Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27046 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew jistudjaw fl-Universita' ta' Malta fil-kors BA fl-Istudji Legali u Umanistiċi organizzat mill-Fakulta' tal-Liġi, mill-1990 sal-lum? Kemm minnhom spiċċaw l-kors u mill-liema pajjiż ġejjin? Jista' jgħid wkoll jekk dawn li spiċċaw il-kors hux qed jaħdmu hawn Malta u fejn qed jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27052 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel indipendenti li diġa infurmaw lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li għas-sena skolastika li jmiss se jgħollu l-miżati? B'kemm? Kemm kienu l-miżati f'din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27062 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assistent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-ħatra ta' l-assistent direttur tal-kurrikulu? X' qed iżomm lill-Ministru li japprova u jiffirma l-ħatra tal-persuna magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Dan hu proċess tal-PSC li qed jieħu l-kors normali tiegħu.
Leg 9 PQ #27064 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum 2001

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum 2001? Kemm subien u kemm bniet? X'riżultati kisbu? Mil-liema skejjel u mil-liema lokalitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27065 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Riżultat Finali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż ir-riżultat finali ta' studenti primarji li jkun tilfu l-eżami annwali tagħhom minħabba xi mard serju biex jiġi stabbilit f'liema klassi jintbagħtu għas-sena ta' wara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-istudenti li jkunu morda fl-eżami annwali tittieħed il-pożizzjoni tagħhom f'kull suġġett fl-eżami ta' nofs is-sena. Jintagħżel student li ġie preċiżamet qabel u ieħor li ġie wara. Fl-eżami annwali tittieħed il-pożizzjoni ta' dawn iż-żewġ studenti assenti. Jingħaddu l-marki tagħhom u jinħadem l-average. Din tkun il-marka ta' l-istudent li kien marid. Din il-proċedura tiġi applikata għal kull wieħed mill-ħames suġġetti.
Leg 9 PQ #27066 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi flus hemm il-ħsieb li jiġu vvutati għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali għas-sena skolastika 2001 - 2002? Kif se jiġu minfuqa dawn il-flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27068 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti sekondarji għall-eżamijiet SEC, suġġett b'suġġett fis-sessjoni ta' Mejju 2001: 1) mill-iskejjel ġenerali sekondarji tal-gvern 2) mill-junior lyceum 3) mill-iskejjel tal-knisja 40 mill-iskejjel privati

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26920 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mosta — Pont

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, ma tibqax issirlu ħsara minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqu, u jekk hemm xi ħsara tittieħed azzjoni sabiex tiġi rimedjata peress li dan il-pont għandu 'l fuq minn 100 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt il-proposta ta' l-Onor. Membru lill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #26994 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sant Luċija Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat l-infiq kapitali kollu li għamlet id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Mejju 2001 fuq il-liċeo tal-bniet f'Santa Luċija billi, xahar b'xahar għall-perijodu msemmi jqiegħed il-lista ta' pagamenti li saru minn voti kapitali ta' l-istess diviżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlasijiet li saru s'issa mill-ispiża kapitali għall-Junior Lyceum tal-bniet Santa Luċija hu kif ġej: Sena Lm 1995 50,263 1996 22,534 1997 18,922 1998 11,950 1999 2,989,842 2000 261,455 Total 3,354,966
Leg 9 PQ #26895 Sitting 568 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors tal-Liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta' nazzjonalita Maltija li bdew il-kors tal-liġi f'Ottubru 2000? Kollha kellhom il-Malti fil-livell avvanzat bħala parti mir-rekwiżiti biex jibdew il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Ottubru 2000 daħlu 111 student Malti fil-kors li jwassal għal Baċċellerat fil-Liġi u Studji Umanistiċi (B.A. Legal & Humanistic Studies) u 100 student Malti fil-kors li jwassal għad-Dottorat tal-Liġi (LL.D.) Informat ukoll li għall-kors tal-B.A., il-Malti fil-livell avvanzat ma hux suġġett obbligatorju rikjest għad-dħul fil-kors. B'danakollu 93 student kellhom kwalifika fil-Malti fil-livell avvanzat u tmintax ma kellhomx. Fost dawn ta' l-aħħar 12 minnhom daħlu taħt il-'maturity clause'. Għall-kors tal-LL.D., l-istudenti kollha kellhom il-Malti fil-livell avvanzat kif kien rikjest fir-regolamenti tad-dħul fil-kors.
Leg 9 PQ #26692 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25357, jista' l-Ministru jgħati lill-Kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha? (PQ waslet 22/5/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25812. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26864 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm studenti b'diżabilita' 1) fl-iskejjel governattivi a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji 2) fl-iskejjel tal-knisja a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji 3) fl-iskejjel indipendenti a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji. F'kull każ x'tip ta' diżabilita' għandhom l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26865 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Students Maintenance Grants Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti Universitarji lill-Istudents Maintenance Grants Board għax-xogħol tas-sajf 2001 sat-13 ta' Ġunju 2001? Għal-liema postijiet applikaw minn kull waħda mill-45 entita li offrew postijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa meta għalqu l-applikazzjonijiet għax-xogħol tas-Sajf fit-13 ta' Ġunju 2001, kienu applikaw 1745 student. Kif jaf l-Onor. Membru l-istudenti kienu mitluba jindikaw żewġ preferenzi. Qed nassumi li qed jitlob biex ikun jaf x'kienet l-ewwel preferenza ta' kull student. 1. Ministeru ta' l-Edukazzjoni (Skola Sajf) 362 2. National Office of Statistics 12 3. Malta Maritime Authority Gozo 7 4. Malta Maritime Authority Malta 12 5. Management Effciency Unit 6 6. Building Construction Industry Dept 2 7. Wireless Telegraphy 6 8. Rabat Local Council 5 9. Malta Council for Economic Development 5 10. Institute of Tourism Studies 1 11. Enemalta Corporation 112 12. Ministry Agriculture and Fisheries 16 13. Water Services Corporation 19 14. Health Department 600 15. Qormi Local Council 2 16. Department of Contracts 12 17. St Paul's Bay Local Council 6 18. Med. Technical Services Ltd. 2 19. Consumer and Protection Division 6 20. Corinthia Group of Companis 50 21. Ministry of Education 254 22. Malta Society of Arts, manufacture and Commerce 8 23. Joint Office 6 24. Works Division 76 25. Sedqa 5 26. Civil Protection 3 27. Environment Protection Division 14 28. Mellieħa Local Council 12 29. Ministry of Foreign Affairs 42 30. Roads Department 36 31. Fgura Local Council 6 32. Civil Registration 3 33. Ministry for Justice and Local Councils 30 34. Dept. for Industrial and Employment Relations 4 35. House of Representatives 4 36. Association of Students of Commercial Studies 8 37. Projects Office Bighi 17 38. Dar Qalb ta' Ġesu` 5 39. Department of Fisheries - Forti San Luċjan 4 40. Industrial Properties Office 2 41. Policy & Regulatory Srevices - Commerce Division 5 42. University of Malta - International Office 6 43. MITTS 4 44. Ministry for Social Policy 13 45. Maltacom Plc 43 46. Richmond Foundation 12.
Leg 9 PQ #26866 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid li dawk li qed japplikaw għall-MCAST bħala għalliema fuq bażi ta' attachment ikunu jistgħu jmorru lura għax-xogħol tagħhom qabel jagħlqu t-tliet snin tal-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, il-materja qed tiġi konsidrat b'dana pero` li l-għalliema jkunu jridu jagħtu avviż xieraq u jimpenjaw ruħhom li l-ewwel jispiċċaw is-sena skolastika li jkunu bdew.
Leg 9 PQ #26880 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors tal-Liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Malti fil-livell avanzat mhux se jibqa' suġġett obbligatorju sabiex wieħed isegwi kors tal-liġi fl-Universita'? Jekk fl-affermattiv, x'wassal sabiex ittieħdet din id-deċiżjoni? Minn meta ilu obbligatorju l-Malti (A level) għal dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26504.
Leg 9 PQ #26883 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26654?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva, għalkemm ilu ma jiltaqa', kien żamm numru ta' laqgħat li permezz tagħhom wasal biex ikun hemm qbil fuq diversi aspetti u permezz ta' hekk wasal biex addotta policy dwar l-Edukazzjoni Inklussiva għall-qasam ta' diżabilita`. Fost ħwejjeġ oħra din il-policy ipproponiet il-ħolqien ta' Statementing Moderating Panel minnflok l-iStatementing Board eżistenti, kif ukoll il-ħolqien ta' Statementing Appeals Board. Il-panel u l-bord inħatru ftit tal-ġimgħat ilu, u ser jaraw illi l-policy l-ġdida tibda tiġi implimentata. Il-kwistjoni ta' taħriġ ta' Facilitators hija materja oħra li l-Kumitat għadu qed jistenna proposti dwarhom minn għand l-esperti konċernati.
Leg 9 PQ #26983 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fellenberg

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26532?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'sens ta' responsabilta' u minħabba xi ċaqliq li sar fl-għalliema tal-matematika fil-Fellenberg matul is-sena, is-surmast ġibed l-attenzjoni ta' xi għalliema ġodda li ġew għal dan is-suġġett li jista' jkun għaqli li wieħed jiddedika xi ħin għar-reviżjoni qabel l-eżami biex l-istudenti jkunu ppreparati aħjar bħalma jsir f'ħafna istituzzjonijiet u skejjel oħra. Din ir-reviżjoni saret lill-klassi kollha flimkien u mhux f' tutorial sessions'. Ma ngħatat ebda ordni biex din ir-reviżjoni tkun iffokata fuq il-karta ta' l-eżami. Is-surmast sema' li kien hemm min, minn fost l-istudenti interpreta ħażin l-iskop ta' reviżjoni. Hu avviċina lil min kien kkonċernat biex jiċċara l-fatti.
Leg 9 PQ #26985 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26648?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi regolarment id-'demographic trends' tat-tfal li jilħqu l-eta' tal-kindergarten fil-lokalita` ta' Raħal Ġdid. Mill-indikazzjonijiet, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidhrilha li, f'dan l-istadju għadu prematur biex wieħed jgħid meta sejjer jingħata bidu għax-xogħlijiet meħtieġa ta' bini ta' Ċentru ġdid.
Leg 9 PQ #26986 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet

Question

Jikkontempla l-Ministru li jsiru web-pages tal-mużewijiet prinċipali ta' pajjiżna sabiex anke b'mod virtwali wieħed ikun jista' jarahom u jżurhom, bħalma hemm per eżempju tal-Louvre (Pariġi) u r-Rijksmuseum?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta ta' l-Onor. Membru hija waħda valida li ser tkun tista' tiġi kunsidrata mill-istrutturi l-ġodda li ser jitwaqqfu f'dan is-settur.
Leg 9 PQ #26989 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jogħġbu l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 23876?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi verifikata u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.