina? Jista’ jagħti dettalji dwar il-ħlasijiet, kondizzjonijiet, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti Għall-Isport għamel ftehim man-Neptunes Waterpolo & Swimming Club biex isir użu mill-pixxina tan-Neptunes fil-perjodu 3 ta' Jannar sat-13 ta' Marzu 2005. Il-pixxina ser tkun miftuha matul il-ġimgħa bejn is-6.00am u l-10.00pm u bejn is-6.00am u s-6.00pm fi tmiem il-ġimgħa. Il-ħlas minn naħa tal-KMS huwa għax-xiri tal-fuel u dawl li jammonta għal Lm1478 fil-ġimgħa. Dan il-prezz ivarja skond il-prezz tal-fuel. Informat ukoll li t-tim Nazzjonali tal-Għawm, timijiet, membri u programmi ta' Skolasports u l-SPU qed jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’se jsir mill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali sakemm din tkun magħluqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħaddiema tal-Kunsill Malti Għall-Isport assjenati għax-xogħol fil-Pixxina Nazzjonali għadhom għaddejjin bil-programm tax-xogħol regolari. Ħaddiema tal-maintenance - Xogħol ta' maintenance Front Office Clerk/receptionist - Xogħol ta' receptionist u xogħol klerikali Sports Attendants - Xogħol ta' Sports Attendants kemm ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Qroqq kif ukoll ġewwa n-Neptunes ASC. Informat ukoll li l-Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq għadu miftuh regolari apparti l-użu tal-pixxina.